Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2020) 02429
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2020/0423/HU
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 202002429.MT)
1. MSG 002 IND 2020 0423 HU MT 02-07-2020 HU NOTIF
2. HU
3A. Igazságügyi Minisztérium
EU Jogi Megfelelésvizsgálati Főosztály
Műszaki Notifikációs Központ
Budapest
Kossuth tér 4.
H-1055
Tel. : 361-795-5733
E-mail: technicalnotification@im.gov.hu
3B. Innovációs és Technológiai Minisztérium, Kiemelt Infrastruktúrák Főosztálya
Budapest
Váci út 45.
Tel: (36 1) 896 7832
E-mail cím: vivien.ifka@itm.gov.hu; andras.istvan.babik@itm.gov.hu
4. 2020/0423/HU - S20E
5. Digriet tal-Gvern dwar ir-restrizzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u ta’ ċerti prodotti tal-plastik oħra
6. Ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u ċerti prodotti tal-plastik oħra
7. - Id-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ
- Id-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (minn hawn ’il quddiem: id-Direttiva SUP)
8. Mill-1 ta’ Lulju 2021, l-abbozz jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti magħmula minn plastik ossodegradabbli, u tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li ġejjin u tal-verżjonijiet tagħhom magħmula minn plastik bijodegradabbli:
1. Stikek tal-cotton bud;
2. Pożati (frieket, skieken, mgħaref, chopsticks);
3. Platti;
4. Straws;
5. Ħawwada tax-xorb;
6. Stikek li jitwaħħlu mal-bżieżaq u li jżommuhom, ħlief il-bżieżaq għal użi u għal applikazzjonijiet industrijali jew professjonali oħrajn li mhumiex distribwiti lill-konsumaturi, inklużi l-mekkaniżmi tat-tali stikek;
7. Kontenituri tal-ikel magħmula minn polistiren espandut, jiġifieri reċipjenti bħal kaxex, bl-għatu jew mingħajru, użati biex iżommu ikel li:
7.1. ikun maħsub għall-konsum immedjat jew fuq il-post jew bħala take-away,
7.2. tipikament jiġi kkunsmat mill-kontenitur, u
7.3. huwa lest biex jiġi kkunsmat mingħajr l-ebda tħejjija oħra, bħal tisjir, togħlija jew tisħin,
inklużi kontenituri tal-ikel użati għall-ikel ta’ malajr (fast food) jew ikliet oħra lesti għall-konsum immedjat, minbarra kontenituri tax-xorb, platti u pakketti u tgeżwir li fihom l-ikel;
8. Kontenituri tax-xorb magħmula minn polistiren espandut, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom;
9. Tazez għax-xorb magħmula minn polistiren espandut, inklużi l-għotjien tagħhom.
- tazez tal-plastik għax-xorb li jintużaw darba biss minbarra dawk magħmula minn polistiren espandut, inklużi l-għotjien tagħhom;
Mill-1 ta’ Lulju 2021, l-abbozz se jipprojbixxi wkoll it-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li ġejjin:
- basktijiet tal-plastik ħfief bi ħxuna tal-ħajt ta’ 15-il mikron ’il fuq, ħlief għall-verżjonijiet tagħhom magħmula minn plastik bijodegradabbli.
9. L-Istati Membri għandhom jittrasponu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva SUP sat-3 ta’ Lulju 2021. L-Ungerija tintroduċi r-restrizzjoni tat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva SUP mill-1 ta’ Lulju 2021.
L-Ungerija tirrikonoxxi li azzjoni deċiżiva hija meħtieġa wkoll kontra l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss b’impatt ambjentali negattiv minbarra dawk fl-ambitu tal-prodott li t-tqegħid tagħhom fis-suq huwa ristrett bid-Direttiva SUP. Għalhekk, mill-1 ta’ Lulju 2021, l-abbozz jipprojbixxi wkoll it-tqegħid fis-suq ta’, minbarra l-prodotti magħmula minn plastik ossodegradabbli skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva SUP u l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti B tal-Anness tad-Direttiva SUP, tazez tal-plastik għax-xorb li jintżaw darba biss minbarra dawk magħmula minn polistiren espandut u basktijiet tal-plastik ħfief bi ħxuna tal-ħajt ta’ 15-il mikron ’il fuq, ħlief għall-verżjonijiet tagħhom magħmula minn plastik bijodegradabbli.
Għal dawn il-prodotti, hemm alternattivi disponibbli u affordabbli b’mod kummerċjali li huma faċilment disponibbli għall-konsumaturi. Il-miżura tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-ammont ta’ skart tal-plastik iġġenerat.
L-Ungerija nnotifikat l-abbozz ta’ Digriet tal-Gvern dwar ir-restrizzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u ta’ ċerti prodotti tal-plastik oħra taħt in-Notifika Nru 2020/313/HU fl-20 ta’ Mejju 2020. Meta wieħed iqis li l-abbozz ġie emendat (id-data tad-dħul fis-seħħ inbidlet u m’għadhiex tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ basktijiet tal-plastik bi ħxuna tal-ħajt taħt il-15-il mikron u ta’ basktijiet tal-plastik ħfief magħmula minn plastik bijodegradabbli) , hija meħtieġa notifika mill-ġdid tal-abbozz emendat. Fl-istess ħin, aħna nitolbu wkoll l-irtirar tan-Notifika Nru 2020/313/HU.
10. Referenza/i għat-test(i) bażiku/bażiċi: Taħt l-adozzjoni:
Emenda għall-Att LIII tal-1995 dwar ir-regoli ġenerali għall-protezzjoni tal-ambjent
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. -
16. Aspett OTC
Le - il-proġett m’għandux impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Aspett SPS
Le – l-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu