Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2020) 00437
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2020/0043/PL
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 202000437.MT)
1. MSG 002 IND 2020 0043 PL MT 05-02-2020 PL NOTIF
2. PL
3A. Ministerstwo Rozwoju,
Departament Obrotu Towarami Wrażliwymi i Bezpieczeństwa Technicznego,
Plac Trzech Krzyży 3/5, 00-507 Warszawa,
tel.: (+48) 22 411 93 94, e-mail: notyfikacjaPL@mr.gov.pl
3B. Ministerstwo Zdrowia,
Departament Zdrowia Publicznego i Rodziny
Miodowa 15, 00-952 Warszawa,
tel. (+48) 22 53 00 318, e-mail: dep-zp@mz.gov.pl
4. 2020/0043/PL - C50A
5. Abbozz ta’ Att li jemenda ċerti atti sabiex jiġu promossi għażliet tal-konsumaturi tajbin għas-saħħa.
6. Taxxa fuq xarbiet b’zokkor miżjud (monosakkaridi jew disakkaridi) u oġġetti tal-ikel li jinkludu dawn is-sustanzi, kif ukoll ħlewwiet, kafeina jew tawrina miżjuda,
taxxa fuq ix-xarbiet alkoħoliċi li għandhom volum ta’ mhux iktar minn 300 ml
7. -
8. Fl-abbozz ta’ Att huwa propost li x-xarbiet b’zokkor miżjud (monosakkaridi jew disakkaridi) u oġġetti tal-ikel li jinkludu dawn is-sustanzi, kif ukoll ħlewwiet, kafeina jew tawrina miżjuda għandhom ikunu soġġetti għal taxxa addizzjonali. 96.5% tal-qligħ mit-taxxa ta’ fuq ix-xorb se jiġi allokat lill-Fond Nazzjonali tas-Saħħa, li jassenja dawn ir-riżorsi għal attivitajiet edukattivi u preventivi, kif ukoll għall-provvista tas-servizzi tal-kura li għandhom x’jaqsmu maż-żamma jew it-titjib tas-saħħa tal-pazjenti b’kundizzjonijiet żviluppati minħabba għażliet tas-saħħa u imġiba tas-saħħa mhux xierqa, b’mod partikolari bil-piż żejjed u l-obesità. It-3.5% li jifdal se jiġu allokati għall-baġit tal-Istat (biex ikopru l-ispiża tal-ġbir u l-eżekuzzjoni tat-taxxa).
It-taxxa għall-bejgħ tax-xarbiet alkoħoliċi fl-ippakkjar b’volum nominali li ma jaqbiżx it-300 ml lill-operaturi li għandhom liċenzja għall-bejgħ bl-imnut tax-xarbiet alkoħoliċi se tiġi miżjuda mal-grupp tal-miżati tal-liċenzja għall-kummerċ bl-ingrossa tax-xarbiet alkoħoliċi. It-taxxa proposta hija ta’ PLN 25 għal kull litru ta’ 100 % alkoħol fl-ippakkjar imsemmi hawn fuq ipprovdut lill-bejjiegħ bl-imnut. 50% tal-qligħ mit-taxxa se jkun id-dħul propju tal-muniċipalitajiet (assenjat għal attivitajiet immirati biex jimplimentaw politiki trans-settorjali lokali li jikkumbattu l-effetti negattivi tal-konsum tal-alkoħol) u l-50% li jifdal se jikkostitwixxi d-dħul tal-Fond Nazzjonali tas-Saħħa (il-qligħ se jmur għal attivitajiet preventivi u għal servizzi tal-kura tas-saħħa li għandhom x’jaqsmu mal-kura psikjatrika, it-trattament tal-vizzji u konsegwenzi tas-saħħa oħra tal-konsum tal-alkoħol).
9. L-għan prinċipali tat-taxxa huwa li tippromwovi għażliet nutrizzjonali tajbin għas-saħħa u ttejjeb il-kwalità tad-dieta billi jitnaqqas il-konsum tax-xarbiet ħelwin. In-nutrizzjoni adegwata hija l-iktar fattur ambjentali importanti li jħalli mpatt fuq l-iżvilupp tal-ġisem u saħħa tajba. L-introduzzjoni ta’ politika fiskali li għandha x’taqsam mal-manifattura u l-bejgħ tal-prodotti tal-ikel li huma ta’ ħsara għas-saħħa meta jiġu kkunsmati b’mod eċċessiv tikkontribwixxi biex tillimita l-konsum tagħhom.
F’dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa, il-konsum tal-alkoħol mhuwiex mixtieq għall-ġisem tal-bniedem. Bħalissa hawn tendenza fost diversi gruppi soċjali li jiġu kkunsmati xarbiet alkoħoliċi f’ippakkjar iżgħar minn 300 ml, b’mod partikolari minn nies fuq ix-xogħol, waqt il-ħin tax-xogħol, li għandha influwenza negattiva fuq il-mudelli soċjali.
It-tmexxija ta’ politika fiskali li għandha x’taqsam mal-manifattura u l-bejgħ tal-prodotti tal-ikel li huma ta’ ħsara għas-saħħa meta jiġu kkunsmati b’mod eċċessiv tikkontribwixxi għal limitazzjoni ippruvata tal-konsum tagħhom.
10. Referenzi għat-testi bażiċi: - L-Att dwar is-Sobrjetà u l-Ġlieda Kontra l-Alkoħoliżmu tas-26 ta’ Ottubru 1982 (Ġurnal tal-Liġijiet [Dziennik Ustaw] 2019, punt 2277)
- L-Att dwar is-Saħħa Pubblika tal-11 ta’ Settembru 2015 (Ġurnal tal-Liġijiet 2019, punt 2365)
11. Nru
12. -
13. Nru
14. Iva
15. Iva
16. Aspett OTK
Le - l-abbozz mhuwiex regolament tekniku jew proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità.
Le - l-abbozz m’għandux impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Aspett SPS
Le - l-abbozz m’għandux impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Le – l-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu