Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2016) 03039
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2016/0523/A
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201603039.MT)
1. MSG 002 IND 2016 0523 A MT 30-09-2016 A NOTIF
2. A
3A. Bundesministerium für Wissenschaft, Forschung und Wirtschaft
Abteilung C2/1
A-1010 Wien, Stubenring 1
Telefon +43-1/71100-802365
Telefax +43-1/71100-8042365
E-Mail: not9834@bmwfw.gv.at
3B. Amt der Salzburger Landesregierung
Fachgruppe 0/3: Legislativ- und Verfassungsdienst
A-5010 Salzburg, Chiemseehof
Telefon +43 (0) 662 8042-0*
Telefax +43 (0) 662 8042-2160
E-Mail: post@salzburg.gv.at
4. 2016/0523/A - H10
5. Abbozz ta’ Att dwar l-eżerċizzju tal-attività tal-operaturi tal-logħob tal-imħatri fil-Land ta’ Salzburg (Att ta’ Salzburg dwar l-operaturi tal-logħob tal-imħatri – S.WuG)
6. Terminals tal-imħatri (installazzjonijiet tekniċi biex tiddaħħal u tintwera dejta dwar l-imħatri jew għat-trażmissjoni ta’ dejta dwar l-imħatri permezz ta’ kejbil tad-dejta)
7. -
8. L-abbozz tal-Att ta’ Salzburg dwar l-operaturi tal-logħob tal-imħatri tal-2017, li kien diġà notifikat taħt in-numru 2016/160/A, ġie emendat b’mod fundamentali, b’tali mod li saret neċessarja notifika ġdida.
L-aspetti ġodda ċentrali tal-Att ta’ Salzburg dwar l-operaturi tal-logħob tal-imħatri tal-2017 li tfassal, meta mqabbel mas-sitwazzjoni legali valida skont l-Att tal-bookmakers tal-1994, huma:
• l-inklużjoni tal-intermedjarji tal-imħatri fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att;
• l-inklużjoni wkoll tal-eżerċizzju bbażat fuq l-internet tal-attività tal-operaturi tal-logħob tal-imħatri fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att;
• regolazzjoni komprensiva tad-dispożizzjonijiet dwar l-eżerċizzju u tal-obbligi tal-operaturi tal-logħob tal-imħatri;
• reviżjoni komprensiva tas-setgħat tal-awtoritajiet b'rabta mal-monitoraġġ tal-eżerċizzju tal-attività tal-operaturi tal-logħob tal-imħatri;
• l-inkorporazzjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet f’konformità mal-Att dwar il-protezzjoni tad-data tal-2000 għall-ipproċessar u t-trażmissjoni ta’ dejta.
Fir-rigward ta’ terminals tal-imħatri huma introdotti r-regoli li ġejjin:
Jistgħu jiġu stabbiliti u operati biss terminals tal-imħatri, li
1. jistgħu jiġu operati biss b’kard (“kard tal-klijent tal-imħatri”),
2. jippermettu esklussivament it-teħid jew l-intermedjazzjoni ta’ mħatri permessi,
3. ma jippermettux l-operat simultanju permezz ta’ iktar minn persuna waħda,
4. ma għandhomx karatteristiċi li jippermettu t-teħid jew l-intermedjazzjoni ta’ mħatra permezz ta’ tagħmir tekniku differenti mit-terminal tal-imħatri nnifsu,
5. ikunu mgħammra b’numru tas-serje u
6. ikunu protetti kontra t-telf tad-dejta f’każ li jinqata’ d-dawl u kontra influwenzi elettromanjetiċi, elettrostatiċi jew dawk ikkawżati minn mewġ tar-radju.
9. L-attività tal-bookmakers u l-operaturi ta’ totalizzaturi fil-preżent hija rregolata fl-Att dwar l-attività tal-bookmakers u l-operaturi ta’ totalizzaturi, Gazzetta tal-Liġi Provinċjali, Nru 75/1995, (iktar ’il quddiem l-“Att tal-bookmakers tal-1994”. Apparti żewġ emendi żgħar (Gazzetta tal-Liġi Provinċjali Nru 46/2001 u Gazzetta tal-Liġi Provinċjali Nru 51/2010) dan l-Att ilu jappartjeni għall-korpus tal-liġijiet mingħajr ma ġie emendat sa mis-sena 1994 – jiġifieri għal iktar minn 20 sena. Huwa pjuttost ovvju li fil-kuntest tal-iżviluppi tekniċi u tal-possibbiltajiet biex tiġi eżerċitata l-attività ta’ operatur tal-logħob tal-imħatri, l-Att tal-bookmakers tal-1994 għandu diversi limitazzjonijiet biex jirrifletti b’mod xieraq ir-realtà tal-lum il-ġurnata fil-qasam tal-imħatri.
Minn naħa waħda, ir-raġunijiet immedjati għal emenda tal-Att tal-bookmakers tal-1994 huma n-neċessità li tiġi trasposta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, kif ukoll min-naħa l-oħra d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tat-2 ta’ Ottubru 2013 (VfSlg 19.803) li l-attività tal-intermedjarji tal-imħatri għandha tiġi inkorporata fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Att. F’din id-deċiżjoni, il-Qorti Kostituzzjonali ddikjarat b’mod konklużiv rigward il-kompetenza tar-regolazzjoni legali tal-attività tal-intermedjarju tal-imħatri, li l-attività tal-intermedjazzjoni ta’ klijenti għal bookmakers jew operaturi ta’ totalizzaturi ma tistax tkun ipprovduta fil-kuntest ta’ kummerċ ħieles skont ir-regoli tal-kodiċi industrijali tal-1994, iżda fil-qafas ta’ dispożizzjonijiet mil-Länder.
Din in-neċessità li jiġi emendat l-Att tal-bookmakers tal-1994 uriet ukoll b’mod ċar li dan għandu jiġi rivedut b’mod komprensiv u jiġi adattat għar-realtà, għal liema raġuni ma saritx emenda estensiva u l-qasam tal-imħatri fil-Land Federali ta’ Salzburg qiegħed jiġi rregolat għal kollox mill-ġdid mil-lat sostantiv kif ukoll sistematiku. Mill-perspettiva leġiżlattiva mhijiex ser tintuża t-teknika tar-regolamentazzjoni tal-Att tal-bookmakers tal-1994 permezz ta' referenzi għal dispożizzjonijiet individwali tal-kodiċi industrijali tal-1994, u l-kontenut tad-dispożizzjonijiet li għalihom saret referenza ser jiġi inkorporat fl-Att ġdid, li – meta kkunsidrat minn lenti purament formali – iżid il-portata tiegħu, iżda min-naħa l-oħra jipprovdi lill-awtoritajiet eżekuttivi u lill-partijiet ikkonċernati sett ta’ regolamenti komplut fih innifsu.
10. Ma jeżisti ebda test bażiku
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. Iva
16. Aspett OTK
LE - L-abbozz m’għandu ebda impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Aspett SPS
LE - L-abbozz m’għandu ebda impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Le - L-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir83-189-central@ec.europa.eu