Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2017) 00857
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2017/0131/D
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201700857.MT)
1. MSG 002 IND 2017 0131 D MT 28-03-2017 D NOTIF
2. D
3A. Bundesministerium für Wirtschaft und Energie, Referat E B 2, 11019 Berlin,
Tel.: 0049-30-2014-6353, Fax: 0049-30-2014-5379, E-Mail: infonorm@bmwi.bund.de
3B. Bundesministerium für Wirtschaft und Energie, Referat VI A 3, Scharnhorststr. 34-37, 10115 Berlin,
Tel.: 0049-30-18-615-6631, - 6165 oder -6861, Fax: 0049-30-18-615-2909, E-Mail: buero-via3@bmwi.bund.de
4. 2017/0131/D - SERV60
5. Abbozz ta’ tielet Att li jemenda l-Att dwar it-Telemidja
6. Servizzi tat-telemidja
7. -
8. Sabiex tinħoloq ċertezza tad-dritt għall-operaturi tal-Wi-Fi, fl-Att dwar it-Telemidja qed tiġi rregolata biċ-ċar il-portata tal-limitazzjoni tar-responsabbiltà għall-fornituri tal-aċċess għall-internet. Barra minn hekk, dawn qed jinħelsu mill-biċċa l-kbira tal-obbligu għat-tbatija tal-ispejjeż eżistenti sa issa, partikolarment f’każ ta’ ammonizzjonijiet. Finalment, qed jiġi ċċarat li l-operaturi tal-Wi-Fi ma jistgħux jiġu obbligati jirreġistraw l-utenti minn qabel, jitolbu l-inseriment ta’ password jew iwaqqfu l-forniment tas-servizz, filwaqt li dawn il-miżuri kollha jibqgħu possibbli fuq bażi volontarja. Bl-istess mod għandu jiġi ċċarat li, skont il-liġijiet ġenerali, l-obbligi għat-tneħħija jew l-imblokk tal-użu ta’ informazzjoni se jibqgħu ammissibbli biss permezz ta’ ordnijiet ġuridiċi jew awtorevoli, anki jekk il-fornituri ta’ servizz ma jkunux responsabbli skont §§ 8 sa 10. Barra minn hekk, għall-fornituri ta’ servizz skont § 8(3) qed jiġi rregolat taħt liema prerekwiżiti jistgħu jinħarġu ordnijiet ġuridiċi kontrihom sabiex jiġi mblokkat l-użu ta’ informazzjoni sabiex tiġi evitata r-ripetizzjoni tal-ksur ta’ dritt.
9. It-tieni Att li jemenda l-Att dwar it-Telemidja, li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Lulju 2016, suppost diġà kellu jipprovdi lill-operaturi tan-netwerks ta' żona lokali bir-radju (Wireless Local Area Network – WLAN) iċ-ċertezza tad-dritt neċessarja sabiex ikunu jistgħu joffru l-Wi-Fi tagħhom lil terzi mingħajr il-biża’ li jiġu ammoniti jew jitqiesu responsabbli għal vjolazzjonijiet legali ta’ terzi.
Imbagħad, fil-15 ta’ Settembru 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ) ħabbret is-sentenza tagħha fil-kawża C-484/14 (Mc Fadden vs Sony Music). Is-sentenza mill-ġdid wasslet għal inċertezza tad-dritt, peress li l-operaturi tal-Wi-Fi issa qed jibżgħu li jridu jikkriptaw il-Wi-Fi hotspot tagħhom u li se jiġu ammoniti. Dan jispiċċa mhux biss jagħmel it-tixrid tal-Wi-Fi pubbliku iktar diffiċli, iżda jirrestrinġi wkoll ħafna ideat ta’ negozju u jostakola l-innovazzjonijiet.
L-objettiv tal-abbozz ta’ Att huwa illi l-operaturi tal-Wi-Fi kemm jista’ jkun tinħolqilhom ċertezza tad-dritt, sabiex b’dan il-mod tkun tista’ tiġi ssodisfatta n-neċessità li żdiedet tal-aċċess pubbliku għall-internet, u dan anki filwaqt li jintuża l-Wi-Fi.
10. Referenza għat-testi bażiċi: L-Att dwar it-Telemidja applikabbli fil-preżent huwa ppubblikat fuq is-sit elettroniku li ġej:
https://www.gesetze-im-internet.de/tmg/BJNR017910007.html
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. Għaċ-ċittadini, in-negozji u l-amministrazzjoni mhumiex ser jinħolqu obbligi ġodda u lanqas spejjeż ta’ konformità. Permezz taċ-ċertezza tad-dritt maħluqa, il-Wi-Fi pubbliku ser jiġi offrut iktar spiss. Għalhekk, l-ispejjeż għall-użu tal-internet mobbli huma mistennijin jonqsu permezz tal-offerta addizzjonali ta’ Wi-Fi pubbliku. L-operaturi tal-Wi-Fi ser jinħelsu minn spejjeż preġudizzjarji u ekstraġudizzjarji għal ordnijiet ġuridiċi, u huwa mistenni wkoll li jonqos in-numru tal-ammonizzjonijiet.
16. Aspett OTK
LE - L-abbozz m’għandu ebda impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Aspett SPS
LE - L-abbozz m’għandu ebda impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Le – L-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir83-189-central@ec.europa.eu