Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2020) 04710
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2020/0839/D
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 202004710.MT)
1. MSG 002 IND 2020 0839 D MT 22-12-2020 D NOTIF
2. D
3A. Bundesministerium für Wirtschaft und Energie, Referat E B 2, 11019 Berlin,
Tel.: 0049-30-2014-6353, Fax: 0049-30-2014-5379, E-Mail: infonorm@bmwi.bund.de
3B. Bundesministerium für Umwelt, Naturschutz und nukleare Sicherheit, Referat WR II 5, 53175 Bonn, Tel.: 0049-228-305-3404, Fax.: 0049-228-305-3404, E-Mail: WRII5@bmu.bund.de
4. 2020/0839/D - S10E
5. Att għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-Plastik li Jintuża darba biss u d-Direttiva Qafas dwar l-Iskart fl-Att dwar l-Imballaġġ u f’atti oħra
6. It-tipi kollha ta’ imballaġġi huma affettwati. Fost oħrajn se jiġu indirizzati imballaġġi tal-plastik li jintużaw darba biss għal prodotti tal-ikel għall-konsum immedjat u tazzi tax-xorb li jintużaw darba biss kif ukoll bottijiet tax-xorb li jintużaw darba biss tal-aluminju u fliexken tax-xorb li jintużaw darba biss tal-plastik.
7. - Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ
8. L-emenda tal-Att timplimenta r-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2019/904 fil-liġi nazzjonali, b’mod partikolari fil-qasam tal-imballaġġ fl-Att dwar l-Imaballaġġ.
Barra minn hekk se jiġu implimentati r-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/98/KE li ġiet emendata fir-rigward tar-reġim tar-responsabbiltà estiża tal-produttur fil-qasam tal-imballaġġ.
Se jsiru wkoll xi aġġornamenti, aġġustamenti u emendi fl-Att dwar l-Imballaġġ sabiex l-implimentazzjoni tiegħu tiġi ssimplifikata u mtejba.
9. Fit-2 ta’ Lulju 2019 daħlet fis-seħħ id-Direttiva (UE) 2019/904 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (l-hekk imsemmija Direttiva (UE) 2019/904). L-objettiv tad-Direttiva huwa li jitnaqqas l-effett ta’ tali prodotti tal-plastik, li b’mod partikolari jinsabu bħala skart fuq il-bajjiet Ewropej. Permezz ta’ dan, l-ambjent u l-ibħra għandhom jiġu protetti mill-effett negattiv tal-plastik u speċjalment tal-mikroplastik. Fl-istess ħin jitnaqqas b’mod ġenerali l-użu mir-riżorsi primarji limitati u tinkiseb ġestjoni ċirkolari tal-plastiks. Id-Direttiva (UE) 2018/851 li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart daħlet fis-seħħ fl-4 ta’ Lulju 2018. Fost l-oħrajn, fl-Artikolu 8a din tinkludi supplimenti fil-qasam tar-responsabbiltà estiża tal-produttur.
L-objettiv tal-abbozz tal-Att huwa li jiġu implimentati diversi rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2019/904 kif ukoll mill-Artikolu 8a tad-Direttiva 2008/98/KE li ġiet emendata b’mod partikolari rigward l-imballaġġi fil-liġi Ġermaniża.
Barra minn hekk, se jiġu aġġornati u aġġustati xi dispożizzjonijiet, b’mod partikolari sabiex l-implimentazzjoni tal-Att dwar l-Imballaġġ li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2019 tiġi ssimplifikata u mtejba.
L-abbozz tal-Att jimmira għal żvilupp ekoloġiku ulterjuri tal-Att dwar l-Imballaġġ. Permezz tal-emenda għandhom jittejbu wkoll il-ġestjoni tar-riżorsi u l-effiċjenza tar-riżorsi fil-Ġermanja. L-objettiv tal-abbozz tal-Att huwa li jintegra r-rekwiżiti ġodda tad-Direttivi tal-UE, filwaqt li jkun konformi mal-istandards ambjentali u tal-protezzjoni tar-riżorsi Ġermaniżi, li wħud minnhom imorru oltre l-liġi tal-UE eżistenti, kemm jista’ jkun possibbli fil-liġi nazzjonali wieħed ma’ wieħed.
10. Referenza għat-testi bażiċi: Artikolu 1 tal-Att dwar l-iżvilupp ulterjuri tal-ġbir separat domestiku ta’ skart li fih materjal riċiklabbli tal-5 ta’ Lulju 2017 (Gazzetta tal-Liġi Federali I p. 2234). L-Att dwar it-Tqegħid fis-Suq, ir-Ritorn u r-Riċiklaġġ ta’ Kwalità Għolja tal-Imballaġġ (Att dwar l-Imballaġġ - VerpackG): https://www.gesetze-im-internet.de/verpackg/
It-testi bażiċi ntbagħtu fil-kuntest ta’ notifika preċedenti: 2016/679/D: 2019/0544/D
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. Il-valutazzjoni tal-impatt hija inkluża fil-ġustifikazzjoni dwar l-abbozz tal-Att innotifikat.
16. Aspett OTK
LE - L-abbozz m’għandu ebda impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Aspett SPS
Le – L-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu