Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2014) 00680
Direttiva 98/34/KE
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2014/0115/NL
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Nao inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201400680.MT)
1. MSG 002 IND 2014 0115 NL MT 10-03-2014 NL NOTIF
2. NL
3A. Ministerie van Financiën
Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer
3B. Ministerie van Economische Zaken, directie Wetgeving en Juridische Zaken
4. 2014/0115/NL - N30E
5. Regolament dwar il-kontroll tal-kwalità tal-gass
6. Ir-Regolament inkwistjoni jikkonċerna l-ispeċifikazzjonijiet tal-provvista u tal-konsenja għall-gass trasportat permezz tan-netwerk (nazzjonali) tat-trasport tal-gass.
7. -
8. Ir-Regolament attwali jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tal-provvista u tal-konsenja ta’ gass li hu fornut fin-netwerk Daniż tat-trasport tal-gass u li huwa konsenjat permezz ta’ dan in-netwerk. L-Artikolu 2 tar-Regolament huwa l-bażi ta’ dan u jirreferi għall-ħames Annessi li jelenkaw l-ispeċifikazzjonijiet attwali.
L-ispeċifikazzjonijiet jirreferu għall-indiċi Wobbe, il-kontenut ogħla tal-idrokarbur, il-punt tan-nida tal-idrokarbur, il-kontenut tal-gass naturali kondensat, it-temperatura, il-kontenut tal-ossiġenu, il-kontenut tad-diossidu tal-karbonju, il-kontenut tal-idroġenu u, f’xi każijiet, il-valur kalorifiku, il-kontenut tal-kubrit, il-kontenut tat-THT u l-kontenut tas-siliċju.
9. Matul is-snin, fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-kompożizzjoni tal-gass bdiet dejjem aktar tvarja. Dan għandu diversi kawżi. Pereżempju, il-gass qiegħed jiġi importat dejjem aktar, u l-kompożizzjoni ta’ dak il-gass hija aktar diversa; il-forniment Olandiż tal-gass kien qiegħed jonqos; u l-forniment tal-gass aħdar kien qiegħed jiżdied. Il-varjazzjoni akbar fil-kompożizzjoni tal-gass tapplika kemm għall-gass b’valur kalorifiku għoli kif ukoll għall-gass b’valur kalorifiku baxx. Varjazzjoni kbira żżejjed tista’ twassal għal riskji ta’ sigurtà, inkluż ir-riskju tal-formazzjoni tal-monossidu tal-karbonju.
Sabiex jinkiseb użu responsabbli u sikur tal-gass għall-utenti finali, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-limiti għall-kompożizzjoni. L-utenti finali għandhom ikunu f’pożizzjoni li jassumu li l-konsum tal-gass huwa ġustifikat u sikur, meta l-apparat jew is-sistemi jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi, inklużi r-rekwiżiti tas-sikurezza. Barra minn hekk, il-kompożizzjoni tal-gass tista’ tinfluenza n-netwerk tal-gass. Fenomeni bħal pereżempju l-formazzjoni tal-korrużjoni għandhom jiġu evitati.
L-interess pubbliku fl-użu sikur u effiċjenti tan-netwerks pubbliċi, flimkien mal-iżviluppi rapidi fil-qasam tal-gass, jirrikjedu l-kapaċità li jkun hemm rispons malajr għat-talbiet dejjem jinbidlu rigward il-kompożizzjoni tal-gass. Għaldaqstant, saret l-għażla li jiġu inklużi l-ispeċifikazzjonijiet tal-kompożizzjoni tal-gass li huma relatati mas-sikurezza, l-effiċjenza, l-affidabilità u d-durabilità tat-trasport u l-applikazzjoni tal-gass f’regolament Ministerjali. Fil-preparazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-ispeċifikazzjonijiet attwali tal-gass fil-kundizzjonijiet tal-Bord Maniġerjali tal-Awtorità tal-Konsumatur u tas-Suq (Autoriteit Consument en Markt), li qabel kienet l-Awtorità Olandiża tal-Kompetizzjoni (Nederlandse Mededingingsautoriteit) intużaw bħala bażi. Mhuwiex maħsub li jiġu abbozzatti kundizzjonijiet addizzjonali dwar il-kompożizzjoni tal-gass barra minn dan ir-Regolament.
Il-bżonn li jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tal-provvista għandu x’jaqsam mal-provvista taċ-ċarezza għall-partijiet importaturi, filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsenja, flimkien mal-provvista taċ-ċarezza, iservu wkoll biex jipproteġu lill-utenti, kemm il-konsumaturi kif ukoll il-klijenti kummerċjali. Fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet dwar kemm il-provvista kif ukoll il-konsenja, il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi jikkunsidra l-interessi u l-ispejjeż li jistgħu jew li ma jistgħux jinġarru mill-operaturi tan-netwerk, l-importaturi tal-gass u l-utenti. Għar-raġuni tas-sikurezza waqt il-kombustjoni tal-gass, fost affarijiet oħra, l-apparat u s-sistemi tal-gass se jkunu ffissati għal kompożizzjoni partikolari tal-gass.
Ir-Regolament huwa proporzjonali. Il-gass huwa prodott naturali u għaldaqstant jista’ jkollu firxa eċċezzjonalment wiesgħa ta’ komponenti b’kontenut baxx. Mhux se jiġu imposti rekwiżiti fuq dawn il-komponenti kollha. Huma biss dawk il-komponenti li huma neċessarji għas-sikurezza, l-effiċjenza, l-affidibilità u d-durabilità tat-trasport u l-applikazzjoni tal-gass li se jiġu regolati. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti mhumiex diskriminatorji, peress li japplikaw irrispettivament minn min iforni l-gass fin-netwerk Daniż tat-trasport tal-gass, jew lil min huwa fornit il-gass bl-użu ta’ dan in-netwerk.
10. Numri jew titoli tat-testi bażiċi: l-Att dwar il-Gass (l-Artikolu 11)
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. -
16. Aspett OTK
Iva
Aspett SPS
Le – l-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt 98/34
Fax: +32 229 98043
email: dir83-189-central@ec.europa.eu