Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - SG(2009) D/52940
Direttiva 98/34/KE
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2009/0681/NL
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Nao inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 200902940.MT)
1. MSG 002 IND 2009 0681 NL MT 17-12-2009 16-12-2009 NL NOTIF 17-12-2009
2. NL
3a. Ministerie van Financiën
Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer
3b. Ministerie van Financiën
Directoraat-Generaal voor Fiscale Zaken, Directie Douane en Verbruiksbelastingen en Directie Directe Belastingen
4. 2009/0681/NL – T40T
5. Emenda ta’ ċertu liġijiet tat-taxxa u liġijiet oħra (Proposta ta’ Taxxa 2010)
6. Karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu bid-diżil u karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu bil-gass naturali
7. Iva
Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007
8. Jikkonċerna l-abbozz tal-miżuri li ġejjin:
1. Promozzjoni ta’ karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu bid-diżil tal-Euro 6 fil-BPM (taxxa skont l-Att dwar it-tassazzjoni tal-karozzi tal-passiġġieri u vetturi bil-mutur). Mill-1 ta’ Jannar 2011 ix-xiri ta’ karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu bid-diżil li jikkonformaw mal-istandard Euro 6 għandhom jiġu rreklamati bi tnaqqis fil-BPM. Dan it-tnaqqis jinkludi 1500 Euro fl-2011, 1000 Euro fl-2012 u 500 Euro fl-2013. (Ir-regolamenti tekniċi jinsabu fl-Artikolu XIII tal-Proposta ta’ Taxxa 2010).
2. Korrezzjoni teknika għall-karozzi li jaħdmu bil-gass naturali. Bħala riżultat tal-emendi li hemm fil-Proposta ta’ Taxxa 2009 għall-2010 u fil-BPM, il-bidla għal taxxa bbażata fuq CO2 kienet qiegħda thedded “tippromwovi żżejjed” il-karozzi li jaħdmu bil-gass naturali. Din il-problema qiegħda tiġi solvuta bl-applikazzjoni tal-istruttura tat-taxxa għall-karozzi li jaħdmu bid-diżil għall-karozzi li jaħdmu bil-gass naturali. (Ir-regolamenti tekniċi jinsabu fl-Artikolu XII tal-Proposta ta’ Taxxa 2010).
3. Tnaqqis taż-żieda għall-użu privat tal-karozzi b’livell ta’ emissjoni żero. Għall-karozzi li jaħdmu bl-elettriku, magħrufa wkoll bħala karozzi b’livell ta’ emissjoni żero, il-kabinett qed joħloq sistema fiskali iżjed vantaġġjuża permezz tal-introduzzjoni ta’ tariffa ġdida iżjed baxxa għaż-żieda tal-użu privat. Iż-żieda fissa għall-użu privat għall-karozzi b’livell ta’ emissjoni żero qiegħda tiġi mnaqqsa għal 0% fl-2010 u l-2011 u għal 7% fl-2012, l-2013 u l-2014. (Ir-regolamenti tekniċi jinsabu fl-Artikolu I tal-Proposta ta’ Taxxa tal-2010).
4. Rimborż fuq id-dazju għall-E85 sostenibbli. Id-densità tal-enerġija tal-E85 hija inqas minn dik tal-petrol. Għalhekk għandu jitħallas iżjed dazju għal kull kilometru ta’ sewqan. Dan ir-rimborż tad-dazju jikkumpensa d-differenza fil-kontenut tal-enerġija. L-E85 għandu juri b’mod ċar li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-NTA 8080 jew rekwiżiti ekwivalenti. (Ir-regolamenti tekniċi jinsabu fl-Artikolu XIXA tal-Proposta ta’ Taxxa tal-2010).
9. Re. 1. Fl-ittra dwar il-politika ambjentali il-kabinett ħabbar inċentiv għax-xiri ta’ karozzi li jaħdmu bid-diżil li jissodisfaw l-istandard Euro 6. Dan l-inċentiv għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2011.
Il-promozzjoni tal-istandard Euro 6 hija miżura ppjanata fil-Programm Nazzjonali ta’ Kooperazzjoni għall-Kwalità tal-Arja (akronimu Olandiż: NSL). Għall-ostakoli għall-kwalità tal-arja, fejn miżuri oħra ma wasslux għal tnaqqis biżżejjed fit-tniġġis tal-arja, l-introduzzjoni ta’ malajr tal-Euro-6 hija miżura supplimentari utli.
Re. 2. L-istrumenti fiskali eżistenti jippromwovu b’mod qawwi l-għażla ta’ karozza li taħdem bil-gass naturali, kemm sabiex ikun hemm kumpens għall-ispejjeż addizzjonali ta’ installazzjoni ta’ sistema tal-gass naturali installata f’fabbrika (madwar 2000 Euro – 3000 Euro). La l-BPM u lanqas it-taxxa fuq vettura bil-mutur m’għandhom ħlas żejjed fuq il-fjuwil għall-karozzi li jaħdmu bil-gass naturali, u r-rata tat-taxxa fuq l-enerġija għal dan il-fjuwil hija vantaġġjuża. Għat-tikketta tal-enerġija tagħhom, il-karozzi li jaħdmu bil-gass naturali ilhom jiġu kklassifikati fuq il-bażi tal-emissjonijiet tas-CO2 tagħhom waqt li jkunu qegħdin jaħdmu bil-gass naturali sa mill-2008, meta mqabbla mal-istandard tal-petrol. Bejn wieħed u ieħor, huma għalhekk jaqgħu taħt kategorija ta’ tikketta li hija tikketta jew tnejn iżjed vantaġġjuża mill-mudell tal-petrol kumparabbli, li jammonta għal vantaġġ BPM ta’ bejn 700 Euro u1400 Euro. Il-bidla għal BPM ibbażat fuq l-emissjoni ta’ CO2 fil-perjodu 2010 – 2013 għandha tkompli ż żid il-vantaġġ relattiv għall-karozzi li jaħdmu bil-gass naturali, jekk il-BPM għal dawn il-karozzi jkollu jiġi kkalkulat skont is-sistema użata għall-karozzi li jaħdmu bil-petrol.
Il-kabinett ma jixtieqx li jkun hemm żieda sproporzjonata bħal din fit-trattament preferenzjali tal-karozzi li jaħdmu bil-gass naturali. Ma tkunx proporzjonali għall-vantaġġ ambjentali tal-karozzi li jaħdmu bil-gass naturali meta mqabbla mal-karozzi li jaħdmu bil-petrol jew bid-diżil.
Sabiex jinżamm it-trattament preferenzjali relattiv tal-karozza li taħdem bil-gass naturali f’medja tal-livell kurrenti, is-sistema tat-taxxa għall-karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu bid-diżil għandha wkoll tiġi applikata għall-karozzi b’installazzjoni ta’ gass naturali li tkun ġiet installata f’fabbrika, fejn jiġi assunt li l-emissjoni ta’ CO2 tkun dik għat-tħaddim bil-gass naturali.
Re. 3. Il-kabinett iqis is-sewqan bl-enerġija elettrika bħala għażla li tipprometti sabiex jiġi żgurat li fiż-żmien li ġej ikun hemm karozzi iżjed nodfa, li jħarsu iżjed il-klima u iżjed silenzjużi.
Billi l-barriera għall-għażla ta’ karozza b’emissjoni żero għandha bla dubju tkun għolja ħafna fis-snin li ġejjin, il-perċentwal taż-żieda fiskali għal dawn il-karozzi għandha titnaqqas għal 0% sal-1 ta’ Jannar 2012. It-tliet snin ta’ wara l-perċentwal taż-żieda għal dawn is-snin għandu jkun ta’ 7%. Bħala riżultat ta’ din il-miżura għandu jkun iżjed favorevoli għall-impjegati li jagħżlu karozza b’livell ta’ emissjoni żero meta jkunu qegħdin jagħżlu karozza tal-kumpanija.
Re. 4. Il-Proposta ta’ Taxxa tal-2010 tistabbilixxi li, fuq talba, jingħata rimborż tad-dazju fuq l-E85 sostenibbli sabiex jagħmel tajjeb għad-differenza fil-valur tal-enerġija bil-petrol. L-E85 jikkonsisti mill-aktar f’85% bijoetanol u mill-inqas 70% bijoetanol. Il-valur tal-enerġija tal-E85 huwa bejn 70% u 76% tal-valur tal-enerġija tal-petrol. Għalhekk għandu jitħallas iżjed dazju għal kull kilometru ta’ sewqan. Ir-rimborż tad-dazju jagħmel tajjeb għad-differenza fil-kontenut tal-enerġija. L-E85 għandu jiġi prodott b’mod sostenibbli. Għal dak il-għan il-bijoetanol fl-E85 għandu jissodisfa bil-provi – permezz ta’ ċertifikat maħruġ minn istituzzjoni akkreditata indipendenti – ir-rekwiżiti ta’ sostenibbilità għall-bijomassa stabbiliti fl-NTA 8080 jew rekwiżiti ekwivalenti.
10. - Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul 2001, Artikolu 3.20. Żieda għall-użu privat tal-karozzi
- Artikolu 9 tal-Att dwar it-Taxxa fuq il-Karozzi u Muturi
11. Le
12. Ma applikabbli
13. Le
14. Iva
15. Le
16. TBT: Le
L-abbozz mhux se jkollu impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
SPS: Le
L-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja kif mifhum fl-Anness A tal-Ftehim SPS.
Catherine Day
Secretaris-Generaal
Europese Commissie
Contactpunt Richtlijn 98/34
Fax: (32-2) 296 76 60
email: dir83-189-central@ec.europa.eu
---------------------------------------------------------------------------------------
sent to :
Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit - Abteilung C2/1
Frau MARKL Iris
Työ- ja elinkeinoministeriö
Ms. Leila Vilhunen
Malta standards Authority
Sarah Jane Meli
Kommerskollegium
Ms Gunnel Fälth
Office of standards, metrology & Testing Kralikova Dana
.
BundesMinisterium für Wirtschaft und Technologie (Referat EB2)
Frau Kathrin Lettgen
Ministerio dell'industria
Sr. CASTIGLIONI Enrico
Ministry of Economy Dept for Economic Regulations
Mrs Barbara H. Kozlowska
Ministry of Economy and Commerce Division for Internal Market
Catalina Groza
Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit - Abteilung C2/1
Frau Brigitte WIKGOLM
Ministerio de Asuntos Exteriores y Coop. DG de Coordinación del Mercado Interior
Juan Carlos Calvo Huerta
Min. of Economic Affairs & Communication
Mr. Karl Stern
Délégation Interministérielle aux Standardes
Mme PORTOU-DUPIN
Min. of Industry, Energy & Technology
Mr K. Polychronidis
CU N Lovseth Hanne Leen
.
Ministerie van Financiën Belastingsdienst - Douane Noord / CDIU
De Heer IJ.G. van der Heide
Instituto Portugês da Qualidade
Sra Engª. Anete Freitas
Bundesministerium für Wirtschaft undBund Arbeit - Abteilung C2/1
Franz BORTH
Institut Belge de Standardalisation
Mme F. Hombert
European Free Trade Association
Mr. Robert Murphy
EU internal market coordination (Ministry of Economics)
Mr. Dainis Matulis
BELNotif (Qualité et Sécurité) SPF Economie,PME,Classes moyennes, Energ
M. Paul Caruso
Cyprus org. for the promotion of quality Ministry of Commerce, Industry & Tourism
M. Antonis Ioannou
AGENCIA ESPAÑOLA DE SEGURIDAD ALIMENTARI Comisión Interministerial para la Ordena
Mª Luisa Aguilar Zambalamberri
ELOT
Mrs. Tzolou Afroditi
NSAI
Mr Tony Losty
Lithuanian Standards Board
Daiva Lesickiene
Undersecretariat of Foreign Trade General Directorate of Standardisation
Mr Mehmet COMERT
Czech Office for Standards, Metrology and testing
Mrs Lucie Ruzickova
Erhvervs- og Byggestyrelsen/Danish Enterprise & Construction Authority
Bjarne Bang Christensen
EFTA Surveillance Authority
Mr. Gunnar Thor PETURSSON
Ministero dello sviluppo economico Dip.to Impresa e Internazionalizzazione
Sr. CASTIGLIONI Enrico
Slovenian Institute for Standardization SIST
Mrs Jozica Skof Nikolic
Department for Business, Innov. & Skills
Mr Philip Plumb
Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit - Abteilung C2/1
Ida CSISZAR
SPF Economie Direction générale Qualité et Sécurit
Paul Caruso
State Agency for Metrological and Technical Surveillance
Violetta Veleva
CU FL-Amt für Handel und Transport (TPMN)
Dipl. Ing. FH Thomas Näf
Hungarian Notification Centre Ministry of National Development and Eco
Mr Zsolt Fazekas
Institut luxembourgeois de la standardalisat (ILNAS)
Mr Manuel Turmes
Service de l' Energie de l' Etat
M. Miguel Borges
Office of standards, metrology & Testing Director of the department of European I
Mrs Kvetoslava STEINLOVA
---------------------------------------------------------------------------------------
sent to :
Malta standards Authority
Sarah Jane Meli