Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2015) 02850
Direttiva 98/34/KE
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2015/0521/NL
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Nao inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201502850.MT)
1. MSG 002 IND 2015 0521 NL MT 15-09-2015 NL NOTIF
2. NL
3A. Ministerie van Financiën
Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer
3B. Ministerie van Economische Zaken, directie Wetgeving en Juridische Zaken
4. 2015/0521/NL - N30E
5. Ir-Regolament tal-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi li jemenda r-Regolament dwar il-Kwalità tal-Gass
6. Ir-regolament jikkonċerna aġġustamenti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-provvista u l-injezzjoni fil-grilja għal gass ittrasportat permezz tan-netwerk tat-trasport tal-gass.
7. -
8. L-għan ta' dan ir-regolament huwa li jintroduċi aġġustamenti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-provvista u l-injezzjoni fil-grilja għall-gass li jiġi injettat fin-netwerk tat-trasport tal-gass Nederlandiż u fornut permezz tiegħu. L-aġġustamenti jikkonċernaw l-Indiċi Wobbe, il-kontenut THT (odorant), il-konċentrazzjoni ta' idroġenu permessa, is-CO2, il-partikuli tat-trab, il-mikrobi, il-komposti li jinkludu s-siliċju, il-pressjoni tal-provvista u l-valur kalorifiku. Bħala sfond, u ġustifikazzjoni għal dawn l-emendi, saret referenza għall-paragrafu 2 tan-noti ta' spjegazzjoni għar-regolament. Ir-Regolament dwar il-Kwalità tal-Gass Nederlandiż ġie notifikat qabel [TRIS (2014)/00681].
9. Il-kompożizzjoni tal-gass fin-Netherlands tul is-snin dejjem tidher li qed iżżid fil-varjazzjoni tagħha. Dan jista' jiġi attribwit lil numru ta' fatturi. Pereżempju, qed jiġi impurtat aktar u aktar gass u l-kompożizzjoni tiegħu qiegħda tkun dejjem aktar varjata; il-provvista tal-gass naturali Nederlandiż qed tonqos u l-provvista tal-gass ekoloġiku qed tiżdied. Il-varjazzjoni akbar fil-kompożizzjoni tal-gass ġiet osservata kemm fil-gass b'livell kalorifiku għoli kif ukoll f'dak b'livell kalorifiku baxx. Madanakollu, varjazzjoni kbira żżejjed tista' tixkatta riskji ta' sigurtà, inkluż ir-riskju tal-formazzjoni tal-monossidu tal-karbonju.
Sabiex jiġi żgurat l-użu responsabbli u sikur tal-gass għall-konsumatur aħħari, huwa neċessarju l-iffissar ta' limiti rigward il-kompożizzjoni. Il-konsumaturi aħħarin iridu jkunu ċerti li l-konsum tal-gass huwa responsabbli u sikur meta t-tagħmir u l-faċilitajiet ikunu konformi mar-rekwiżiti tekniċi, inkluż ir-rekwiżiti tas-sikurezza. Għandu jiġi nnutat ukoll li l-konsum tal-gass jista' jaffettwa n-netwerk tal-gass. Pereżempju, kwistjonijiet bħall-korrużjoni għandhom jiġu evitati.
L-interess pubbliku fl-iżgurar ta' użu sikur u effiċjenti tan-netwerks pubbliċi, flimkien mal-iżvilupp rapidu fl-industrija tal-gass, jitlob il-kapaċità li jkun hemm rispons rapidu għat-talbiet li qed jinbidlu għall-kompożizzjoni tal-gass. Għal din ir-raġuni, ġie deċiż li l-ispeċifikazzjonijiet tal-kompożizzjoni tal-gass relatati mas-sikurezza, l-effiċjenza, l-affidabbiltà u s-sostenibbiltà tat-trasport u l-applikazzjoni tal-gass jiġu inklużi f'regolament ministerjali. L-intenzjoni mhix li jitfasslu kundizzjonijiet addizzjonali rigward il-kompożizzjoni tal-gass barra mill-ambitu ta' dan ir-regolament.
Il-ħtieġa li jiġu definiti speċifikazzjonijiet tal-injezzjoni fil-grilja hija mqanqla mill-għoti ta' ċarezza lill-operaturi tal-injezzjoni, filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet tal-provvista, barra milli jipprovdu ċarezza, għandhom ukoll l-għan li jħarsu lill-utenti - kemm konsumaturi privati kif ukoll negozji. Fir-rigward kemm tal-ispeċifikazzjonijiet tal-injezzjoni fil-grilja kif ukoll dawk tal-provvista, il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi se jibbilanċja l-interessi u l-ispejjeż li jistgħu, jew jistgħu ma jkunux imġarrba mill-operaturi, mill-importaturi tal-gass u mill-utenti. L-apparat u l-installazzjonijiet tal-gass se jkunu aġġustati sabiex ikunu konformi ma' kompożizzjoni tal-gass partikulari, bil-għan li fost għanijiet oħra tiġi żgurata s-sikurezza tal-kombustjoni tal-gass.
Ir-regolament huwa proporzjonali. Il-gass huwa prodott naturali u għalhekk jista' jinkludi livelli baxxi ta' ħafna komponenti. Mhumiex se jiġu imposti rekwiżiti għal dawn il-komponenti kollha; iżda dawk biss meħtieġa biex jiżguraw is-sikurezza, l-effiċjenza, l-affidabbiltà u s-sostenibbiltà tat-trasport u l-applikazzjoni tal-gass se jkunu soġġetti għar-regoli. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti mhumiex diskriminatorji, għaliex ikun min ikun li jinjetta l-gass fin-netwerk tat-trasport tal-gass Nederlandiż, jew ikun min ikun li jiġi fornut dan il-gass permezz ta' dan in-netwerk, japplikaw xorta waħda.
10. It-testi bażiċi ntbagħtu ma' notifika preċedenti: 2014/0115/NL
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. -
16. Aspett OTK
Iva
Aspett SPS
Le - l-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt 98/34
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir83-189-central@ec.europa.eu