Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2016) 02597
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2016/0445/MT
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201602597.MT)
1. MSG 002 IND 2016 0445 MT MT 19-08-2016 MT NOTIF
2. MT
3A. Ministry for Competitiveness and Digital, Maritime and Services Economy
Palazzo Spinola,
Triq San Kristofru,
Valletta
3B. Malta Gaming Authority
Building SCM 02-03, Level 4,
SmartCity Malta,
Ricasoli, SCM1001,
Malta
Tel: +356 2546 9000
4. 2016/0445/MT - SERV20
5. Regolamenti dwar il-Logħob ta’ Abbiltà, 2016
6. Logħob ta’ abbiltà offrut permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod.
7. - Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern
- 98/48/K dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informatika biss
8. L-abbozz ta’ regolament joħloq qafas għar-regolamentazzjoni tal-logħob ta’ abbiltà. Il-logħob li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-abbozz ta’ regolamenti huwa logħob li jintlagħab għal premju ta’ flus, jew għall-valur tal-flus, offrut permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjonijiet mill-bogħod, u l-eżitu tagħhom huwa determinat bl-użu tal-abbiltà waħidha jew b’mod predominanti bl-użu tal-abbiltà. L-avvenimenti sportivi huma esklużi.
L-abbozz jawtorizza li l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob biex toħroġ direttivi biex tirregola l-logħob ta’ abbiltà meta tiddetermina li tali logħob jeħtieġu intervent regolatorju sabiex ikunu protetti l-konsumaturi. L-Awtorità tista’ wkoll tikkategorizza ċertu logħob bħala “Logħob ta’ Abbiltà Kkontrollat” meta tqis li l-logħob jeħtieġ aktar input regolatorju, u tali logħob jista’, wara deċiżjoni maħruġa mill-Awtorità, jkun soġġett għar-rekwiżiti ta’ liċenzja, superviżjoni regolatorja u tassazzjoni.
L-abbozz ta’ regolamenti jinkludi d-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-mod li bih il-liċenzji jistgħu jinħarġu, tul il-ħajja tal-liċenzja, il-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-Awtorità fil-ħruġ tal-liċenzji, l-obbligi tad-detenturi tal-liċenzji li jinkludu dawk relatati mal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-protezzjoni tal-fondi tal-ġukatur, il-poteri superviżorji tal-Awtorità, u d-dritt tal-appell.
9. L-intenzjoni wara l-abbozz ta’ regolamenti hija li jingħata lill-Awtorità Maltija dwar il-Logħob il-mandat biex tissorvelja u tirregola l-logħob ta’ abbiltà, filwaqt li tingħata s-setgħa lill-istess awtortià pubblika biex tippubblika standards biex jitwettqu l-objettivi regolatorji kif meħtieġ fl-interess pubbliku bil-għan li tiġi żgurata l-korrettezza tagħhom, it-trasparenza, il-protezzjoni mill-kriminalità u l-kontrolli biex ikunu salvagwardjati d-drittijiet u l-interessi tal-konsumaturi, inkluż il-minuri u persuni oħra vulnerabbli. L-Att dwar Lotteriji u Logħob Ieħor (Kap 438 tal-Liġijiet ta’ Malta) jiddefinixxi l-logħob ta’ abbiltà u jispjega li l-Ministru responsabbli jista’ joħroġ regolamenti għal-logħob ta’ abbiltà sabiex jipprovdi qafas adegwat għall-operat tagħhom.
Dan sar neċessarju minħabba l-mod li bih l-industrija tal-logħob żviluppat, b’konverġenza dejjem tiżdied bejn il-logħob ta’ abbiltà u l-logħob tax-xorti. Malta hija tal-opinjoni li jistgħu jkunu meħtieġa aktar kontrolli fid-dawl tan-natura ta’ ċertu logħob li huma disponibbli fis-suq, jew li jistgħu jkunu disponibbli fis-suq, li jistgħu, jekk ma jkunux regolati (minħabba li mhumiex logħob tax-xorti), joħolqu riskju għall-konsumaturi. Ir-riskji identifikati jinkludu l-korrettezza tal-logħob diġitali, il-kunċett tal-ħlas għall-parteċipazzjoni, il-wegħda ta’ ħlas ta’ premjijiet, iż-żamma ta’ fondi li jappartjenu lill-ġukaturi, il-vizzju u l-possibilità tal-ħasil ta’ flus jew elementi kriminali oħrajn. Tali analiżi dwar jekk logħba partikolari ta’ natura ta’ abbiltà predominanti teħtieġx aktar kontrolli mill-perspettiva regolatorja għandha ssir abbażi ta’ każ b’każ u kull darba se tkun bilanċjata kontra l-eżiġenzi tal-interess pubbliku u r-rekwiżit li r-regolament huwa ġustifikat, proporzjonat, u meħtieġ f’termini tal-għan li jistabbilixxi biex jintlaħaq. L-Awtorità mhux se tieħu approċċ ta’ soluzzjoni waħda għal kulħadd u t-tip ta’ regolament u kontroll li se jkunu applikati għal kull logħba rispettiva għandhom ivarjaw skont in-natura tal-logħba inkwistjoni.
10. Referenzi għat-Testi Bażiċi: l-Att dwar Lotteriji u Logħob Ieħor (Kap. 438)
It-testi bażiċi ġew mgħoddija fil-qafas ta’ notifika preċedenti: 2015/673/MT
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. -
16. Aspett OTK
Le - L-abbozz mhuwiex regolament tekniku jew valutazzjoni tal-konformità
Aspett SPS
Le - L-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir83-189-central@ec.europa.eu