Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2021) 00719
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2021/0118/P
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 202100719.MT)
1. MSG 002 IND 2021 0118 P MT 23-02-2021 P NOTIF
2. P
3A. Ministério da Economia
Instituto Português da Qualidade
Rua António Gião, 2
2829-513 Caparica
Telefone: + 351 21 294 81 00
Fax: + 351 21 294 82 23
e-mail: not1535@ipq.pt
site: www.ipq.pt
3B. AAgência Portuguesa do Ambiente, I.P.
Rua da Murgueira, 9/9A- Zambujal Ap 7585
2611-865 Amadora
e-mail: geral@apambiente.pt
site: www.apambiente.pt
4. 2021/0118/P - S00E
5. Dan l-abbozz ta’ Digriet Amministrattiv huwa l-ħames emenda għad-Digriet Amministrattiv Nru 152-D/2017 tal-11 ta’ Diċembru 2017, kif emendat bil-Liġi Nru 69/2018 tas-26 ta’ Diċembru 2018 u l-Liġi Nru 41/2019 tal-21 ta’ Ġunju 2019, bid-Digriet Amministrattiv Nru 86/2020 tal-14 ta’ Ottubru 2020, u emendat u ppubblikat mill-ġdid bid-Digriet Amministrattiv Nru 102-D/2020 tal-10 ta’ Diċembru 2020.
6. Il-prodotti koperti minn din in-Notifika huma:l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, speċifikament imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża, imballaġġ immaniġġjat taħt is-sistema tad-depożiti, u imballaġġ riċiklabbli.
Is-servizzi koperti minn din in-Notifika huma: produtturi tal-prodotti msemmija hawn fuq, mili, importaturi ta’ prodotti imballati, fornituri ta’ imballaġġ ta’ servizz; fornituri intermedjarji ta’ servizzi ta’ netwerk ta’ trażmissjoni tal-komunikazzjoni; u operaturi tat-trattament tal-iskart minn flussi ta’ skart speċifiċi.
7. - Id-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ
- Id-Direttiva (UE) 2018/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ.
Id-Direttiva (UE) 2018/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku.
8. Dan l-abbozz ta’ leġiżlazzjoni huwa l-ħames aġġornament għad-Digriet Amministrattiv Nru 152-D/2017 tal-11 ta’ Diċembru 2017, li jintroduċi r-rekwiżit li jiġi mmarkat l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża u l-imballaġġ immaniġġjat taħt is-sistema tad-depożiti, kif ukoll ir-rekwiżit li l-imballaġġ riċiklabbli jiġi mmarkat bl-indikazzjoni tad-destinazzjoni xierqa tiegħu. L-abbozz ta’ Digriet Amministrattiv jipprevedi wkoll l-obbligu li l-operaturi tat-trattament tal-iskart jagħtu prova annwali lill-entità tal-liċenzjar li huma jkunu kkonformaw mar-rekwiżiti ta’ kwalifika u mal-istandards applikabbli permezz ta’ dokument maħruġ minn verifikaturi kkwalifikati.
Dan jintroduċi wkoll artikolu ġdid bl-għan li jiġu rregolati l-obbligi ta’ rappurtar mill-fornituri intermedjarji ta’ servizzi ta’ netwerk ta’ trażmissjoni tal-komunikazzjoni, bl-għan li jiġi rregolarizzat il-kummerċ elettroniku ta’ prodotti koperti mill-prinċipju tar-responsabbiltà estiża tal-produttur.
L-aġġornamet tad-Digriet Amministrattiv Nru 152-D/2017 permezz tal-abbozz ta’ Digriet Amministrattiv taħt din in-Notifika jintroduċi l-emendi li ġejjin li jitqiesu bħala regolamenti tekniċi:
• Artikolu 8 - Obbligu li l-operaturi tat-trattament tal-iskart jagħtu prova annwali lill-entità tal-liċenzjar li huma jkunu kkonformaw mar-rekwiżiti ta’ kwalifika u mal-istandards applikabbli permezz ta’ dokument maħruġ minn verifikaturi kkwalifikati.
• Artikolu 23(17) - L-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża jrid jiġi mmarkat b’simboli u skont regoli ddeterminati minn ordni ta’ implimentazzjoni ministerjali mill-membri tal-gvern responsabbli għall-oqsma tal-ekonomija u tal-ambjent, wara li jikkonsultaw l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tas-setturi involuti.
• Artikolu 28 - L-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża u dak li ma jistax jerġa’ jintuża, l-imballaġġ immaniġġjat taħt is-sistema tad-depożiti u l-imballaġġ riċiklabbli jrid jiġi mmarkat:
- Paragrafu 2 - Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 9, imballaġġ primarju li ma jistax jerġa’ jintuża minn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea jew minn pajjiżi terzi li jkun ġie mmarkat b’simbolu speċifiku fis-sors, jista’ jitqiegħed fis-suq b’dan is-simbolu.
- Paragrafu 3 - L-imballaġġ immaniġġjat taħt is-sistema tad-depożiti msemmi fl-Artikolu 23-C jrid jiġi mmarkat bis-simbolu li se jiġi ddefinit għal dan il-għan.
- Paragrafu 4 - L-imballaġġ irid jindika n-natura tal-materjal(i) ta’ imballaġġ użat/i għall-għanijiet ta’ identifikazzjoni u klassifikazzjoni mill-industrija rispettiva, f’konformità mas-sistema ta’ identifikazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 97/129/KE tat-28 ta’ Jannar 1997, li l-qafas tagħha huwa stipulat fl-Anness IX ta’ dan id-Digriet Amministrattiv.
- Paragrafi 5, 6 u 7 - L-imballaġġ primarju, l-imballaġġ sekondarju intenzjonat għall-konsumatur u l-imballaġġ riċiklabbli mqiegħed fis-suq irid jiġi mmarkat bl-indikazzjoni tad-destinazzjoni xierqa, jiġifieri l-kulur tal-punt ekoloġiku fejn għandu jitqiegħed, f’konformità mat-termini li għandhom jiġu ddeterminati. L-indikazzjoni trid tiġi stampata b’mod viżibbli, li tista’ tinqara u li ma titħassarx, u tista’ tiġi ppreżentata minn pittogrammi, test miktub, jew it-tnejn li huma.
- Paragrafu 9 - Mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligu skont il-paragrafu 5, se jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq ta’ imballaġġ riċiklabbli u ta’ dak li jista’ jerġa’ jintuża mmarkat bis-simbolu tar-raġel nadif.
• Artikolu 20-A - Obbligi ta’ rappurtar tal-fornituri intermedjarji ta’ servizzi ta’ netwerk ta’ trażmissjoni tal-komunikazzjoni, bl-għan li jiġi rregolarizzat il-kummerċ elettroniku ta’ prodotti koperti mill-prinċipju tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, billi jiġu estiżi għal dawn il-fornituri l-istess obbligi diġà stipulati għall-produtturi ta’ prodotti koperti mill-prinċipju tar-responsabbiltà estiża tal-produttur.
9. Dan l-abbozz ta’ leġiżlazzjoni japprova l-aġġornamenti meħtieġa għad-Digriet Amministrattiv Nru 152-D/2017 tal-11 ta’ Diċembru 2017, li sar f’data aktar tardiva minn dik tal-approvazzjoni tad-Digriet Amministrattiv Nru 102-D/2020 tal-10 ta’ Diċembru 2020 sabiex ma tiġix kompromessa l-veloċità tat-traspożizzjoni tad-Direttivi inklużi f’dan tal-aħħar u sabiex ikun hemm konformità mal-proċedura għall-forniment ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u ta’ regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015.
Sabiex jiġu ffaċilitati l-ġbir, l-użu mill-ġdid u l-irkupru, inkluż ir-riċiklaġġ, kif ukoll biex tiġi promossa s-separazzjoni korretta tal-iskart u biex jiżdiedu l-livelli u l-kwalita tar-riċiklaġġ, dan l-abbozz ta’ Digriet Amministrattiv jeħtieġ l-immarkar tal-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża u tal-imballaġġ immaniġġjat taħt is-sistema tad-depożiti, kif ukoll l-immarkar tal-imballaġġ riċiklabbli b’indikazzjoni tad-destinazzjoni xierqa tiegħu.
L-abbozz ta’ Digriet Amministrattiv jipprevedi wkoll l-obbligu li l-operaturi tat-trattament tal-iskart jagħtu prova annwali lill-entità tal-liċenzjar li huma jkunu kkonformaw mar-rekwiżiti ta’ kwalifika u mal-istandards applikabbli permezz ta’ dokument maħruġ minn verifikaturi kkwalifikati.
10. Referenza/i għat-test(i) bażiku/ċi: Id-Digriet Amministrattiv Nru 152-D/2017 tal-11 ta’ Diċembru 2017.
It-testi bażiċi ntbagħtu b’notifika preċedenti: 2017/416/P
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. -
16. Aspett OTK
Le - l-abbozz m’għandux impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Aspett SPS
Le - l-abbozz m’għandux impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu