Skip to main content
TRIS - European Commission

Minbarra l-użu tat-tfittxija fid-database ta’ TRIS bbażata fuq kriterji differenti, inti tista’ tabbona ruħek wkoll mal-lista ta’ indirizzi, u tagħmel użu mill-istatistika annwali ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali u r-rapporti dwar l-operat tad-Direttiva (UE) 2015/1535. Tista’ wkoll toħloq ir-rapporti u l-istatistiċi mfassla tiegħek stess ta’ attività.

Tfittxija fid-database

Ir-regolamenti tekniċi abbozzati jiġu kkomunikati billi jittella’ messaġġ ta’ notifika (messaġġ 001) fid-database ta’ TRIS akkumpanjat minn abbozz tat-test. Il-messaġġi kollha ta’ notifika u l-abbozzi tat-testi bl-eċċezzjoni ta’ dawk kunfidenzjali huma disponibbli għalik fid-database ta’ TRIS.

Jekk inti interessat fi prodotti jew pajjiżi partikolari, tista’ tikkonsulta n-notifiki 2015/1535 relatati fid-TRIS database, billi tuża kriterji ta’ tfittxija differenti bħan-numru tan-notifika, il-pajjiż, id-data, il-prodott, kliem ewlieni eċċ.

Lista ta’ indirizzi

Sabiex tiġi aġġornat dwar notifiki ta’ interess għalik permezz tal-posta elettronika, inti tista’ tabbona ruħek mal-mailing list. Inti tirċievi twissija awtomatika meta tiġi ppubblikata notifika ġdida.

Rapporti lill-Parlament Ewropew

Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2015/1535 kull sentejn il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill kif ukoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar ir-riżultati tal-applikazzjoni ta’ din id-direttiva. Dawn ir-rapporti jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE. Tista’ ssibhom ukoll fuq il-websajt tagħna.

Statistika Interattiva

Sabiex tara il-proċedura ta’ notifika f’kuntest usa’, tista’ tuża l-għodda interattiva tagħna biex tikkrea t-tabelli, graffs u statistiċi tiegħek fuq in-notifiki 2015/1535.

Unitajiet Ċentrali fl-Istati Membri

F’kull Stat Membru hemm punt ta’ kuntatt għall-proċedura 2015/1535. Il-lista ta’ punti ta’ kuntatt tista’ ssibha hawnhekk.