Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2013) 03305
Direttiva 98/34/KE
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2013/0673/NL
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Nao inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201303305.MT)
1. MSG 002 IND 2013 0673 NL MT 12-12-2013 NL NOTIF
2. NL
3A. Ministerie van Financiën
Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer
3B. Ministerie van Financiën
Directoraat Generaal Fiscale Zaken
Korte Voorhout 7
PO BOX 20201
2500 EE Den Haag
4. 2013/0673/NL - S00E
5. Emenda għal ċerti atti dwar it-taxxa u ċerti atti oħrajn (Pjan Fiskali tal-2014)
6. Vetturi
7. -
8. Fl-Att dwar il-Pjan Fiskali tal-2014
1. Sal-1 ta’ Jannar 2014, karozzi tal-kumpaniji li għandhom emissjonijiet tas-CO2 ta’ 0 g/km għandhom ikunu eżentati kompletament miż-żieda fit-taxxa fuq il-paga u fuq l-introjtu li tirriżulta mid-disponibbiltà ta’ karozza tal-kumpanija għall-użu privat. Skont l-Att ta’ Memorandum dwar il-Vetturi bil-Mutur (‘Autobrief’) u l-Att dwar id-Diversi Emendi Fiskali tal-2012, dan se jinbidel b’żieda ta’ 7% għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-1 ta' Jannar 2016. Abbażi tal-Att dwar il-Pjan Fiskali tal-2014, iż-żieda għandha titnaqqas minn 7% għal 4% mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-1 ta’ Jannar 2016 jekk l-emissjonijiet tas-CO2 tal-karozza jkunu 0 g/km.
L-Artikoli I, V u XXXI tal-Pjan Fiskali tal-2014
2. Skont l-Att ta’ Memorandum dwar il-Vetturi bil-Mutur (L-Artikolu XVIII), vettura privata se tkun eżentata mit-taxxa fuq vetturi u muturi privati mill-1 ta’ Jannar 2015 jekk l-emissjonijiet CO2 ma jaqbżux 82 g/km. Madankollu, il-Pjan Fiskali tal-2014 jemenda dan l-artikolu fl-Att ta’ Memorandum dwar il-Vetturi bil-Mutur. Mill-1 ta’ Jannar 2015, vetturi mingħajr emissjonijiet biss se jkunu eżentati minn din it-taxxa. Fil-każ ta’ emissjonijiet ta’ 1 g/km sa 82 g/km, se jkollu jitħallas ammont fiss għal kull vettura ta’ EUR 175 u EUR 6 għal kull g/km. Barra minn hekk, ir-rata tat-tieni faxxa (emissjonijiet tas-CO2 minn 82 g/km sa 110 g/km) se titnaqqas minn EUR 88 għal EUR 69 għal kull g/km. Bħala riżultat ta’ dawn il-proposti, l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur u l-muturi privati se tkun limitata għall-karozzi mingħajr emissjonijiet biss. Il-konsegwenzi għall-karozzi ultra-effiċjenti se tkun limitata b'mod proporzjonat.
L-Arikolu XXXI tal-Pjan Fiskali tal-2014
3. Karozzi li għandhom aktar minn 30 sena huma eżentati mit-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur sal-1 ta’ Jannar 2014. Sa din id-data, se jkun hemm skema tranżitorja għall-karozzi li għandhom bejn 25 u 30 sena. Abbażi tal-Att dwar il-Pjan Fiskali tal-2014, se jinbidel il-mod kif karozzi klassiċi jħallsu t-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur. Karozzi li għandhom aktar minn 40 sena se jkunu eżentati mit-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur mill-1 ta’ Jannar 2014. Barra minn hekk, se tiġi implimentata skema tranżitorja għall-vetturi privati u vannijiet tal-konsenja li jaħdmu bil-petrol, vetturi bil-mutur, karozzi tal-linja u trakkijiet li għandhom 26 sena jew aktar iżda anqas minn 40 sena fl-1 ta' Jannar 2014. Jekk dawn il-vetturi jiġu inklużi fl-iskema tranżitorja, se jaqgħu taħt ir-rata fiskali tal-vetturi bil-mutur ta' 25% (massimu ta' EUR 120 kull sena kalendarja), għas-sena kalendarja li fiha tiġi applikata l-iskema tranżitorja. Din ir-rata ta’ 25% tapplika biss jekk ma jintużawx toroq pubbliċi matul Jannar, Frar u Diċembru.
Vetturi privati u vannijiet tal-konsenja li jaħdmu bid-diżil jew bl-LPG li għandhom 26 sena jew aktar, iżda anqas minn 40 sena, ma jkunux eliġibbli għall-iskema tranżitorja.
L-Arikolu XIX tal-Pjan Fiskali tal-2014
9. Fir-rigward ta’ 1. Sabiex tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni għal vjaġġar elettroniku totali permezz ta’ vetturi bil-mutur, jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn it-trattament ta', minn naħa waħda, vetturi kompletament elettroniċi u, min-naħa l-oħra, l-ibridi u l-estendituri tal-medda plug-in, li jaħdmu wkoll bil-fjuwils konvenzjonali. Għalhekk, l-inċentiv huwa mmirat b’mod partikolari lejn it-tekniki l-aktar innovattivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2.
Fir-rigward ta’ 2. L-emenda fl-Att tal-1992 dwar il-Vetturi bil-Mutur u l-Muturi Privati tirriżulta mill-Ftehim tal-Baġit tal-2014 u se tiġi ddettaljata billi jiġi emendat l-Artikolu 9 tal-Att tal-1992 dwar il-Vetturi bil-Mutur u l-Muturi Privati fl-1 ta’ Jannar 2015. Din l-emenda se tkun l-ewwel pass lejn taxxa fuq il-vetturi bil-mutur u l-muturi privati aktar b’saħħitha iżda aktar ekoloġika li tikkunsidra wkoll l-iżviluppi tekniċi l-aktar innovattivi.
Fir-rigward ta’ 3. L-emendi għar-regolament dwar it-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur għall-karozzi klassiċi jirriżultaw mill-konklużjoni li kemm in-numru kif ukoll l-użu ta’ karozzi klassiċi żdied b’mod sostanzjali f'dawn l-aħħar ftit snin. Din iż-żieda hija detrimentali għall-ambjent u tirriżulta f’kwistjonijet baġitarji. Din l-emenda għandha l-għan li tnaqqas l-użu ta’ kuljum ta’ karozzi klassiċi, iżda tħares il-vetturi li għandhom wirt kulturali. Barra minn hekk, dan ir-regolament il-ġdid dwar karozzi klassiċi għandu jkun aktar sostenibbli minn perspettiva baġitarja.
10. Numru jew titli tat-testi bażiċi: fir-rigward ta’ 1
L-Artikolu 3.20 tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-2001
L-Artikolu 13a tal-Att dwar it-Taxxa fuq il-Paga tal-1964
L-Artikoli IV, V, VI, X, XI u XII tal-Att ta’ Memorandum dwar il-Vetturi bil-Mutur
L-Artikoli II u IV tal-Att dwar id-Diversi Emendi tat-Taxxa tal-2012
Fir-rigward ta’ 2
L-Artikolu 9 tal-Att dwar il-Karozzi u l-Muturi tal-1992
L-Artikolu XVII tal-Att ta’ Memorandum dwar il-Vetturi bil-Mutur
Fir-rigward ta’ 3
L-Artikolu 72 tal-Att dwar it-Taxxa fuq il-Vetturi bil-Mutur tal-1994
11. Le
12. -
13. Le
14. Iva
15. -
16. Aspett OTK
Le - l-abbozz ma għandu l-ebda impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Aspett SPS
Le - l-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt 98/34
Fax: +32 229 98043
email: dir83-189-central@ec.europa.eu