Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - SG(2011) D/52406
Direttiva 98/34/KE
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2011/0525/NL
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Nao inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201102406.MT)
1. MSG 002 IND 2011 0525 NL MT 17-10-2011 NL NOTIF
2. NL
3A. Ministerie van Financiën
Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer
3B. Ministerie van Financiën
Directoraat Generaal Fiscale Zaken
Korte Voorhout 7
PO BOX 20201
2500 EE Den Haag
4. 2011/0525/NL - S00E
5. Emenda għal ċerti Atti dwar it-taxxa u ċerti Atti oħra (Pjan tat-Taxxa 2012)
Emenda għall-Att dwar (it-Tassazzjoni) tal-Karozzi tal-Passiġġieri u l-Vetturi bil-Mutur tal-1992, l-Att dwar it-Taxxa tat-Triq tal-1994, u ċerti Atti oħra (Att (ta’ Implimentazzjoni) Ċirkolari dwar il-Karozzi tal-Passiġġieri)
6. Karburanti tal-karozzi u l-muturi
7. -
8. 1. L-Att (ta’ Implimentazzjoni) Ċirkolari dwar il-Karozzi tal-Passiġġieri propost, isir aktar strett fuq il-limiti tas-CO2 għas-snin sal-2015. Il-fruntieri tas-CO2 għat-Taxxa tar-Reġistrazzjoni għall-Vetturi bil-Mutur se jiġu aġġustati ’l isfel fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena (fl-1 ta’ Lulju għall-2012). Dan se jikkawża l-limiti tal-emissjonijiet tas-CO2 (għar-raġunijiet tat-Taxxa tar-Reġistrazzjoni għall-Vetturi bil-Mutur) kemm għall-gażolina u d-diżil, biex jiltaqgħu gradwalment u b'hekk jilħqu l-istess livelli fl-2015.
2. It-tariffa fissa tad-diżil fit-Taxxa tar-Reġistrazzjoni għall-Vetturi bil-Mutur se tinbidel ma’ tariffa tad-diżil li tiddependi fuq is-CO2 b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012. Din it-tariffa se jkollha effetti mid-data msemmija, u se tiġi aġġustatata kull sena sal-2015.
3. L-eżenzjoni tat-taxxa tat-triq għall-karozzi tassew effiċjenti fl-enerġija se titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014, għall-karozzi tal-passiġġieri kemm ġodda kif ukoll eżistenti, sabiex mill-2014 ’il quddiem l-ammont tat-Taxxa tat-Triq se jiddependi fuq il-piż tal-vettura biss. Sal-1 ta’ Jannar 2014, il-limiti attwali ta’ eżenzjoni tas-CO2 (gażolina 110 gr/km, diżil 95 gr/km) se jibqgħu japplikaw.
4. Il-karozzi tal-passiġġieri b’emissjonijiet tas-CO2 li ma jaqbżux il-50 gr/km se jkunu eżenti mit-Taxxa tat-Triq sal-2016.
5. Trakkijiet bi standard ta’ emissjoni Euro III se jkunu soġġetti għal tariffa ta’ 20% tat-Taxxa tat-Triq mill-1 ta’ Jannar 2013.
6. Fir-rigward tal-kalkolu tal-penali tat-taxxa (tal-paga u d-dħul) fir-rigward tal-użu possibbli ta’ karozzi tal-kumpaniji għal skopijiet privati, il-limiti rilevanti tal-emissjonijiet tas-CO2 – fejn il-penali tat-taxxa hija mnaqqsa bi 11 % jew 5 % għall-karozzi li jibqgħu taħt il-limitu – se jkunu aġġustati ’l isfel fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena (fl-1 ta’ Lulju għall-2012). Dan l-Att propost jistabbilixxi l-limiti tas-CO2 għas-snin sal-2015. Il-limitu għal 11 % ta’ tnaqqis tal-penali tat-taxxa se jibqa’ l-istess bħal-limitu għall-eżenzjoni mit-taxxa tar-reġistrazzjoni. Il-limiti tal-emissjonijiet tas-CO2 kemm għall-gażolina u d-diżil, se jiltaqgħu gradwalment u b'hekk jilħqu l-istess livelli fl-2015.
7. L-eżenzjoni mill-penali tat-taxxa se tkun estiża mill-1 ta’ Jannar 2012 sabiex tkopri karozzi b’emissjonijiet tas-CO2 li ma jaqbżux il-50 gr/km. Din l-eżenzjoni se tapplika biss għall-karozzi li ngħataw numru tar-reġistrazzjoni għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Jannar 2016. Għall-karozzi b’emissjonijiet tas-CO2 ta’ 0 gr/km li ngħataw numru tar-reġistrazzjoni għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Jannar 2012, l-eżenzjoni tal-penali tat-taxxa se testendi b’sentejn għall-1 ta’ Jannar 2017.
8. Fir-rigward tal-penali tat-taxxa, il-karozzi li jaqgħu taħt is-sistema l-ġdida, fil-futur se jżommu l-perċentwal imnaqqas tagħhom tal-penali tat-taxxa għal perjodu ta' 60 xahar. Fl-aħħar ta’ kull perjodu ta’ 60 xahar, l-applikazzjoni possibbli ta’ perċentwal imnaqqas tal-penali tat-taxxa għal perjodu ieħor se tiġi deċiża skont il-limiti tas-CO2 li jkunu fis-seħħ. Is-sistema ġdida se tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2012, bl-eċċezzjoni għall-karozzi kif imfissra skont 6, li se jkunu soġġetti għal sistema ġdida mill-1 ta' Jannar 2012.
9. L-Att dwar l-Eżerċizzju bħalissa jinkludi possibilità ta’ rimborż parzjali tad-dazju għall-E85. L-abbozz jipproponi skema ġenerika għal kull bijokarburant manifatturat sostennibbilment jew it-taħlit ta’ bijokarburant immanifatturat sostennibbilment u l-fossili kombustibbli li l-kontenut tagħhom tal-enerġija huwa inqas minn dak ta’ karburanti ta’ muturi ekwivalenti, li jinkludi ammont ta’ bijokarburant li jaqbeż l-10 % tal-proporzjon b’kontenut ta’ enerġija, kif speċifikat fid-Direttiva tal-Enerġija Rinnovabbli.
10. Huwa propost li jiġu eżentiti karozzi bi karburant ta’ gass naturali li jistgħu jinstaqu bil-green gas mil-limiti tas-CO2, u t-tariffi għall-karozzi bid-diżil li huma attwalment soġġetti għalihom. Bħala kumpens, it-Taxxa tat-Triq għal dawn il-karozzi se tinkludi l-hekk imsejħa tariffa LPG, b’mod speċifiku l-inqas livell ta’ tariffa kif applikabbli għall-karozza bl-hekk imsejħa installazzjoni LPG-3. Se jiġi ffirmat ftehim industrijali sabiex jinkisbu garanziji mill-industrija li l-pompi ta’ riforniment Olandiżi se joffru kważi esklussivament il-green gas minflok il-gass naturali.
(Artikoli I sa XII u XV sa XXIV tal-Att (ta’ Implimentazzjoni) Ċirkolari dwar il-Karozzi tal-Passiġġieri)
(Artikolu XX tal-Pjan tat-Taxxa 2012)
9. 1. Instab fil-prattika li n-numru ta’ karozzi kkwalifikati għat-taxxa mnaqqsa tar-reġistrazzjoni hija b’mod sinifikanti, ogħla minn kif prevvist fl-introduzzjoni tal-iskema. Sabiex ikomplu jinkoraġġixxu lill-konsumaturi u l-produtturi jiksbu u jipproduċu karozzi effiċjenti bl-enerġija, il-limiti tal-emissjonijiet tas-CO2 se jiġu stretti kull sena sa mill-inqas l-2015. Dan se joħloq ukoll ċertezza fir-rigward tal-livelli tal-limiti ta’ emissjonijiet tas-CO2 matul perjodu itwal.
2. Meta wieħed iqis it-tariffa tad-diżil ibbażata fuq l-emissjonijiet tas-CO2, jara li l-vantaġġ medju prodott mid-differenza fid-dazju bejn karozza bil-gażolina u karozza bid-diżil, jiżdied mal-konsum tal-karburant tal-karozza. Minħabba li t-taxxa tar-reġistrazzjoni se tkun ukoll differenti għall-karozzi bid-diżil u l-karozzi bil-gażolina sal-2015, minħabba d-differenza fil-fruntieri, huwa neċessarju li jiġi aġġustat l-ammont tat-tariffa fuq id-diżil kull gramma tal-emissjonijiet fis-sena tal-2015, sabiex jiġi kkumpensat b’mod suffiċjenti għad-differenza fid-dazju bejn il-karozzi bid-diżil u l-karozzi bil-gażolina. Imbagħad mill-2015 ’il quddiem, l-unika differenza bejn il-karozzi bid-diżil u l-karozzi bil-gażolina, fir-rigward tat-taxxa tar-reġistrazzjoni, se tkun fit-tariffa tad-diżil.
3. Il-Gvern iqis bħala mhux mixtieq il-fatt li s-sidien ta’ karozzi effiċjenti (ħafna) fl-enerġija ma għandhomx sehem fil-piż tal-ispejjeż tat-toroq. Sabiex tipprekludi għajbien immedjat tal-vantaġġ relattiv li issa qed igawdu minnu s-sidien tal-karozzi li huma eżenti mit-Taxxa tat-Triq, l-eżenzjoni se titħassar mill-1 ta’ Jannar 2014 għall-karozzi kollha, ħlief għall-karozzi b’emissjonijiet li ma jaqbżux 50 gramma. (ara wkoll 4)
4. Huwa meħtieġ serħan temporanju għall-kategorija tal-vetturi b’emissjonijiet li ma jaqbżux il-50 gr/km, sabiex jinkisbu b’mod suffiċjenti l-volumi għolja għat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-prodotti, meta jkun hemm il-kundizzjonijiet neċessarji li potenzjalment jiftħu t-triq għall-prodott. Din l-eżenzjoni se tidħol fis-seħħ fil-ħin meta titħassar l-eżenzjoni attwali, u se tibqa’ għal sentejn sal-aħħar tal-2015.
5. It-Taxxa tat-Triq tipprovdi għaż-żidiet fit-tariffi għat-trakkijiet fi Klassijiet Euro eqdem. Maż-żmien, l-eqdem vetturi se jispiċċaw, u jiżdiedu vetturi ġodda. Dan inaqqas l-effettività tal-miżura. Sabiex ma jintlaħaqx dan l-effett, se tinbidel id-differenza mal-introduzzjoni ta’ klassi ta’ tariffa ġdida, l-Euro III. Id-data tad-dħul fis-seħħ tniżżlet simultanjament mad-data meta l-Eurovignette ma jibqax japplika fil-Pajjiżi l-Baxxi, u l-Euro class III ssir mandatorja għat-trakkijiet.
6. Fil-prattika, in-numru ta’ karozzi kkwalifikati għat-taxxa mnaqqsa tar-reġistrazzjoni nstab li kien sostanzjalment ogħla minn kif prevvist fl-introduzzjoni tal-iskema. Sabiex jipprovdu inċentivi lis-sidien tal-karozzi u l-produtturi biex jibqgħu jiksbu u jipproduċu aktar karozzi effiċjenti bl-enerġija, il-limiti tal-emissjonijiet tas-CO2 se jitnaqqsu kull sena sa mill-inqas l-2015. Dan se joħloq ukoll ċertezza fir-rigward tal-livelli tal-limiti ta’ emissjonijiet tas-CO2 matul perjodu itwal.
7. Huwa meħtieġ serħan temporanju għall-kategorija tal-vetturi b’emissjonijiet li ma jaqbżux il-50 gr/km, sabiex jinkisbu b’mod suffiċjenti volumi għolja għat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-prodotti, meta jkun hemm il-kundizzjonijiet neċessarji li potenzjalment jiftħu t-triq għall-prodott. Dan se jkun miżura temporanja, minħabba li huwa kkunsidrat li wara erba' snin, dawk il-kundizzjonijiet se jkunu ġew ipprovduti sa limitu suffiċjenti. Sabiex jiġi żgurat li l-karozzi mixtrija qabel il-perjodu msemmi hawn fuq u diġà eżenti mill-penali tat-taxxa, jibqgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni għal mill-inqas l-istess perjodu, l-eżenzjoni ta’ dawn il-karozzi se tiġġebbed sal-1 ta’ Jannar 2017.
8. Il-fatt li livell mogħti ta’ penali tat-taxxa se jinżamm għal 60 xahar, min-naħa waħda, jipprekludi l-karozzi milli jkunu żvantaġġjati mill-istrettezza annwali tal-limiti ta’ emissjonijiet tas-CO2, iżda min-naħa l-oħra jiżgura li xorta se jkun hemm inċentiv fil-futur li tintgħażel karozza (ħafna) aktar effiċjenti fl-enerġija.
9. Il-leġiżlazzjoni attwali tal-Pajjiżi l-Baxxi tipprovdi biss għar-rimborż għall-prodotti E85 (gażolina b’70 sa 85 % ta’ bijoetanol). L-iskema ġenerika proposta hawn hija aktar wiesgħa fl-iskop, u għalhekk tinkoraġġixxi l-użu tal-bijokarburanti jew taħlit ta’ bijokarburanti u fossili kombustibbli, li l-kontenut tagħhom tal-enerġija hija inqas minn dik tal-istess karburant tal-mutur. Sabiex jikkwalifika għar-rimborż, il-bijokarburant għandu jissodisfa ċerti kriterji ta’ sostennibbiltà, kif imfissra fl-Artikolu 17 tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. L-iskema ta’ rimborż hija ristretta għall-karburanti tal-muturi.
10. Din il-miżura tikkostitwixxi bidla temporanja fil-piż tat-taxxa, billi tnaqqas il-piż tat-taxxa fuq ix-xiri ta’ karozzi b’karburant ta’ gass naturali, iżda żżid it-taxxa tat-triq fix-xahar għall-użu ta’ toroq pubbliċi. L-għan huwa li jiġi nkoraġġit il-bejgħ tal-vetturi. Il-bidla fil-piż tat-taxxa se tagħmilha iżjed attraenti li jinxtraw dawn il-karozzi, b’differenza minn karozzi simili li jinstaqu b’karburanti ta’ muturi oħra.
10. Numri jew titoli tat-testi bażiċi: Artikolu 3.20 tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-2001
Artikolu 13bis tal-Att dwar it-Taxxa fuq il-Pagi tal-1964
Artikolu 25a tal-Att dwar it-Taxxa fuq it-Triq tal-1994
Artikolu 71h tal-Att dwar id-Dazju
11. Le
12. -
13. Le
14. Iva
15. -
16. Aspett TBT
Le – L-abbozz ma għandu l-ebda impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Aspett SPS
Le, l-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja
Catherine Day
Secretaris-Generaal
Europese Commissie
Contactpunt Richtlijn 98/34
Fax: (32-2) 296 76 60
email: dir83-189-central@ec.europa.eu