Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2016) 01439
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2016/0218/NL
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201601439.MT)
1. MSG 002 IND 2016 0218 NL MT 12-05-2016 NL NOTIF
2. NL
3A. Ministerie van Financiën
Belastingdienst
3B. Ministerie van Financiën
Directoraat Generaal Fiscale Zaken
Korte Voorhout 7
PO BOX 20201
2500 EE Den Haag
4. 2016/0218/NL - S00E
5. Emenda tal-liġi tal-2001 dwar it-taxxa fuq l-introjtu, tal-liġi tal-1964 dwar it-taxxa fuq il-pagi, tal-liġi tal-1992 dwar it-taxxa relatata mal-karozzi privati u l-muturi, tal-liġi tal-1994 dwar it-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur u l-liġi provinċjali (abbozz ta' liġi emendata dwar l-implimentazzjoni ta' "Autobrief II" (ittra li terġa' tirreferi għall-miżuri ġodda dwar il-politika dwar it-taxxa tal-vetturi bil-mutur)
6. Vetturi bil-mutur
7. -
8. L-abbozz ta' liġi emendata dwar l-implimentazzjoni ta' "Autobrief II" jerġa' jirreferi għall-emendi li ġejjin.
1. Miżuri relatati maż-żieda tal-użu privat tal-vetturi tal-kumpanija
Sal-1 ta' Jannar 2017, iż-żidiet li ġejjin għandhom jiżdiedu mat-taxxa fuq il-pagi u mat-taxxi fuq l-introjtu għall-karozzi tal-kumpanija li jintużaw ukoll b'mod privat:
4 % għal emissjoni ta' CO2 ta' 0 g/km;
15 % għal emissjoni ta' CO2 ta' aktar minn 0 g/km, iżda inqas minn 50 g/km;
21 % għal emissjoni ta' CO2 ta' aktar minn 50 g/km, iżda inqas minn 106 g/km;
25 % għal emissjoni ta' CO2 ta' aktar minn 106 g/km.
Fuq il-bażi tal-abbozz ta' liġi emendata dwar l-implimentazzjoni ta' "Autobrief II", iż-żidiet li ġejjin għandhom jiżdiedu mat-taxxa fuq il-pagi u t-taxxa fuq l-introjtu:
4 % għal emissjoni ta' CO2 ta' 0 g/km;
22 % għal emissjoni ta' CO2 ta' aktar minn 0 g/km.
L-inċentiva għall-karozzi ġodda b'emissjonijiet żero tibqa' kif inhi sa tmiem l-2020. Dan ifisser li ż-żieda għal dawn il-karozzi tinżamm għal 4 %. Mill-1 ta' Jannar 2019, din iż-żieda ta' 4 % imnaqqsa se tiġi limitata għal ammont ta' EUR 50 000. Għall-ammont tal-prezz tal-katalogu tal-karozza li huwa aktar minn EUR 50 000, se tapplika ż-żieda normali ta' 22 %. Dan il-limitu ma jgħoddx għall-karozzi li jaħdmu bl-idroġenu.
L-Artikoli I sa VI tal-abbozz ta' liġi emendata dwar l-implimentazzjoni ta' "Autobrief II"
2. Miżuri dwar it-taxxi fuq il-karozzi privati u l-muturi
Fir-rigward tal-liġi dwar l-implimentazzjoni ta' "Autobrief" u tal-qafas fiskali 2015, huwa previst li jitnaqqsu kull sena sal-1 ta' Jannar 2017, il-limiti ta' emissjoni ta' CO2 kif ukoll is-segmenti ta' taxxa tal-liġi tal-1992 dwar it-taxxa fuq il-karozzi privati u l-muturi. L-abbozz ta' liġi emendata dwar l-implimentazzjoni ta' "Autobrief II" jipprevedi li t-tnaqqis annwali tal-limiti ta' emissjoni ta' CO2 tal-liġi tal-1992 dwar it-taxxa fuq il-vetturi privati u l-muturi jimxi id f'id mal-progress teknoloġiku. Il-limiti ta' emissjoni ta' CO2 għal-limiti ta' taxxa għandhom jonqsu b'medja ta' 3.7 % fis-sena bejn l-2017 u l-2020 sabiex il-bażi tat-taxxi tikkorrispondi mal-iżvilupp teknoloġiku (mistenni). Din ir-regola tgħodd ukoll għal-limitu ta' CO2 applikat għas-suppliment relatat mad-diżil.
It-tariffa tat-taxxi fuq il-vetturi privati u l-muturi għall-vetturi regolari se tonqos b'medja ta' 14.7 % bejn l-2017 u l-2020. Is-suppliment relatat mad-diżil huwa eskluż minn dan it-tnaqqis. L-ammont fiss se jiżdied minn EUR 175 għal EUR 350 mill-1 ta' Jannar 2017 bl-għan li titnaqqas id-dipendenza bejn it-taxxa fuq il-vetturi privati u l-muturi u l-emissjonijiet ta' CO2. It-tariffi għal kull gramma ta' emissjoni ta' CO2 se jitnaqqsu bl-istess proporzjon.
Fir-rigward tal-liġi dwar l-implimentazzjoni ta' "Autobrief" u tal-qafas fiskali 2015, hija prevista eżenzjoni tat-taxxa fuq il-vetturi privati u l-muturi għall-vetturi li jarmu 0 g/km. Din l-eżenzjoni għandha tinżamm sa tmiem l-2020.
It-trattament fiskali tal-vetturi ibridi rikarikabbli fil-qafas tat-taxxa fuq il-vetturi privati u l-muturi għandu jiġi standardizzat. Fil-qafas tat-taxxa fuq il-vetturi privati u l-muturi u fuq il-bażi tal-konsum reali tagħhom, il-vetturi ibridi rikarikabbli jirċievu bejn wieħed u ieħor l-istess trattament bħall-vetturi tradizzjonali li r-rata ta' emissjoni ta' CO2 tagħhom hija kumparabbli. Tabella separata hija inkluża mal-liġi dwar it-taxxa fuq il-karozzi privati u l-muturi. B'deroga għall-istruttura tariffarja fis-seħħ għall-vetturi tradizzjonali, l-istruttura l-ġdida hija magħmula minn tliet segmenti u m'għandhiex ammont fiss.
L-Artikoli VII sa XXVI tal-abbozz ta' liġi emendata dwar l-implimentazzjoni ta' "Autobrief II"
3. Miżuri relatati mat-taxxa annwali tat-traffiku (MRB)
Sal-1 ta' Jannar 2017, il-karozzi privati li l-emissjoni ta' CO2 tagħhom ma taqbiżx il-50 g/km għandhom jibbenefikaw minn tnaqqis ta' nofs it-taxxa annwali tat-traffiku kif ukoll minn korrezzjoni tal-piż ta' 125 kg. Din il-korrezzjoni tal-piż għandha titħassar. Dawn il-vetturi se jkomplu jibbenefikaw mill-inċentiv fiskali tan-nofs tariffa matul il-perjodu 2017-2020.
L-eżenzjoni fis-seħħ sal-1 ta' Jannar 2017 għall-vetturi li l-emissjoni ta' CO2 tagħhom hija ta' 0 g/km għandha tinżamm sal-2020.
It-taxxa annwali tat-traffiku tal-karozzi privati regolari għandha tonqos bi 2 % fl-1 ta' Jannar 2017.
Suppliment ta' 15 % (inklużi ċ-ċenteżmi addizzjonali tal-provinċja) tat-taxxa annwali tat-traffiku se tapplika mill-1 ta' Jannar 2019 għall-karozzi privati u l-vannijiet tal-kunsinna li jarmu aktar minn 5 mg/km ta' partiċelli fini. Għall-vannijiet tal-kumpanija, dan is-suppliment jgħodd biss meta l-ewwel ċirkolazzjoni tal-vettura seħħet aktar minn 12-il sena ilu.
L-Artikoli XXVI sa XXVIII tal-abbozz ta' liġi emendata dwar l-implimentazzjoni ta' "Autobrief II"
9. Il-liġi dwar l-implimentazzjoni ta' "Autobrief" u l-qafas fiskali 2015 tipprevedi, għall-perjodu 2012-2016, inċentiv fiskali stabbilit fuq il-bażi tal-emissjoni ta' CO2 għall-vetturi nodfa (ħafna). L-evalwazzjoni tal-politika ta' inċentiv imwettqa matul dan il-perjodu pprovdiet biżżejjed elementi li jippermettu li tiġi analizzata s-sistema ta' tassazzjoni tal-vetturi bil-mutur. It-telf ta' dħul mit-taxxa marbut mal-erożjoni tal-bażi tat-taxxa, l-evoluzzjoni teknoloġika fuq is-suq tal-vetturi bil-mutur aktar imfixkla u dejjem aktar kumplessa jeħtieġ rikalibrazzjoni tas-sistema ta' tassazzjoni tal-vetturi bil-mutur. Il-miżuri meħuda fl-abbozz ta' liġi emendata dwar l-implimentazzjoni ta' "Autobrief II" se jwasslu għal sistema ta' inċentiva fiskali aktar sempliċi, inqas kumplikata u mmirata aħjar li se tirriżulta f'bażijiet tat-taxxa solidi, dħul mit-taxxa stabbli u li se tikkontribwixxi b'mod aktar effikaċi sabiex jinkisbu l-objettivi fissi ambjentali u klimatiċi.
Ad 1. Emendi u simplifikazzjoni taż-żieda
Iż-żieda hija regolament b'rata fissa li tippermetti li jitnaqqas il-benefiċċju tal-użu privat ta' karozza tal-kumpanija mit-taxxa fuq id-dħul jew fuq il-paga. Il-persentaġġ ġenerali ta' din iż-żieda huwa stima tal-valur medju tal-benefiċċju riċevut. L-evoluzzjonijiet strutturali bħat-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwil u tal-ispejjeż ta' manutenzjoni kif ukoll il-limiti dejjem aktar maġġuri imposti fuq l-użu privat ta' karozza tal-kumpanija jwasslu sabiex jitnaqqas il-persentaġġ ġenerali taż-żieda minn 25 għal 22 % fl-1 ta' Jannar 2017.
L-implimentazzjoni tat-tnaqqis li jiddependi mill-emissjoni ta' CO2 u li huwa marbut mal-ambjent hija kumplessa, u tfixkel is-suq b'mod konsiderevoli. Il-kost ta' dan it-tnaqqis m'għadux proporzjonali għall-benefiċċji ambjentali li għandhom jinkisbu. Mill-1 ta' Jannar 2017, it-tnaqqis ambjentali għandu jitħassar u jiġi sostitwit minn żieda ta' 22 % għall-karozzi kollha li jarmu aktar minn 0 g/km.
Sabiex tibqa' tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn l-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero ta' CO2, iż-żieda għal karozza li tarmi 0 g/km għandha tinżamm għal 4 % sa tmiem l-2020. Billi huwa previst li ħafna manifatturi tal-vetturi se jniedu mudelli lussużi ħafna ta' vetturi elettriċi fis-suq, iż-żieda ta' 4 % se tiġi limitata għal prezz tal-katalogu massimu ta' EUR 50 000 mill-1 ta' Jannar 2019. Fejn l-ammont tal-prezz tal-katalogu jkun lil hinn minn EUR 50 000, se tapplika r-rata normali ta' 22 %. It-tnaqqis ambjentali taż-żieda għalhekk mhux se jaqbeż il-limitu massimu ta' EUR 9 000. Dan il-limitu ma jgħoddx għall-vetturi tal-idroġenu, għaliex il-kost tal-akkwist ta' dan it-tip ta' vetturi huwa mumentarjament ogħla minħabba t-tekniki applikati.
Il-karozzi li bbenefikaw minn tnaqqis ambjentali taż-żieda meta jinxtraw qabel l-1 ta' Jannar 2017 iżommu dan il-benefiċċju għas-60 xhur wara x-xahar tal-ewwel reġistrazzjoni tal-vettura fir-reġistru tar-reġistrazzjonijiet.
Ad 2. Miżuri dwar it-taxxi fuq il-karozzi privati u l-muturi
Huwa veru li t-taxxa fuq il-karozzi privati u l-muturi tapplika faċilment għall-vetturi ġodda, iżda huwa faċli ħafna li tiġi evitata fl-importazzjoni ta' vetturi użati. Il-possibilitajiet li jiġu evitati dawn il-prattiki jaħbtu mal-oġġezzjonijiet marbuta mad-dritt Komunitarju. Barra minn hekk, l-applikazzjoni tat-taxxa fuq il-karozzi privati u l-muturi ssir aktar u aktar kumplessa għall-amministrazzjoni fiskali. L-applikazzjoni tat-taxxa mill-amministrazzjoni fiskali hija aktar effikaċi grazzi għal pass ewlieni miksub mit-tnaqqis tat-taxxa relatata mal-karozzi privati u l-muturi. Fl-aħħar nett, it-tnaqqis progressiv tat-taxxa fuq il-karozzi privati u l-muturi se jnaqqas il-possibilitajiet li jsir użu mir-regolamentazzjoni Ewropea. Huwa għalhekk li t-tnaqqis progressiv tat-taxxa fuq il-karozzi privati u l-muturi jibda bi tnaqqis ta' 14.7 % tat-tariffi minbarra s-suppliment marbut mal-użu tad-diżil.
Ir-rikors għall-emissjoni ta' CO2 bħala bażi tat-taxxa, fost oħrajn fil-liġi tal-1992 dwar it-taxxa fuq il-karozzi privati u l-muturi, isir bi ħsara għas-solidità tad-dħul mit-taxxa. Barra minn hekk, taxxa tar-reġistrazzjoni bħat-taxxa fuq il-karozzi privati u l-muturi tostakola d-domanda għal karozzi ġodda li spiss iniġġsu anqas. Iż-żieda tal-ammont fiss minn EUR 175 għal EUR 350 kif ukoll it-tnaqqis fl-istess proporzjonijiet se jippermettu li titnaqqas id-dipendenza bejn it-taxxa fuq il-vetturi privati u l-muturi u l-emissjonijiet ta' CO2.
Stħarriġ tat-TNO (Organizzazzjoni Netherlandiża tar-Riċerka Xjentifika Applikata) u tal-PRC (Population Research Centre) kien ibbażat fuq titjib tal-ambjent ta' medja ta' 3.7 % fis-sena, grazzi għall-iżvilupp teknoloġiku. Dan l-abbozz ta' liġi għandu l-għan li jikkonforma ma' dan l-istħarriġ. Il-limiti ta' emissjoni ta' CO2 fit-taxxa fuq il-karozzi privati u l-muturi għandhom jitnaqqsu sabiex jikkorrispondu mal-iżvilupp teknoloġiku.
Stħarriġ jindika li l-proporzjon ta' kilometri elettriċi li jsiru mill-vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli huwa (ħafna) anqas minn dak użat mill-miżuri ta' konsum waqt l-approvazzjonijiet Ewropej. Peress li n-numru ta' kilometri elettriċi huwa effettivament imnaqqas, gramma ta' CO2 prodotta mill-vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli u mkejla fit-testijiet uffiċjali tgħodd ħafna aktar mill-istess gramma li tintrema minn vetturi bi propulsjoni tradizzjonali. Fin-Netherlands, bejn April 2012 u Marzu 2015 inklużi, il-vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli għamlu medja ta' kwart tal-kilometraġġ tagħhom billi użaw l-enerġija elettrika. Għal dawn ir-raġunijiet, dan l-abbozz ta' liġi jikkunsidra aktar dawn il-vetturi bl-istess mod bħall-vetturi regolari. Minn issa sal-2020, it-trattament fiskali tal-vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli se jitħassar gradwalment.
Ad 3. Miżuri relatati mat-taxxa annwali tat-traffiku (MRB)
Dan l-abbozz ta' liġi jħassar gradwalment u b'mod ikkontrollat l-inċentiv fiskali fil-perjodu li ġej. Huwa previst li mill-2017, parti mill-vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli se jħallu s-suq tal-lokazzjoni u se jkunu disponibbli għall-individwi fis-suq tal-karozzi użati. Huwa mistenni wkoll li l-individwi jsuqu aktar kilometri elettriċi b'vettura elettrika ibrida rikarikabbli. Huwa għalhekk li l-abbozz iwassal għal inċentiv għall-użu ta' dawn il-vetturi matul il-perjodu tal-2017 sal-2020 billi tiġi offruta taxxa annwali tat-traffiku b'nofs prezz.
Sabiex tibqa' tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn l-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero ta' CO2, l-eżenzjoni tat-taxxa annwali tat-traffiku għal karozza li tarmi 0 g/km għandha tinżamm matul il-perjodu 2017-2020.
Il-karozzi qodma privati u l-vannijiet qodma bil-magna diżil li m'għandhomx filtri tal-partikuli installati mill-fabbrika jarmu ħafna aktar partiċelli fini mill-vetturi bil-magna diżil li huma mgħammra bihom. Dawn il-vetturi qodma bil-magna diżil jikkontribwixxu b'mod ħafna aktar sproporzjonat għat-tniġġis tal-arja fl-ibliet. Huwa għalhekk li, mill-1 ta' Jannar 2019, il-karozzi privati u l-vannijiet bil-magna diżil li jarmu aktar minn 5 mg/km ta' partiċelli fini se jkunu soġġetti għal suppliment għat-taxxa annwali tat-traffiku. Dan il-limitu jqiegħdna f'konformità mal-istandard Ewropew Euro 5, obbligatorju mill-1 ta' Settembru 2009 għall-mudelli ġodda ta' karozzi privati u vetturi tax-xogħol ħfief. Madankollu, għall-vetturi tax-xogħol, il-miżura hija limitata għall-vetturi ta' mill-inqas 12-il sena sabiex jiġi evitat li fl-2019 numru sproporzjonat ta' vetturi bil-magna diżil ikunu soġġetti għas-suppliment tat-taxxa annwali tat-traffiku.
10. Numri jew titli tat-testijiet bażiċi: ad. 1
Artikolu 3.20 tal-liġi tal-2001 dwar it-taxxa fuq l-introjtu
Artikolu 10 a.4 tal-liġi tal-2001 dwar it-taxxa fuq l-introjtu
Artikolu 10a.14 tal-liġi tal-2001 dwar it-taxxa fuq l-introjtu
Artikolu 10 b.1 tal-liġi tal-2001 dwar it-taxxa fuq l-introjtu
Artikolu 13a tal-liġi tal-1964 dwar il-paga
Artikolu 35n tal-liġi tal-1964 dwar il-paga
Artikolu 35o tal-liġi tal-1964 dwar il-paga
Artikolu 36c tal-liġi tal-1964 dwar il-paga
Artikolu 39h tal-liġi tal-1964 dwar il-paga
ad. 2
Artikolu 1 tal-liġi tal-1992 dwar it-taxxa fuq il-karozzi privati u l-muturi
Artikolu 9 tal-liġi tal-1992 dwar it-taxxa fuq il-karozzi privati u l-muturi
Artikolu 9c tal-liġi tal-1992 dwar it-taxxa fuq il-karozzi privati u l-muturi
Artikolu 10 tal-liġi tal-1992 dwar it-taxxa fuq il-karozzi privati u l-muturi
Artikolu 16 b tal-liġi tal-1992 dwar it-taxxa fuq il-karozzi privati u l-muturi
ad. 3
Artikolu 22 tal-liġi tal-1994 dwar it-taxxa annwali tat-traffiku (MRB)
Artikolu 23 tal-liġi tal-1994 dwar it-taxxa annwali tat-traffiku (MRB)
Artikolu 23 b tal-liġi tal-1994 dwar it-taxxa annwali tat-traffiku (MRB)
Artikolu 24 tal-liġi tal-1994 dwar it-taxxa annwali tat-traffiku (MRB)
Artikolu 24aa tal-liġi tal-1994 dwar it-taxxa annwali tat-traffiku (MRB)
Artikolu 24a tal-liġi tal-1994 dwar it-taxxa annwali tat-traffiku (MRB)
Artikolu 24 b tal-liġi tal-1994 dwar it-taxxa annwali tat-traffiku (MRB)
Artikolu 31 tal-liġi tal-1994 dwar it-taxxa annwali tat-traffiku (MRB)
Artikolu 222 tal-liġi provinċjali
11. Le
12. -
13. Le
14. Iva
15. -
16. Aspett OTK
LE - L-abbozz m'għandux effett sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Aspett SPS
LE - L-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir83-189-central@ec.europa.eu