Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2018) 00708
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2018/0117/PL
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201800708.MT)
1. MSG 002 IND 2018 0117 PL MT 19-03-2018 PL NOTIF
2. PL
3A. Ministerstwo Przedsiębiorczości i Technologii,
Departament Doskonalenia Regulacji Gospodarczych,
Plac Trzech Krzyży 3/5, 00-507 Warszawa,
tel.: (+48) 22 693 54 07, e-mail: notyfikacjaPL@mr.gov.pl
3B. Ministerstwo Energii
Departament Ropy i Gazu
ul. Krucza 36/Współna 6
tel.: (+48) 22 695 87 19, e-mail:sekretariatDRO@me.gov.pl
4. 2018/0117/PL - N30E
5. Regolament tal-Ministru tal-Enerġija li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-istrutturar u l-kalkolu tat-tariffi għall-fjuwils gassużi u l-arranġament tal-kummerċ fil-fjuwils gassużi.
6. Fjuwils gassużi, inkluż il-gass naturali.
7. -
8. Ir-Regolament jikkonċerna tariffi għal fjuwils gassużi. Huwa jistabbilixxi:
• ir-regoli għall-kalkolu tal-prezzijiet u r-rati fi ħdan tariffa partikolari għal attivitajiet ta’ trażmissjoni, distribuzzjoni u ħżin, u għal-likwifikazzjoni ta’ gass naturali jew ir-rigassifikazzjoni tal-gass naturali likwifikat,
• il-metodi ta’ kalkolu għall-prezzijiet u r-rati fi ħdan tariffa partikolari għal attività ta’ kummerċ, inklu taħt ftehim komprensiv,
• il-politika tal-ipprezzar għall-konnessjoni man-netwerk,
• il-metodu ta’ ħlas tal-pagamenti bejn il-kumpaniji tal-enerġija u l-ħlas ta’ pagamenti mill-konsumaturi, inkluża l-frekwenza tal-fatturar u l-ambitu tal-informazzjoni pprovduta lill-konsumatur,
• il-metodu ta’ determinazzjoni tal-iskontijiet għan-nuqqas ta’ kisba tal-parametri tal-kwalità għall-fjuwils gassużi u l-istandards tal-kwalità għas-servizz tal-klijenti,
• ir-regoli għall-kalkolu tat-tariffi addizzjonali mitluba mill-konsumaturi tal-fjuwil gassuż, inklużi t-tariffi għall-konsum illegali tal-fjuwils gassużi.
9. Dan ir-Regolament jissostitwixxi r-Regolament tal-Ministru tal-Ekonomija tat-28 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-istrutturar u l-kalkolu tat-tariffi għall-fjuwils gassużi u l-arranġament tal-kummerċ fil-fjuwils gassużi (il-Ġurnal tal-Liġijiet [Dziennik Ustaw], punt 820). Il-bżonn li jitfassal regolament ġdid jirriżulta mill-Artikolu 58(2) tal-Att tal-20 ta’ Mejju 2016 dwar l-effiċjenza fl-enerġija (il-Ġurnal tal-Liġijiet tal-2016, punt 831), li jgħid li d-dispożizzjonijiet attwali dwar it-tariffi jibqgħu fis-seħħ sal-31 ta’ Marzu 2018. Ir-regolament il-ġdid ma jemendax b’mod sinifikanti numru ta’ prattiki tajbin. Ir-regolamenti l-ġodda ġew introdotti biex ikun permess strutturar iktar flessibbli tat-tariffi billi, fost oħrajn, jintroduċu grupp ta’ tariffi ġdid — konsumaturi tal-fjuwil gassuż permezz ta’ sistema ta’ kejl imħallsa minn qabel.
Barra minn hekk, ir-regolament jipprevedi soluzzjonijiet li se jtejbu l-kwalità tal-arja u jippermettu li jitnaqqsu t-tariffi għall-konnessjoni man-netwerk tal-gass. Meta jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ambjentali u bl-għan li titqajjem kuxjenza dwar l-effiċjenza fl-enerġija fost il-konsumaturi finali, l-ambitu tal-informazzjoni pprovduta lill-konsumaturi finali ġie estiż.
Ir-Regolament jinkludi wkoll dispożizzjonijiet li jsaħħu l-pożizzjoni tal-konsumaturi, fost oħrajn, meta l-provvista tal-gass tkun interrotta jew jinbiegħ netwerk tal-gass.
10. Referenza/i għat-test(i) bażiku/bażiċi: Ir-Regolament tal-Ministru tal-Ekonomija tat-28 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-istrutturar u l-kalkolu tat-tariffi għall-fjuwils gassużi u l-arranġament tal-kummerċ fil-fjuwils gassużi. Ir-Regolament ġie nnotifikat lill-Kummissjoni Ewropea fil-21 ta’ Ġunju 2013 taħt in-Notifika Nru 2013/0331/PL.
It-testi bażiċi ntbagħtu ma’ notifika preċedenti: 2013/0331/PL
11. Le
12. -
13. Le
14. Iva
15. Iva
16. Aspett OTK
Le - l-abbozz mhuwiex regolament tekniku jew proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità.
Aspett SPS
Le – l-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu