Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2020) 02755
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2020/0468/F
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 202002755.MT)
1. MSG 002 IND 2020 0468 F MT 21-07-2020 F NOTIF
2. F
3A. Direction générale des entreprises
SQUALPI
Bât. Sieyès -Teledoc 151
61, Bd Vincent Auriol
75703 PARIS Cedex 13
d9834.france@finances.gouv.fr
3B. Ministère de la transition écologique et solidaire
Commissariat au développement durable
Service de l'économie verte et solidaire
Tour Séquoïa
92055 Paris-La Défense Cedex
4. 2020/0468/F - H00
5. Digriet dwar l-indiċi tar-riparabilità tat-tagħmir elettriku u elettroniku
6. Tagħmir elettriku u elettroniku għall-konsumaturi: apparat domestiku kbir, apparat domestiku żgħir, tagħmir informatiku u tat-telekomunikazzjoni, tagħmir tal-konsumatur, għodod elettriċi u elettroniċi
7. -
8. L-indiċi tar-riparabilità jikkonsisti f’marka minn għaxra maħsuba biex tintwera fil-ħin tax-xiri sabiex il-konsumatur jiġi infurmat dwar il-kategoriji ta’ prodotti elettriċi u elettroniċi. Din il-marka tinkiseb billi jinqasam f’għaxra punteġġ globali fuq mitt punt, skont ħames kriterji, fejn kull wieħed jingħata marka minn għoxrin u bi ppeżar ugwali, li jippermettu li tiġi evalwata n-natura riparabbli tal-prodotti kkonċernati. Dawn il-kriterji huma li ġejjin: id-dokumentazzjoni pprovduta mill-manifattur, “il-possibilità ta’ żarmar” tal-prodott, id-disponibilità tal-komponenti, ir-rapport bejn il-prezz tal-ogħla komponent u l-prezz tal-prodott oriġinali, miter (fakultattiv) jew kriterji oħra speċifiċi għall-kategoriji ta’ prodotti kkonċernati. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-digriet jikkonċerna t-tagħmir elettriku u elettroniku kollu maħsub għall-konsumaturi. Għal kull kategorija ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, ordni tal-Ministru responsabbli għall-ambjent u tal-Ministru responsabbli għall-ekonomija u l-finanzi tispeċifika l-kriterji u s-sottokriterji kollha, inklużi l-kriterji speċifiċi għall-kategorija, kif ukoll il-metodi ta’ kalkolu tal-indiċi. Madankollu, id-digriet jipprevedi implimentazzjoni progressiva, li tibda mill-kategoriji ta’ prodotti li ġejjin: magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ, smartphones, notebooks, televiżjonijiet, magni għall-qtugħ tal-lawn elettriċi (bil-batterija, bil-wajer, robotiċi). L-obbligu ta’ kalkolu tal-indiċi għall-kategoriji ta’ prodotti kkonċernati, u ta’ provvista ta’ din l-informazzjoni, huwa impost fuq il-manifatturi, l-importaturi, jew kummerċjanti oħra ta’ tagħmir elettriku u elettroniku. Id-digriet jinkludi d-dati u d-dettalji dwar id-dħul fis-seħħ. Ġiet ippubblikata ordni introduttorja biex tispeċifika l-metodi ta’ wiri, is-sinjalar u l-parametri ġenerali ta’ kalkolu tal-indiċi tar-riparabilità. Ġew ippubblikati ordnijiet biex jispeċifikaw il-metodi ta’ applikazzjoni iktar speċifiċi għal kull kategorija ta’ prodotti.
9. Id-Direttiva (UE) 2018/851 dwar l-iskart titlob lill-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart. Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari (COM (2020) 98) jinkludi, fost l-għanijiet tiegħu, it-titjib tad-durabilità u tar-riparabilità tal-prodotti. Il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati mwettqa fil-qafas tal-Pjan Direzzjonali għall-Ekonomija Ċirkolari li ġie ppreżentat mill-Gvern fit-23 ta’ April 2018 irriżultat fil-miżura Nru 10 li tipprevedi informazzjoni obbligatorja dwar ir-riparabilità tal-prodotti elettriċi u elettroniċi. L-għan tal-miżura huwa li tippromwovi konsum responsabbli bit-titjib tal-informazzjoni lill-konsumatur permezz tal-implimentazzjoni u l-wiri obbligatorju ta’ indiċi sempliċi tar-riparabilità fuq xi wħud minn dawn il-prodotti. L-għan ta’ dan l-indiċi huwa li jinforma lill-konsumatur dwar ir-riparabilità tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, l-għan ta’ din il-miżura huwa, minn naħa waħda, li ttaffi l-iżbilanċ fl-informazzjoni bejn il-konsumaturi u l-manifatturi jew id-distributuri fir-rigward tar-riparabilità tal-prodott u, min-naħa l-oħra, li tħeġġeġ lill-manifatturi biex jinkludu, sa mid-disinn tal-prodotti tagħhom, il-kriterji tar-riparabilità, li għaldaqstant iwasslu għal prodotti iktar sostenibbli għal’ex ikunu iktar b’saħħithom minħabba li jkunu “ekodisinjati”. B’din il-miżura, l-ambizzjoni raġonevoli hija li, fi żmien ħames snin, in-nuqqas ta’ ħsarat ta’ prodotti elettriċi u elettroniċi li jwasslu għal tiswija fin-netwerk ta’ sewwejja Franċiżi jiżdied għal 60 %, meta mqabbel mal-madwar 40 % tal-lum. Mill-aspett ambjentali, din il-miżura se tippermetti lil Franza ssegwi l-għan nazzjonali ta’ tnaqqis tal-konsum ta’ riżorsi b’rabta mal-konsum Franċiż: li jitnaqqas il-konsum tar-riżorsi bi 30 % fir-rigward tal-PDG minn issa sal-2030 meta mqabbel mal-2010 (il-Liġi Nru 2015-992). Fil-fatt, prodotti li huma iktar riparabbli u għalhekk iktar sostenibbli se jwasslu għal tnaqqis fil-konsum tar-riżorsi (tnaqqis fid-domanda għal prodotti ġodda) u fil-kwantità ta’ skart ta’ prodotti elettriċi u elettroniċi, kif ukoll tnaqqis assoċjat fil-gassijiet serra.
10. Referenzi għat-testi ta’ referenza: Il-Liġi Nru 2020-105 tal-10 ta’ Frar 2020 dwar il-ġlieda kontra l-ħela u l-ekonomija ċirkolari (l-Artikolu 16)
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. -
16. Aspett OTK
Iva
Aspett SPS
Le – L-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu