l-proċedura ġiet stabbilita fl-1983 permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE. Din il-proċedura ġiet kodifikata għall-ewwel darba mid-Direttiva 98/34/KE tat-22 ta' Ġunju 1998 u modifikata mid-Direttiva 98/48/KE tal-20 ta' Lulju 1998, l-aktar biex l-applikazzjoni tagħha tkopri anke s-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika. Reċentement, il-proċedura ġiet kodifikata għat-tieni darba mid-Direttiva (UE) 2015/1535.
Il-proċedura tan-notifika 98/34 tippermetti lill-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-UE li jeżaminaw r-regolamenti tekniċi li l-Istati Membri jkollhom l-intenzjoni li jintroduċu għall-prodotti (industrijali, agrikoli u tas-sajd) u għas-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni qabel jiġu adottati. L-għan huwa li jiġi żgurat li dawn it-testi jkunu kompatibbli mal-liġi tal-UE u l-prinċipji tas-Suq Intern. Din tapplika b’mod simplifikat għall-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma firmatarji għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u għall-Isvizzera u t-Turkija.
Il-benefiċċji ewlenin tal-proċedura huma li:
- tippermetti li jiġu skoperti ostakli ġodda għas-suq intern qabel ma jkollhom kwalunkwe effett negattiv
- tippermetti l-iskoperta ta’ miżuri protezzjonisti
- tippermetti lill-Istati Membri jaċċertaw ċertu grad ta’ kompatibilità tal-abbozzi notifikati mal-liġi tal-UE
- tippermetti djalogu effettiv bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni meta jiġu evalwati l-abbozzi notifikati
- tippermetti lill-operaturi ekonomiċi li jsemmgħu leħinhom u jaddattaw l-attivitajiet tagħhom fil-ħin għal regolamenti tekniċi futuri. Dan id-dritt ta’ skrutinju jintuża b’mod estensiv minn operaturi ekonomiċi u jgħin lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali jiskopru kwalunkwe ostaklu għall-kummerċ.
- tippermetti l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-UE.