Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2020) 01604
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2020/0281/F
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 202001604.MT)
1. MSG 002 IND 2020 0281 F MT 06-05-2020 F NOTIF
2. F
3A. Direction générale des entreprises
SQUALPI
Bât. Sieyès -Teledoc 151
61, Bd Vincent Auriol
75703 PARIS Cedex 13
d9834.france@finances.gouv.fr
3B. Ministère de l’agriculture et de l’alimentation
Direction générale de l’alimentation
Service des actions sanitaires en production primaire
Sous-direction de la qualité, de la santé et de la protection des végétaux
Bureau des semences et de la protection intégrée des cultures
251, rue de Vaugirard
75732 PARIS CEDEX 15
bspic.sdqspv.dgal@agriculture.gouv.fr
4. 2020/0281/F - C00A
5. Ordni li tistabbilixxi l-lista tal-varjetajiet imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Digriet xx
6. Varjetajiet tal-pjanti
7. -
8. L-abbozz tal-ordni għandu l-għan li jistabbilixxi l-lista tal-varjetajiet li jirriżultaw mill-mutaġenesi każwali in vitro, fejn iċ-ċelloli tal-pjanti kkultivati in vitro jiġu soġġetti għal aġenti mutaġeniċi kimiċi jew fiżiċi, li se jkunu pprojbiti mit-tqegħid fis-suq u mill-kultivazzjoni fi Franza, minħabba li ma jkunux ġew ivvalutati u awtorizzati skont ir-Regolament dwar il-OMĠ.
L-abbozz tal-ordni b’hekk jikkonsisti:
• fil-lista tal-varjetajiet li r-reġistrazzjoni tagħhom fil-katalogu ġiet ikkanċellata minħabba l-ksib tagħhom permezz ta’ teknika ta’ mutaġenesi każwali in vitro, fejn iċ-ċelloli tal-pjanti kkultivati in vitro jiġu soġġetti għal aġenti mutaġeniċi kimiċi jew fiżiċi (Anness I tal-abbozz tal-ordni).
• fil-lista tal-varjetajiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni fil-katalogu minħabba l-ksib tagħhom permezz ta’ teknika ta’ mutaġenesi każwali in vitro, fejn iċ-ċelloli tal-pjanti kkultivati in vitro jiġu soġġetti għal aġenti mutaġeniċi kimiċi jew fiżiċi (Anness II tal-abbozz tal-ordni).
9. Fi tmiem l-2014, disa’ assoċjazzjonijiet bagħtu ittra lill-Prim Ministru minn naħa, jitolbu r-revoka tal-Artikolu D.531-2 tal-Kodiċi tal-Ambjent minħabba li jeżenta l-varjetajiet tolleranti għall-erbiċidi (HTV) mir-Regolament dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati (OĠM), u min-naħa l-oħra, jitolbu moratorju fuq dawn l-HTVs.
Is-silenzju tal-amministrazzjoni dwar din it-talba wassal għal deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda li l-assoċjazzjonijiet ressqu appell kontra tagħha quddiem il-Kunsill tal-Istat (CE). B’Deċiżjoni tat-3 ta’ Ottubru 2016, dan tal-aħħar ippreżenta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) erba’ domandi għal deċiżjoni preliminari u talabha tissospendi d-deċiżjoni fuq il-konklużjonijiet tar-rikors sakemm il-Qorti tiddeċiedi dwar dawn id-domandi. Permezz ta’ sentenza mogħtija fil-25 ta’ Lulju 2018 (Kawża C-528/16), il-QĠUE għalhekk:
• iċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/18/KE: il-Qorti ppreċiżat li kwalunkwe prodott ta’ teknika ta’ mutaġenesi huwa OĠM, u li mill-proċedura ta’ valutazzjoni huma eżentati biss il-prodotti ta’ tekniki ta’ mutaġenesi li ntużaw tradizzjonalment għal diversi applikazzjonijiet u li għandhom rekord twil ta’ sigurtà.
• ippreċiżat il-kunċett ta’ “tekniki tradizzjonalment użati għal diversi applikazzjonijiet u li għandhom rekord twil ta’ sigurtà”; is-sentenza tindika, b’mod partikolari fil-punt 51 tagħha, li d-direttiva ma tistax tiġi interpretata bħala waħda li mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha teskludi “organiżmi miksuba permezz ta’ tekniki/metodi ġodda ta’ mutaġenesi li ġew introdotti jew li ġew żviluppati prinċipalment mill-adozzjoni tad-direttiva msemmija”.
Il-Kunsill tal-Istat ħareġ id-Deċiżjoni tiegħu fis-7 ta’ Frar 2020 wara d-deċiżjoni preliminari tal-Qorti. Huwa kkonkluda li t-tekniki ta’ mutaġenesi każwali in vitro fejn iċ-ċelloli tal-pjanti jiġu soġġetti għal aġenti mutaġeniċi kimiċi jew fiżiċi, kif ukoll it-tekniki ta’ mutaġenesi msejħa diretti jew tal-editjar tal-ġenoma, mhumiex teknikitradizzjonalment użati u li għandhom rekord twil ta’ sigurtà, li ġew introdotti jew li ġew żviluppati prinċipalment mill-adozzjoni tad-Direttiva 2001/18/KE. Minn dan jirriżulta li l-organiżmi miksuba permezz ta’ dawn it-tekniki għandhom ikunu soġġetti għar-Regolament dwar l-OĠM.
Konsegwentement, il-Kunsill tal-Istat ordna lill-Prim Ministru sabiex jemenda r-regolament li jispeċifika t-tekniki ta’ mutaġenesi eżentati mir-Regolament dwar l-OĠM sabiex ikun hemm distinzjoni bejniethom u bejn dawk li, skont l-analiżi tiegħu, jaqgħu fil-qasam ta’ dan ir-regolament.
Ordna wkoll lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li permezz tagħhom:
• jidentifikaw, fil-katalogu komuni tal-varjetajiet tal-ispeċijiet ta’ pjanti agrikoli, dawk il-varjetajiet li jkunu ġew elenkati hemmhekk mingħajr ma titwettaq il-valutazzjoni li kienu diġà ġew soġġetti għaliha, filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni t-teknika li permezz tagħha dawn setgħu jinkisbu;
• jevalwaw jekk huwiex meħtieġ li tinbeda l-proċedura għall-irtirar tal-varjetajiet ikkonċernati, is-sospensjoni jew saħansitra l-qerda tal-għelejjel fil-post.
Digriet dwar it-tekniki ta’ modifika ġenetika msemmija fl-Artikolu L. 531-2 tal-Kodiċi tal-Ambjent jispeċifika t-tekniki ta’ mutaġenesi eżentati mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-OĠM. L-abbozz ta’ digriet jipprevedi l-eżenzjoni tal-mutaġenesi każwali, ħlief il-mutaġenesi każwali in vitro fejn iċ-ċelloli tal-pjanti kkultivati in vitro jiġu soġġetti għal aġenti mutaġeniċi kimiċi u fiżiċi.
Din id-dispożizzjoni timplika li l-organiżmi tal-pjanti li jirriżultaw mill-mutaġenesi każwali in vitro fejn iċ-ċelloli tal-pjanti kkultivati in vitro jiġu soġġetti għal aġenti mutaġeniċi kimiċi jew fiżiċi jkunu inklużi fil-qasam tar-Regolament dwar l-OĠM.
Konsegwentement, ladarba d-digriet ikun ġie ppubblikat u soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżitorji previsti, b’mod partikolari għall-kulturi li jkunu għaddejjin, il-varjetajiet li jirriżultaw mill-mutaġenesi każwali in vitro, fejn iċ-ċelloli tal-pjanti kkultivati in vitro jiġu soġġetti għal aġenti mutaġeniċi kimiċi jew fiżiċi, se jkunu pprojbiti mit-tqegħid fis-suq u mill-kultivazzjoni fi Franza, minħabba li ma jkunux ġew ivvalutati u awtorizzati skont ir-Regolament dwar l-OĠM.
Kif previst fl-Artikolu 2 tal-abbozz tal-ordni, il-varjetajiet ikkonċernati se jkunu rreġistrati f’lista stabbilita permezz ta’ ordni, li hija s-suġġett ta’ din in-notifika.
L-awtoritajiet Franċiżi identifikaw il-varjetajiet elenkati fl-abbozz tal-ordni bħala dawk li jirriżultaw mill-mutaġenesi każwali in vitro fejn iċ-ċelloli tal-pjanti kkultivati in vitro jiġu soġġetti għal aġenti mutaġeniċi kimiċi u fiżiċi. Dawn huma varjetajiet tal-kolza tolleranti għall-erbiċidi, imqiegħda fis-suq bl-isem tal-kolza Clearfield, li l-metodu tal-ksib deskritt fil-biblijografija tiegħu, jikkorrispondi għal din it-teknika.
10. Referenzi għat-testi ta’ referenza: Artikolu L. 531-2 tal-Kodiċi tal-Ambjent
Artikolu D. 531-2 tal-Kodiċi tal-Ambjent
Digriet Nru […] ta’ […] dwar l-emenda tal-lista ta’ tekniki għall-ksib ta’ organiżmi ġenetikament modifikati li kienu s-suġġetti ta’ użu tradizzjonali mingħajr ħsara vverifikata għas-saħħa pubblika jew l-ambjent, notifikat fl-istess ħin
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. -
16. Aspett OTK
Iva
Aspett SPS
Le – L-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu