Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2018) 03428
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2018/0617/E
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201803428.MT)
1. MSG 002 IND 2018 0617 E MT 14-12-2018 E NOTIF
2. E
3A. Subdirección General de Asuntos Industriales, Energéticos, de Transportes, Comunicaciones y de Medio Ambiente.
Dirección General de Coordinación del Mercado Interior y otras Políticas Comunitarias.
Secretaría de Estado para la Unión Europea
Ministerio de Asuntos Exteriores, Unión Europea y Cooperación.
C/ Serrano Galvache, 26, 4ª planta, Torre Sur (28071 Madrid)
Teléfono: 91 379 84 64
Fax: 91 379 84 01
Dirección correo electrónico: d83-189@maec.es
3B. Ministerio de Fomento. Secretaría General Técnica
4. 2018/0617/E - B00
5. Abbozz ta’ Digriet Reġju li jemenda d-Digriet Reġju 314/2006 tas-17 ta’ Marzu, li japprova l-Kodiċi Tekniku tal-Bini
6. Emenda speċifika tal-Parti I tal-Kodiċi Tekniku tal-Bini biex jiġi inkluż ir-rekwiżit bażiku tal-protezzjoni kontra r-radon f’postijiet magħluqin tal-bini.
Reviżjoni tad-Dokument Bażiku DB-HE “Iffrankar Enerġetiku” u emendi tad-Dokumenti Bażiċi DB-HS “Saħħa” u DB-SI “Sigurtà f’każ ta’ Nar”.
Emendi speċifiċi għall-aġġornament regolatorju tad-Dokumenti Bażiċi DB-SE “Sigurtà strutturali”, DB-SI “Sigurtà f’każ ta’ Nar”, DB-SUA “Sigurtà tal-użu u l-aċċessibilità”, DB- HR “Protezzjoni kontra l-istorbju” u DB-HS “Saħħa”
7. -
8. Traspożizzjoni parzjali tad-Direttiva 2013/59/EURATOM tal-Kunsill, li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom. Din id-Direttiva tobbliga lill-Istati Membri jistabbilixxu livelli nazzjonali referenzjali għal konċentrazzjonijiet ta’ radon f’postijiet magħluqin u biex jieħdu miżuri xierqa biex jillimitaw il-penetrazzjoni tar-radon fil-binjiet.
Fir-reviżjoni tad-Dokument Bażiku DB-HE “Iffrankar Enerġetiku”, jiġu introdotti emendi fl-istruttura tar-rekwiżiti bażiċi biex jiġu adattati għar-regolamenti Ewropej, jiġu riveduti l-valuri minimi tal-effiċjenza enerġetika li l-bini għandu jikkonforma magħhom u tiġi aġġornata d-definizzjoni ta’ bini b’konsum ta’ enerġija ta’ kważi żero.
9. L-emenda tal-Parti I tal-Kodiċi Tekniku tal-Bini hi meħtieġa biex jiġi inkluż ir-rekwiżit bażiku tal-protezzjoni kontra r-radon f’postijiet magħluqin tal-bini li toħroġ
mid-Direttiva 2013/59/EURATOM tal-Kunsill kif ukoll tinkorpora t-Taqsima HS6 “Protezzjoni kontra l-gass tar-radon” fid-Dokument Bażiku DBHS “Saħħa”, li jiżviluppa r-rekwiżit.
Hi meħtieġa reviżjoni ġdida tad-Dokument Bażiku DB-HE “Iffrankar Enerġetiku” b’konformità mad-Direttiva 2010/31/UE tad-19 ta’ Mejju 2010.
10. Referenzi għat-testi bażiċi: - Digriet Irjali li japprova l-Kodiċi Tekniku tal-Bini
- Ordinanza li temenda d-Dokument Bażiku DB-HE “Iffrankar enerġetiku”, u d-Dokument Bażiku DB-HS “Saħħa”, tal-Kodiċi Tekniku tal-Bini, approvat bid-Digriet Reġju 314/2006, tas-17 ta’ Marzu.
It-testi bażiċi ntbagħtu fil-qafas ta’ notifika preċedenti: 2004/0020/E 2016/606/E
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. -
16. Aspett OTK
LE - L-abbozz mhu se jkollu ebda effett sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Aspett SPS
Le - L-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu