Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2016) 03757
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2016/0646/RO
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201603757.MT)
1. MSG 002 IND 2016 0646 RO MT 12-12-2016 RO NOTIF
2. RO
3A. Ministerul Economiei, Comerțului și Relațiilor cu Mediul de Afaceri - Direcția Afaceri Europene
Calea Victoriei nr.152, Sector 1, Bucureşti, cod 010096;
Telefon 004 0212025242, 004 0212025359 Fax 004 0212025245
E-mail:reglementari_tehnice@economie.gov.ro; ionut_ciobanoiu@economie.gov.ro
3B. Ministerul Dezvoltării Regionale și Administrației Publice
Direcția Generală Dezvoltare Regională și Infrastructură
Str.Apolodor nr.17,Sector 5 București;
Telefon 0372.114.599;
E-mail : andreea.dumitrescu@mdrap.ro
4. 2016/0646/RO - B10
5. Deċiżjoni tal-Gvern li temenda u tissostitwixxi l-Anness 5 - ir-Regolament dwar l-approvazzjoni teknika għall-prodotti, il-proċeduri u t-tagħmir ġodda fil-bini - id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 766/1997 li tapprova ċerti regolamenti li jikkonċernaw il-kwalità fil-bini, bl-emendi u ż-żidiet sussegwenti tagħha
6. Dan l-abbozz ta’ deċiżjoni huwa riformulazzjoni tar-Regolament dwar l-approvazzjoni teknika għall-prodotti, il-proċeduri u t-tagħmir ġodda fil-bini, stipulat fl-Anness 5 tad-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 766/1997 li tapprova ċerti regolamenti dwar il-kwalità fil-bini, bl-emendi u ż-żidiet sussegwenti tagħha, li m’għadux jissodisfa r-rekwiżiti attwali u li fih kapitoli dwar il-kontenut tal-approvazzjoni teknika fil-bini, l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet dwar l-approvazzjoni teknika fil-bini, l-obbligi u r-responsabbiltajiet li għandhom il-manifatturi, il-korpi responsabbli mill-ħruġ ta’ approvazzjonijiet tekniċi fil-bini, il-gruppi speċjalizzati u l-kumitati tekniċi speċjalizzati, kif ukoll il-kontenut tal-qafas tal-approvazzjoni teknika fil-bini, l-approvazzjoni teknika u l-estensjoni tal-approvazzjoni teknika.
L-approvazzjoni teknika fil-bini hija opinjoni teknika favorevoli, espressa f’dokument bil-miktub, dwar il-possibbiltà ta’ użu ta’ ċerti prodotti jew apparat, minn hawn ’il quddiem imsejħa prodotti tal-bini, li mhumiex soġġetti għal speċifikazzjoni teknika, skont ir-rekwiżiti fundamentali applikabbli għall-bini stipulati fl-Artikolu 5(1) tal-Liġi Nru 10/1995.
L-approvazzjonijiet tekniċi fil-bini huma mfassla minn korpi awtorizzati mill-Ministeru għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Amministrazzjoni Pubblika, fuq talba tal-manifatturi jew ir-rappreżentati awtorizzati tagħhom.
7. -
8. Dan l-abbozz ta’ deċiżjoni huwa riformulazzjoni tar-Regolament dwar l-approvazzjoni teknika għall-prodotti, il-proċeduri u t-tagħmir ġodda fil-bini, stipulat fl-Anness 5 tad-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 766/1997 li tapprova ċerti regolamenti dwar il-kwalità fil-bini, bl-emendi u ż-żidiet sussegwenti tagħha, li m’għadux jissodisfa r-rekwiżiti attwali u li fih kapitoli dwar il-kontenut tal-approvazzjoni teknika fil-bini, l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet dwar l-approvazzjoni teknika fil-bini, l-obbligi u r-responsabbiltajiet li għandhom il-manifatturi, il-korpi responsabbli mill-ħruġ ta’ approvazzjonijiet tekniċi fil-bini, il-gruppi speċjalizzati u l-kumitati tekniċi speċjalizzati, kif ukoll il-kontenut tal-qafas tal-approvazzjoni teknika fil-bini, l-approvazzjoni teknika u l-estensjoni tal-approvazzjoni teknika.
Sabiex jiġi żgurat li r-Regolament ikun jista’ jintuża faċilment, l-Anness 5 - ir-Regolament dwar l-approvazzjoni teknika għall-prodotti, il-proċeduri u t-tagħmir ġodda fil-bini - tad-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 766/1997, għandu jiġi emendat u sostitwit bl-Anness li huwa parti integrali minn dan l-abbozz ta’ deċiżjoni.
Kliem muftieħ: prodotti tal-bini, approvazzjoni teknika fil-bini
9. Ir-regolament ser jiġi riformulat billi:
- il-frażi “approvazzjoni teknika għall-prodotti ġodda, il-proċeduri u t-tagħmir fil-bini” tiġi sostitwita bil-frażi “approvazzjoni teknika fil-bini” sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni mad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 10/1995 dwar il-kwalità fil-bini, ippublikata mill-ġdid bl-emendi u ż-żidiet sussegwenti tagħha, kif ukoll bid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE li tagħmel użu mill-frażi “prodotti għall-bini”;
- il-frażi “Kummissjoni Nazzjonali għall-Approvazzjoni Teknika fil-Bini” tiġi sostitwita bil-frażi “Kunsill Tekniku Permanenti għall-Bini”, entità mingħajr personalità legali li hija affiljata mal-Ministeru għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Amministrazzjoni Pubblika u li twaqqfet skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 622/2004 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-bini, ippubblikata mill-ġdid, bl-emendi u ż-żidiet sussegwenti tagħha;
- tiġi miżjuda d-dikjarazzjoni li “kwalunkwe assaġġ jew test meħtieġ sabiex jinħarġu approvazzjonijiet tekniċi għandhom jitwettqu f’laboratorji akkreditati minn korp nazzjonali ta’ akkreditament, bl-għanijiet ta’ u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, għall-assaġġi jew it-testijiet stipulati fl-approvazzjoni teknika rispettiva”;
- tiġi miżjuda d-dikjarazzjoni li “il-korp responsabbli mill-ħruġ tal-approvazzjonijiet tekniċi fil-bini għandu jkun responsabbli wkoll mill-għażla tal-laboratorji fejn tali assaġġi u testijiet għandhom jitwettqu fuq il-prodotti għall-bini”;
- il-frażi “il-prodotti li għalihom inħarġu approvazzjonijiet tekniċi għandhom ikunu wkoll soġġetti għal attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni tal-konformità” bil-frażi “prodotti għall-bini li għalihom inħarġu approvazzjonijiet tekniċi għandu jsirilhom kontroll tal-produzzjoni mill-fabbrika sabiex tinżamm il-kwalità u l-konsistenza tal-karatteristiċi rilevanti waqt il-proċess ta’ manifattura”;
- tiġi ppreżentata b’mod dettaljat l-istruttura organizzazzjonali tal-entitajiet responsabbli mill-ħruġ tal-approvazzjonijiet tekniċi fil-bini, filwaqt li ssemmi ż-żoni li fihom joperaw il-gruppi speċjalizzati;
- tiġi ppreżentata b’mod dettaljat l-istruttura organizzazzjonali tal-kumitati tekniċi speċjalizzati li japprovaw l-approvazzjonijiet tekniċi għall-bini;
- jiġi ppreżentat b’mod dettaljat il-kontenut tal-qafas tal-approvazzjoni teknika għall-bini stipulat fl-Anness Nru 1 ta’ dan ir-regolament;
- jiġi ppreżentat b’mod dettaljat il-kontenut tal-qafas tal-approvazzjoni teknika stipulat fl-Anness 2 ta’ dan ir-regolament;
- jiġi ppreżentat b’mod dettaljat il-kontenut tal-qafas tal-estensjoni tal-approvazzjoni teknika stipulat fl-Anness 3 ta’ dan ir-regolament.
10. Referenza/i għal test(i) bażiku/bażiċi: Id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 766/1997 li tapprova ċerti regolamenti dwar il-kwalità fil-bini, bl-emendi u ż-żidiet sussegwenti tagħha
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. -
16. Aspett OTK
Le - L-abbozz m’għandux impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Aspett SPS
Le - L-abbozz m’għandux impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir83-189-central@ec.europa.eu