Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2020) 03235
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2020/0549/B
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 202003235.MT)
1. MSG 002 IND 2020 0549 B MT 04-09-2020 B NOTIF
2. B
3A. FOD Economie, KMO, Middenstand en Energie
Algemene Directie Kwaliteit en Veiligheid - Dienst Normalisatie en Competitiviteit - BELNotif
NG III – 2de verdieping
Koning Albert II-laan, 16
B - 1000 Brussel
Tel: 02/277.53.36
belspoc@economie.fgov.be
3B. BELGISCHE KAMER VAN VOLKSVERTEGENWOORDIGERS
Commissie voor Energie,Leefmilieu en Klimaat
1008 Brussel
Tel:02/549.81.26 - 02/549.85.18
4. 2020/0549/B - S10E
5. Abbozz ta’ Att li jemenda l-Att tal-21 ta’ Diċembru 1998 dwar standards ta’ prodotti li jippromwovu mudelli ta’ produzzjoni sostenibbli u ta’ konsum u sabiex jitħarsu l-ambjent, is-saħħa pubblika u l-impjegati, sabiex tiġi introdotta projbizzjoni fuq l-użu ta’ prodotti tal-plastik ossodegradabbli u ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss
6. Dan l-abbozz huwa maħsub sabiex jittrasponi immedjatament fil-liġi Belġjana ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva Ewropea li tintroduċi projbizzjoni fuq l-użu ta’ plastiks ossodegradabbli
(li jistgħu jinqasmu kimikament jew li jistgħu jinqasmu f’partiċelli żgħar ta’ plastik)
kif ukoll fuq ċerti prodotti tal-plastik oħrajn li jintużaw darba biss.
Minbarra d-dispożizzjonijiet projbittivi introdotti fl-imsemmija Direttiva,
dan l-abbozz jintroduċi wkoll projbizzjoni fuq l-użu ta’ basktijiet tal-plastik li jintużaw darba biss.
7. - Id-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ
- (Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis
tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent)
8. L-abbozz huwa maħsub sabiex jemenda l-Att tal-21 ta’ Diċembru 1998 dwar standards ta’ prodotti li jippromwovu mudelli ta’ produzzjoni sostenibbli u ta’ konsum u sabiex jitħarsu l-ambjent, is-saħħa pubblika u l-impjegati. Jintroduċi projbizzjoni fuq it-tqegħid ta’ ċerti prodotti fis-suq. Għal dan l-għan,
iżid diversi definizzjonijiet fl-Att tal-21 ta’ Diċembru 1998 (Artikolu 2 tal-abbozz) u jdaħħal Kapitolu IVbis ġdid
“Dispożizzjonijiet speċjali fuq prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss” (Artikolu 3).
B’mod iktar speċifiku, il-projbizzjoni dwar tqegħid fis-suq tkopri prodotti bbażati fuq plastik ossodegradabbli (l-Artikolu 4), ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss (l-Artikolu 5)
u ċerti basktijiet tal-ġarr li jintużaw darba biss iddisinjati għall-imballaġġ jew għall-ġarr ta’ oġġetti mixtrija minn punti ta’ bejgħ fuq ġewwa jew barra.
DOK 55 0160/016: test adottat fil-kumitat wara t-tieni qari
https://www.dekamer.be/assets/FLWB/Pdf/55/0160/55K0160016.pdf
DOK 55 0160/008: l-ewwel qari tar-rapport tal-kumitat
https://www.dekamer.be/assets/FLWB/Pdf/55/0160/55K0160008.pdf
DOK 55 0160/015: it-tieni qari tar-rapport tal-kumitat
https://www.dekamer.be/assets/FLWB/Pdf/55/0160/55K0160015.pdf
9. Dan l-abbozz huwa maħsub sabiex jittrasponi immedjatament fil-liġi Belġjana l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2019/904, biż-żieda ta’ projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta’ basktijiet tal-plastik li jintużaw darba biss. Skont il-parti li tissottometti, it-tqegħid fis-suq tal-imsemmija basktijiet tal-plastik għandu jkun ipprojbit fi kwalunkwe każ għax mhumiex kompatibbli ma’ ambjent san: wara kollox, dawn il-basktijiet, li bilkemm jieħdu sekonda sabiex jiġu magħmula, bħala medja jintużaw għal 20 minuta, iżda għandhom ħajja li tvarja minn seklu wieħed sa erba’. Barra minn hekk, dawn il-basktijiet huma ta’ theddida serja għall-bijodiversità peress li l-għasafar u l-annimali marittimi jibilgħuhom. Projbizzjonijiet ta’ dan it-tip huma fis-seħħ mhux biss fi Franza, Spanja u l-Italja, iżda wkoll f’partijiet oħra tad-dinja. Per eżempju, mhux inqas minn 25 pajjiż Afrikan ipprojbixxa l-użu ta’ basktijiet tal-plastik li jintużaw darba biss.
10. Restrizzjoni tan-negozjar jew l-użu ta’ sustanza, preparazzjoni jew prodott kimiku
Numri jew titoli tat-testi bażiċi: L-Att tal-21 ta’ Diċembru 1998 dwar standards ta’ prodotti li jippromwovu mudelli ta’ produzzjoni sostenibbli u ta’ konsum u sabiex jitħarsu l-ambjent, is-saħħa pubblika u l-impjegati
It-testi bażiċi ntbagħtu b’notifika preċedenti: 1998/347/B
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. -
16. Aspett TBT
Iva
Aspett SPS
Iva
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu