ekk tiġi infurmat dwar proġett li jista’ jikkawża problemi jew joħloq ostakli għall-attivitajiet professjonali tiegħek, toqgħodx lura milli tgħarraf l-opinjoni tiegħek lill-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni se tqis dawn il-kummenti meta tanalizza abbozz ta’ leġiżlazzjoni ġdid notifikat fil-qafas tad-Direttiva (UE) 2015/1535.
Lil min tikkuntattja?
Il-partijiet interessati jistgħu jibagħtu l-kummenti tagħhom direttament lill-Kummissjoni Ewropea, DĠ Tkabbir, Unità B2 "Il-prevenzjoni ta' ostakoli tekniċi". L-indirizzi u l-emails kollha jinsabu taħt "Kuntatt".
X’informazzjoni għandi nibgħat u meta?
Tista’ tikkuntattjana permess tal-posta elettronika. Il-posta elettronika għandu jkun fiha l-isem tal-kumpanija tiegħek, ir-referenza tan-notifika u s-suġġett tan-notifika, kif ukoll għaliex inti tqis li din tista’ toħloq ostakli għall-attivitajiet tiegħek (eż. peress li l-miżura tiddiskrimina bejn prodotti barranin u nazzjonali jew peress li hija ta’ piż żejjed, jew ma hijiex konformi mal-liġi tal-UE).
Nagħtuk parir li tikkuntattjana mill-aktar fis possibbli, sabiex ikollna żmien biżżejjed biex nanalizzaw il-kummenti tiegħek u, jekk ikun meħtieġ, nagħmlu mistoqsijiet addizzjonali. Idealment, għandna nirċievu l-kummenti tiegħek mill-inqas 5 ġimgħat qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ waqfien indikat fid-database ta’ TRIS.
Xi jkun imiss?
Il-Kummissjoni Ewropea, ibbażata fuq ir-reazzjonijiet ta’ negozji u l-analiżi tagħha stess, tiddeċiedi jekk toħroġx reazzjoni fil-proċedura 2015/1535. Jekk tinħareġ reazzjoni, mbagħad din tintbagħat lill-Istat Membru li jinnotifika.
L-informazzjoni li ntbagħtet reazzjoni fid-Direttiva (UE) 2015/1535 tiġi inkluża fil-websajt pubblika ta’ TRIS. Madankollu, il-kontenut tar-reazzjonijiet mhuwiex disponibbli pubblikament. L-aċċess għalihom huwa rregolat mir-Regolament (KE) Nru1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Tista’ titlob aċċess għal dawn id-dokumenti billi tibgħat posta elettroniku lil GROW-ACCES-DOCUMENTS@ec.europa.eu u tindika d-dokument li jinteressak.