Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2014) 03660
Direttiva 98/34/KE
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2014/0617/NL
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Nao inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201403660.MT)
1. MSG 002 IND 2014 0617 NL MT 11-12-2014 NL NOTIF
2. NL
3A. Ministerie van Financiën
Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer
3B. Ministerie van Financiën
Directoraat Generaal Fiscale Zaken
Korte Voorhout 7
PO BOX 20201
2500 EE Den Haag
4. 2014/0617/NL - S00E
5. Emenda għal ċerti atti dwar it-taxxa u ċerti atti oħrajn (Proposta Fiskali tal-2015)
6. Karozzi
7. -
8. Il-Proposta Fiskali tal-2015 proposta tinkludi l-bidliet li ġejjin.
1. Penali tat-taxxa għal użu privat taʼ karozza tal-kumpanija
Sal-1 taʼ Jannar 2016, karozzi tal-kumpaniji li huma magħmula disponibbli għal użu privat huma soġġetti għal penali tat-taxxa fuq il-paga u d-dħul imnaqqsa bʼ4 % jew 7 % għal karozzi bʼemissjoni taʼ karbonju taʼ 0 g/km u aktar minn 0 g/km iżda mhux aktar minn 50 g/km rispettivament. Skont l-Att dwar il-Proposta Fiskali tal-2015 propost, dan il-penali tat-taxxa mnaqqas bʼ4 % għal karozzi bʼemissjoni taʼ karbonju taʼ 0 g/km se jinżamm, iżda l-limiti taʼ emissjoni taʼ karbonju għall-kategoriji l-oħra taʼ penali tat-taxxa mnaqqas u l-perċentwali tal-penali tat-taxxa stess se jiġu modifikati kif ġej bʼeffett mill-1 taʼ Jannar 2016:
15 % ogħla minn 0 g/km iżda mhux aktar minn 50 g/km
21% ogħla minn 50 g/km iżda mhux aktar minn 106 g/km
25 % ogħla minn 106 g/km
L-Artikoli II, VII u XXXA, sottotaqsimiet A u B, tal-Proposta Fiskali tal-2015
2. Taxxa tar-Reġistrazzjoni
L-Att dwar l-Implimentazzjoni taʼ Memorandum dwar il-Karozzi tal-Passiġġieri jipprovdi għal issikkar annwali tal-limiti tal-emissjoni tal-karbonju u l-faxex taʼ prezzijiet fl-Att dwar (it-Tassazzjoni ta’) il-Karozzi tal-Passiġġieri u l-Muturi tal-1992 (l-Att dwar it-Taxxa tar-Reġistrazzjoni għall-Vetturi bil-Mutur tal-1992) sal-1 taʼ Jannar 2016. Skont l-Att dwar il-Proposta Fiskali tal-2015 propost, il-limiti tal-emissjoni tal-karbonju u l-faxex tal-prezzijiet, kif ukoll il-limitu tal-emissjoni tal-karbonju għall-bonus tad-diżil fl-Att dwar it-Taxxa tar-Reġistrazzjoni għall-Vetturi bil-Mutur tal-1992, se jiġu ssikkati bʼeffett mill-1 taʼ Jannar 2016. Dan ikompli jissoda r-regoli dejjem iżjed stretti fl-Att dwar it-Taxxa tar-Reġistrazzjoni għall-Vetturi bil-Mutur tal-1992 tal-aħħar ftit snin, sabiex ilaħħqu mal-iżviluppi fit-teknoloġija.
L-Artikolu XIII(B) tal-Proposta Fiskali tal-2015
3. Taxxa tat-Triq
Sal-1 taʼ Jannar 2016, karozzi tal-passiġġieri bʼemissjoni tal-karbonju ta’ mhux aktar minn 50 g/km huma eżentati minn Taxxa tat-Triq. Il-Proposta Fiskali tal-2015 tkompli dan l-inċentiv tat-taxxa fʼforma limitata. Karozzi bʼemissjoni tal-karbonju taʼ 0 g/km se jibqgħu jkunu kompletament eżentati mit-Taxxa tat-Triq wara l-1 taʼ Jannar 2016. Karozzi bʼemissjoni taʼ CO2 taʼ aktar minn 0 g/km iżda mhux aktar minn 50 g/km se jkunu soġġetti għal rata taʼ 50 % Taxxa tat-Triq.
L-Artikolu XIV u XXXA(C) tal-Proposta Fiskali tal-2015
4. Trakk bʼżewġ kabini (Taxxa tat-Triq u Taxxa tar-Reġistrazzjoni)
Żvista leġiżlattiva kkawżat vetturi ineffiċjenti ħafna fl-użu tal-karburant bʼfunzjoni taʼ traffiku tal-passiġġier, massa massima permessa taʼ aktar minn 3 500 kg u hekk imsejħa kabina doppja, sabiex jiġu kkunsidrati trakkijiet għall-għanijiet kemm tat-Taxxa tat-Triq kif ukoll tat-Taxxa tar-Reġistrazzjoni għall-Vetturi bil-Mutur. Bʼkonsegwenza tʼhekk, dawn il-vetturi attwalment iħallsu anqas taxxi minn vetturi bʼmutur simili, għall-kuntrarju tal-għanijiet tal-Att. L-iżvista se tiġi rrimedjata bʼeffett mill-1 taʼ Jannar 2016. Dan ifisser li dawk il-vetturi se jkunu soġġetti għal rati taʼ Taxxa tat-Triq għal karozzi tal-passiġġieri, inklużi fʼċerti każi eżistenti, u li t-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-vetturi bʼmutur applikabbli se tkun pagabbli meta tinxtara vettura ġdida.
L-Artikolu XIII(A) u l-Artikolu XIV(A) tal-Proposta Fiskali tal-2015
9. L-Att dwar l-Implimentazzjoni taʼ Memorandum dwar il-Karozzi tal-Passiġġieri jistipula inċentivi tat-taxxa għal karozzi effiċjenti (ħafna) fl-użu tal-enerġija għall-perjodu 2012-2015. L-Att imsemmi hawn fuq jistipula aġġustament annwali għal żviluppi fit-teknoloġija fil-qasam tal-emissjonijiet tal-karbonju. L-iżviluppi teknoloġiċi mgħaġġla fl-emissjonijiet tal-karbonu jeħtieġu għal darba oħra li l-limiti għall-2016 jiġu ssikkati, sabiex id-dħul fiskali jinżamm fʼlivelli xierqa u jiġu evitati aktar disturbi fis-suq. Skont il-miżuri tal-2016 kif hemm fil-Proposta Fiskali tal-2015, l-issikkar tar-regoli fl-Att dwar it-Taxxa tar-Reġistrazzjoni għall-Vetturi bil-Mutur tal-1992 u fil-penali tat-taxxa tal-paga u d-dħul għal użu privat taʼ karozzi tal-kumpaniji, kif kienu japplikaw fl-aħħar ftit snin li għaddew, se jitkomplew abbażi taċ-Ċirkolari tal-Karozzi tal-Passiġġieri. Barra minn hekk, il-miżuri tal-2016 għandhom jikkontribwixxu għall-miri ambjentali għal tkabbir sostenibbli.
Re 1. Penali tat-taxxa mnaqqas
Fl-assenza taʼ aktar miżuri, il-penali tat-taxxa mnaqqas għal użu privat taʼ karozzi bʼemissjoni taʼ CO2 taʼ 0 g/km, u dawk bʼemissjoni taʼ CO2 ogħla minn 0 g/km iżda mhux aktar minn 50 g/km, għandu jiżdied wara l-1 taʼ Jannar 2016 minn 4 % u 7 % rispettivament għal 14 % għaż-żewġ kategoriji. Sabiex jiġi żgurat sett taʼ inċentivi għal karozzi elettriċi, huwa propost li l-penali tat-taxxa għal karozzi mingħajr emissjonijiet għandu jinżamm 4 %. Il-penali tat-taxxa għal karozzi bʼemissjoni taʼ CO2 ogħla minn 0 g/km iżda mhux aktar minn 50 g/km għandu jiżdied għal 15 % (issa huwa 14 %). Fl-istess waqt, il-limiti taʼ emissjoni taʼ CO2 għall-kategoriji taʼ penali tat-taxxa mnaqqsa l-oħra u l-perċentwali taʼ penali tat-taxxa se jiġu aġġustati sabiex jirriflettu l-avvanzi teknoloġiċi kontinwi fil-qasam tal-emissjonijiet taʼ CO2.
Re 2. Issikkar tal-limiti taʼ emissjonijiet taʼ CO2 għat-Taxxa taʼ Reġistrazzjoni taʼ vetturi bʼmutur
L-avvanzi teknoloġiċi kontinwi u l-waqgħat fil-medja konnessi magħhom tal-emissjonijiet taʼ CO2 taʼ karozzi mibjugħa ġodda jwasslu għal tnaqqis fid-dħul mit-Taxxa tar-Registrazzjoni. Għalhekk, dawn l-iżviluppi se jiġu inkorporati fl-Att dwar it-Taxxa tar-Reġistrazzjoni għall-Vetturi bil-Mutur tal-1992 sabiex id-dħul mit-taxxa jinżamm fʼlivelli xierqa billi jiġu ssikkati l-limiti taʼ emissjoni taʼ CO2 għall-faxex taʼ prezzijiet rispettivi, u billi jiġi ssikkat il-limitu taʼ emissjoni tal-karbonju għall-bonus tad-diżil.
Re 3. Eżenzjoni minn Taxxa tat-Triq għal karozzi mingħajr emissjonijiet u rata taʼ 50 % taxxa għal karozzi estremament effiċjenti fl-użu tal-enerġija
Kif stipulat fl-Att dwar l-Implimentazzjoni taʼ Memorandum dwar il-Karozzi tal-Passiġġieri, l-eżenzjoni inkluża fit-Taxxa tat-Triq għal karozzi bʼemissjonijiet taʼ CO2 ta’ mhux aktar minn 50 g/km mhux se tibqaʼ tapplika mill-1 taʼ Jannar 2016. Madankollu, huwa meqjus neċessarju li xi forma taʼ inċentiv għal karozzi bʼemissjoni taʼ CO2 li ma taqbiżx il-50 g/km għandha tibqaʼ teżisti sabiex ikun hemm konformità mal-miri ambjentali. L-għażla magħżula tikkonsisti fʼkontinwazzjoni limitata tal-inċentiv: eżenzjoni mit-Taxxa tat-Triq għal karozzi mingħajr emissjonijiet (bʼemissjoni taʼ CO2 taʼ 0 g/km) u Taxxa tat-Triq bʼrata taʼ 50 % għal karozzi bʼemissjoni taʼ CO2 ogħla minn 0 g/km iżda mhux aktar minn 50 g/km.
Re 4. Trakk bʼżewġ kabini (Taxxa tat-Triq u Taxxa tar-Reġistrazzjoni)
Żvista leġiżlattiva kkawżat vetturi ineffiċjenti ħafna fl-użu tal-karburant bʼfunzjoni taʼ traffiku tal-passiġġier, massa massima permessa taʼ aktar minn 3 500 kg u hekk imsejħa kabina doppja, sabiex jiġu kkunsidrati trakkijiet għall-għanijiet kemm tat-Taxxa tat-Triq kif ukoll tat-Taxxa tar-Reġistrazzjoni għall-Vetturi bil-Mutur. Bʼkonsegwenza tʼhekk, dawn il-vetturi attwalment iħallsu anqas taxxi minn vetturi bʼmutur simili, għall-kuntrarju tal-għanijiet tal-Att. L-iżvista se tiġi rrimedjata bʼeffett mill-1 taʼ Jannar 2016. Dan ifisser li dawk il-vetturi se jkunu soġġetti għal rati taʼ Taxxa tat-Triq għal karozzi tal-passiġġieri, inklużi fʼċerti każi eżistenti, u li t-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-vetturi bʼmutur applikabbli se tkun pagabbli meta tinxtara vettura ġdida.
10. Numri jew titli tat-testi bażiċi: dwar 1
Artikolu 3.20 tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-2001
Artikolu 13(a) tal-Att dwar it-Taxxa fuq il-Paga tal-1964
Artikoli VI u XII tal-Att dwar l-Implimentazzjoni taʼ Memorandum dwar il-Karozzi tal-Passiġġieri
Artikoli II u IV tal-Att dwar it-Tassazzjoni (Dispożizzjonijiet Mixxellanji) tal-2012
Re 2
Artikolu 9 l-Att dwar it-Taxxa tal-Karozzi tal-Passiġġieri u l-Muturi tal-1992
Artikolu 3 tal-Att dwar it-Taxxa tar-Reġistrazzjoni għall-Vetturi bil-Mutur tal-1992
Artikolu 3 tal-Att dwar it-Taxxa tat-Triq tal-1994
Re 3
Artikolu 23b tal-Att dwar it-Taxxa tat-Triq tal-1994
Artikolu XXIII tal-Att dwar l-Implimentazzjoni taʼ Memorandum dwar il-Karozzi tal-Passiġġieri
Re 4.
Artikolu 3 tal-Att dwar it-Tassazzjoni Bbażata fuq l-Ambjent tal-1992 [Wet belastingen op milieugrondslag].
Artikolu 3 tal-Att dwar it-Taxxa tat-Triq 1994
11. Le
12. -
13. Le
14. Iva
15. -
16. Aspett OTK
Le - l-abbozz ma għandu l-ebda impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Aspett SPS
Le - l-abbozz mhux miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt 98/34
Fax: +32 229 98043
email: dir83-189-central@ec.europa.eu