Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2020) 03573
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2020/0605/DK
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 202003573.MT)
1. MSG 002 IND 2020 0605 DK MT 30-09-2020 DK NOTIF
2. DK
3A. Erhvervsstyrelsen
Langelinie alle 17
2100 København Ø
e-mail: notifikationer@erst.dk
3B. Sundheds- og Ældreministeriet
Holbergsgade 6
1057 København K
email: sum@sum.dk
4. 2020/0605/DK - S00S
5. Abbozz ta’ Ordni dwar it-tikkettar u l-imballaġġ ta’ sostituti tat-tabakk
6. S00S - SAĦĦA, TAGĦMIR MEDIKU
7. -
8. l-Ordni, fuq il-bażi tar-regoli applikabbli għall-
prodotti tat-tabakk, tistabbilixxi regoli għall-imballaġġ, it-tikkettar u t-twissijiet tas-saħħa fuq
sostituti tat-tabakk.
Għalhekk tistabbilixxi, fost aspetti oħra, regoli li l-pakketti individwali ta’ sostituti tat-tabakk għandhom ikunu mmarkati bl-informazzjoni dwar l-ingredjenti kollha li qegħdin fil-prodott, indikazzjoni tal-kontenut tan-nikotina tal-prodott, numru tal-lott u rakkomandazzjoni li għandhom jinżammu ’il bogħod mit-tfal.
Barra minn hekk, tistabbilixxi, fost aspetti oħra, regoli li jistipulaw li l-pakketti individwali u kwalunkwe imballaġġ ta’ barra m’għandux ikollhom elementi jew karatteristiċi li jippromwovu sostitut tat-tabakk.
Għat-twissija tas-saħħa b’mod partikolari, ġew introdotti regoli dwar il-kliem, il-forma u t-tqegħid,
li jinkludu l-użu tat-tipa u d-daqs.
9. L-Ordni hija bbażata fuq abbozz ta’ liġi li jimplimenta ftehim fuq pjan ta’ azzjoni nazzjonali kontra t-tipjip mit-tfal u miż-żgħażagħ miftiehem fit-18 ta’ Diċembru 2019 bejn il-Gvern (Demokratiċi Soċjali) u Venstre (Partit Liberali Daniż), Radikale Venstre (Partit Liberali Soċjali Daniż), Socialistisk Folkeparti (Partit Popolari Soċjalista), Enhedslisten (Alleanza Ħamra-Ħadra), Det Konservative Folkeparti (Partit Popolari Konservattiv) u Alternativet (l-Alternattiva). Il-Ftehim jinkludi firxa wiesgħa ta’ inizjattivi maħsubin sabiex iwaqqfu u jipprevjenu t-tipjip u d-dipendenza fuq in-nikotina fost it-tfal u ż-żgħażagħ, u l-ftehim jimplimenta numru ta’ inizjattivi li assoċjazzjonijiet ta’ pazjenti u professjonisti ħeġġew għal bosta snin.
Mal-proposta, il-Ministeru tas-Saħħa Daniż jenfasizza li t-tipjip jagħmel ħsara kbira lis-saħħa. Huwa l-kombinament ta’ dawn l-inizjattivi kollha li għandhom effettivament jikkontribwixxu sabiex jitnaqqas il-proporzjon taż-żgħażagħ li jpejpu fid-Danimarka u fit-tul jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-inugwaljanza fis-saħħa.
10. Referenza/i għat-test(i) bażiku/bażiċi: L-Ordni tinħareġ fuq il-bażi ta’ § 19 a(2) u § 22 c tal-Att dwar il-prodotti tat-tabakk, eċċ. (ara l-Ordni Nru 965 tas-26 ta’ Awwissu 2019, kif emendata minn § 2 tal-Att Nru xx tal-xx 2020, [abbozz ta’ liġi li għadu mhux adottat])
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. Iva
16. Aspett WTO
Le - l-abbozz mhuwiex regolament tekniku jew proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità.
Aspett SPS
Le – l-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu