Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2020) 02619
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2020/0443/E
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 202002619.MT)
1. MSG 002 IND 2020 0443 E MT 09-07-2020 E NOTIF
2. E
3A. Subdirección General de Asuntos Industriales, Energéticos, de Transportes, Comunicaciones y Medio Ambiente.
Dirección General de Coordinación del Mercado Interior y otras Políticas Comunitarias.
Secretaría de Estado de Asuntos Europeos.
Ministerio de Asuntos Exteriores y de Cooperación.
C/ Serrano Galvache, 26, 4ª planta, Torre Sur (28071 Madrid)
Teléfonos: 91 379 84 64
Fax: 91 379 84 01
Dirección correo electrónico: d83-189@maec.es
3B. Ministerio de Consumo
Secretaría General de Consumo y Juego
Dirección General de Ordenación del Juego
C/ Atocha 3, 28012 Madrid
Teléfono: 914250810
4. 2020/0443/E - H10
5. Abbozz tad-Digriet Reġju dwar il-Komunikazzjonijiet Kummerċjali tal-Attivitajiet tal-Logħob.
6. L-abbozz jaffettwa s-settur tal-logħob tal-azzard fi Spanja
7. -
8. L-abbozz tad-Digriet Reġju kien ġie nnotifikat lill-Kummissjoni Ewropea preċedentement fi tliet okkażjonijiet:
1- l-ewwel waħda, b’effett mis-sena 2015, bin-numru 2015/0186/E;
2- it-tieni waħda, b’effett mit-13/12/2017 bin-numru 2017/0578/E;
3- it-tielet waħda, b’effett mit-02/03/2020, bin-numru tan-notifika 2020/102/E.
Din il-verżjoni tad-Digriet Reġju issa nnotifikata mill-ġdid, tinkludi preambolu, sebgħa u tletin artikolu miġbura f’erba’ titoli, kif ukoll seba’ dispożizzjonijiet addizzjonali, erba’ dispożizzjonijiet tranżitorji, dispożizzjoni derogatorja u tliet dispożizzjonijiet finali.
It-Titolu Preliminari, “Dispożizzjonijiet ġenerali”, jistabbilixxi l-għan tad-Digriet Reġju, li jikkonsisti fl-implimentazzjoni ta’ ċerti previżjonijiet tal-Liġi 13/2011, tas-27 ta’ Mejju, relatati mal-komunikazzjonijiet kummerċjali u mal-politiki tal-logħob responsabbli u l-protezzjoni tal-konsumaturi. Barra minn hekk jispeċifika l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, kemm suġġettiv kif ukoll dak oġġettiv, fejn dan tal-aħħar ikopri l-attivitajiet kollha tal-logħob li jintlagħbu fl-Istat. Fl-aħħar nett, jinkludi diversi definizzjonijiet u jipprovdi qafas ta’ kollaborazzjoni u koordinazzjoni istituzzjonali bejn l-awtorità inkarigata mir-regolazzjoni tal-logħob u korpi u aġenziji pubbliċi rilevanti oħra.
It-Titolu I, imsemmi “Il-komunikazzjonijiet kummerċjali tal-attivitajiet tal-logħob”, jibda mill-previżjoni tal-implimentazzjoni regolatorja tal-attività pubbliċitarja li tinsab fl-Artikolu 7 tal-Liġi 13/2011, tas-27 ta’ Mejju, li tkopri d-diversi aspetti relatati mar-reklamar, l-isponsorizzazzjoni, il-promozzjoni jew kwalunkwe tip ieħor ta’ komunikazzjoni kummerċjali tal-attivitajiet tal-logħob. Għalhekk, il-Kapitolu I jinkludi r-reġim ġuridiku tal-komunikazzjonijiet kummerċjali u l-prinċipji ġenerali li għandhom jiġu osservati waqt dawn il-komunikazzjonijiet, inklużi prinċipji etiċi differentli li jridu jiġu mħarsa. Il-Kapitolu II jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi li jaffettwaw ċerti forom ta’ komunikazzjoni kummerċjali, bħall-isponsorizzazzjoni jew il-vawċers u inizjattivi promozzjonali oħra jew il-projbizzjoni ta’ personaġġi famużi jew magħrufa pubblikament fil-komunikazzjonijiet kummerċjali, l-applikazzjonijiet tal-logħob bla ħlas jew is-sistemi ta’ esklużjoni pubbliċitarja. Il-Kapitolu III, li jinkludi previżjonijiet speċifiċi skont il-funzjonijiet tal-mezzi ta’ reklamar differenti offruti, jiffoka fuq l-iktar modifiki relevanti fir-rigward tal-verżjoni preċedentement sottomessa għan-notifika.
It-Titolu II, imsemmi “Politiki tal-logħob responsabbli u l-protezzjoni tal-utenti”, huwa ddedikat għall-implimentazzjoni regolatorja tal-previżjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tal-Liġi 13/2011, tas-27 ta’ Mejju. F’dan is-sens, u b’natura supplimentari għall-miżuri li diġà jeżistu, ġiet inkorporata serje ta’ mekkaniżmi ta’ prestazzjoni konkreti f’dan il-qasam. Ghaldaqstant, flimkien ma’ dispożizzjoni ġenerali dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva ġiet introdotta wkoll serje ta’ obbligi u miżuri ta’ prestazzjoni li għandhom jiġu implimentati mill-operaturi tal-logħob li huma ggwidati sabiex jipprevjenu, jiskopru u, fejn xieraq, inaqqsu fenomeni patoloġiċi bħall-vizzju tal-logħob jew il-logħob tal-azzard patoloġiku jew riskji jew problemi oħra assoċjati mal-logħob; ġew rinfurzati wkoll is-setgħat ta’ regolamentazzjoni u kontroll tal-organiżmu statali kompetenti f’dan ir-rigward, u ġew previsti formuli ta’ kollaborazzjoni tal-operaturi mal-Amministrazzjoni.
Min-naħa tiegħu, it-Titolu III jirreferi għar-reġim ta’ sorveljanza, spezzjoni u kontroll. F’dan it-Titolu, minn naħa waħda, jiġu implimentati l-previżjonijiet tal-Liġi 13/2011, tas-27 ta’ Mejju, f’tali aspetti bħar-rekwiżiti ta’ waqfien jew ta’ informazzjoni, u r-relazzjonijiet ma’ awtoritajiet superviżorji settorjali oħra. Bl-istess mod, huwa allokat ir-rwol tal-korpi inkarigati mis-sorveljanza regolatorja fir-reġim ta’ sanzjonijiet li ġej mir-regolamentazzjoni tal-logħob u tal-awdjoviżjoni. Mekkaniżmi ta’ konnessjoni bejn ir-reġim ta’ sanzjonijiet u s-sistemi ta’ koregolazzjoni rikonoxxuti huma wkoll artikolati, sabiex isaħħu l-utilità u l-effettività ta’ dawn is-sistemi u jiġi kkwalifikat, b’mod partikolari, id-dmir ta’ diliġenza tal-operaturi tal-logħob fir-rigward tal-attività pubbliċitarja li jista’ jitwettaq mill-atturi kollha inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-abbozz li, fi kwalunkwe każ, japplika għalihom ir-reġim ta’ attribuzzjoni ta’ responsabbiltà previst fil-Liġi 34/2002, tal-11 ta’ Lulju, dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni u l-kummerċ elettroniku (li jittrasponi d-Direttiva 2000/31/KE fl-ordinament ġuridiku Spanjol).
Min-naħa tagħha, l-ewwel dispożizzjoni addizzjonali tirreferi għar-reġim speċjali tal-parteċipazzjoni ta’ ċerti minorenni, b’attenzjoni għall-influwenza konsolidata u t-tradizzjoni tal-parteċipazzjoni, meta tittella’ l-Lotterija Nazzjonali. It-tieni dispożizzjoni addizzjonali tirriproduċi r-reġim speċifiku magħruf legalment tal-Bord Superviżorju fis-sorveljanza tal-Organizzazzjoni Nazzjonali tal-Għomja Spanjoli, kif ukoll ċerti speċifiċitajiet relatati mar-reklamar ta’ din l-organizzazzjoni fir-rigward tal-attivitajiet differenti tal-logħob tagħha. It-tielet u r-raba’ dispożizzjonijiet addizzjonali jinkludu previżjonijiet analogi dwar ir-reklamar tal-attivitajiet ta’ interess ġenerali jew karitatevoli u li huma differenti mill-attività tal-logħob, li jistgħu jsiru mill-operatur pubbliku SELAE (is-Soċjetà Statali tal-Lotteriji u l-Imħatri tal-Istat) jew minn assoċjazzjonijiet ta’ utilità pubblika jew fondazzjonijiet magħmula minn operaturi tal-logħob jew marbuta magħhom. Il-ħames dispożizzjoni addizzjonali tiddetermina r-reġim speċifiku għall-komunikazzjoni ta’ mekkaniżmi u protokolli għall-iskoperta ta’ mġiba ta’ riskju u tal-protokoll f’każ ta’ skoperta għas-sena 2020. Is-sitt dispożizzjoni addizzjonali tiddetermina li l-operaturi għandhom żmien raġonevoli biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar ir-reklamar tat-trademarks previsti f’dan ir-regolament li mhumiex proprjetà tagħhom jew tal-grupp li jagħmlu parti minnu. U, fir-rigward tal-verżjoni nnotifikata preċedentement, ġiet miżjuda d-dispożizzjoni li l-operaturi jistgħu jżommu t-trademarks jew l-ismijiet kummerċjali li kienu jużaw qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolament propost.
Barra minn hekk, fid-dispożizzjonijiet tranżitorji hemm il-ħtieġa li s-sistemi ta’ koregolazzjoni eżistenti jiġu adattati għall-validità tad-Digriet Reġju, u huwa previst l-adattament tal-kuntratti ta’ sponsorizzazzjoni u tal-kampanji ta’ reklamar assoċjati ma’ persuni jew personaġġi famużi jew magħrufa pubblikament.
Finalment, fl-ewwel dispożizzjoni finali huma mmodifikati ċerti dispożizzjonijiet tad-Digriet Reġju 1614/2011, tal-14 ta’ Novembru, ilkoll relatati mal-għan ta’ dan ir-regolament, li l-kjarifika tiegħu ġiet meqjusa bħala neċessarja. It-tieni dispożizzjoni finali tagħti s-setgħa lill-Ministru tal-Affarijiet tal-Konsumatur biex jiżviluppa d-dispożizzjonijiet ta’ dan id-Digriet Reġju. Bħala konklużjoni, it-tielet dispożizzjoni finali tistabbilixxi d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament, li huwa stabbilit għall-ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu.
9. Ir-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat l-ipproċessar ta’ dan l-abbozz jibqgħu l-istess bħal dawk applikati fil-verżjoni preċedenti tan-notifika.
Minn naħa waħda, hija garantita l-protezzjoni tal-interessi ta’ natura pubblika (is-saħħa pubblika u l-ordni pubbliku) li huma marbuta mal-attivitajiet tal-logħob, b’mod partikolari, il-protezzjoni tal-minorenni u gruppi oħra vulnerabbli, il-prevenzjoni tal-vizzju tal-logħob u riskji oħra relatati mal-logħob, kif ukoll il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-utenti, tal-parteċipanti u ċ-ċittadini b’mod ġenerali. Min-naħa l-oħra, hija pprovduta iktar ċertezza legali lill-operaturi tal-logħob billi jiġu stabbiliti regoli trasparenti u li jiġu applikati b’mod uniformi fis-settur u ma jinvolvux diskriminazzjoni mhux ġustifikata lejn l-aġenti involuti, u t-tisħiħ u l-adattament tal-monitoraġġ, il-kontroll u r-reġim ta’ sanzjonijiet fi kwistjonijiet li huma soġġetti għar-regolazzjoni, billi jiġu integrati l-mekkaniżmi amministrattivi bil-promozzjoni tal-awtoregolazzjoni u l-koregolazzjoni.
10. Testi bażiċi ma jeżistux
11. Iva
12. Ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-urġenza tal-miżuri li jinsabu f’dan l-abbozz huma, l-ewwel nett, l-eżistenza ta’ sitwazzjoni serja u imprevedibbli marbuta mal-ħarsien tas-saħħa tan-nies u, it-tieni, fir-rigward tal-ordni pubbliku, il-protezzjoni tal-minorenni.
Is-sitwazzjoni pandemika kkawżata mill-COVID-19 affettwat il-kundizzjonijiet soċjali li fihom iseħħ il-konsum tal-logħob tal-azzard fi Spanja. B’mod partikolari, il-konsegwenzi ekonomiċi serji mnissla mill-miżuri neċessarji adottati għat-trażżin ta’ din il-marda jissoponu:
1- Żieda fil-vulnerabbiltà ekonomika tas-soċjetà kollha, bħala konsegwenza taż-żieda straordinarja fil-qgħad, u konsegwentement, probabbiltà ikbar li tiġi adottata mġiba tal-logħob immirata lejn is-soluzzjoni ta’ problemi ekonomiċi;
2- B’rabta diretta ma’ dak li ntqal iżjed ’il fuq, hemm riskju ikbar ta’ emerġenza jew aggravament ta’ problemi jew imġiba patoloġika marbuta mal-logħob.
Barra minn hekk, is-sitwazzjonijiet deskritti x’aktarx li jseħħu f’kuntest soċjali sostanzjalment differenti minn dak eżistenti qabel it-tfaċċar tal-marda, li, iddefinit bħala ‟normalità ġdida”, huwa kkaratterizzat mill-miżuri stretti u straordinarji ta’ trażżin u distanza soċjali previsti mil-Liġi 21/2020, tad-9 ta’ Ġunju, dwar il-miżuri urġenti ta’ prevenzjoni, trażżin u koordinazzjoni sabiex tiġi indirizzata l-kriżi tas-saħħa kkawżata mill-COVID-19, u kkundizzjonata mill-probabbiltà għolja li jiġu adottati miżuri ta’ iżolament soċjali limitat bl-għan li tiġi evitata l-firxa potenzjali tal-marda li tista’ tiġi kkawżata minn tifqigħat okkażjonali. Neċessarjament, dan il-miżuri se jimplikaw perjodi ta’ ħin fid-djar itwal u, konsegwentement, żieda fil-probabbiltà ta’ esponiment ikbar għar-reklamar imwettqa permezz ta’ mezzi awdjoviżivi u tas-soċjetà tal-informazzjoni, li se taffettwa serjament il-gruppi li huma identifikati bħala r-riċevituri ewlenin tal-miżuri protettivi tagħhom: gruppi vulnerabbli u minorenni.
Fid-dawl ta’ dak li ntqal, u bi qbil mal-Artikolu 6.7 tad-Direttiva (UE) 2015/1535 (id-Direttiva tan-Notifika), huwa stmat li f’dan l-abbozz jinsabu r-raġunijiet urġenti relatati ma’ sitwazzjoni serja u imprevedibbli li għandha x’taqsam mas-saħħa tan-nies u mal-protezzjoni tal-minorenni sabiex ma jiġux applikati d-dispożizzjonijiet relatati man-notifika prevista fl-Artikolu 6(1) sa (5) tal-imsemmija direttiva.
13. Le
14. Le
15. -
16. Aspett OTK
Le - L-abbozz mhuwiex regolament tekniku u lanqas hu proċedura għall-valutazzjoni tal-konformità
Aspett SPS
Le - L-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu