Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2017) 01038
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2017/0160/F
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201701038.MT)
1. MSG 002 IND 2017 0160 F MT 24-04-2017 F NOTIF
2. F
3A. Direction générale des entreprises – SQUALPI – Bât. Sieyès -Teledoc 151 – 61, Bd Vincent Auriol - 75703 PARIS Cedex 13
d9834.france@finances.gouv.fr
tél : 01 44 97 24 55
3B. Ministère de l’intérieur
Délégation à la sécurité et à la circulation routières (DSCR)
Place Beauvau – 75800 PARIS CEDEX 08 – France
Téléphone : 01 49 27 49 27
Mel : ai4-ai-dscr@interieur.gouv.fr
4. 2017/0160/F - SERV
5. Digriet li jistabbilixxi l-projbizzjoni ta’ tixrid ta’ kwalunkwe messaġġ li jindika l-operazzjonijiet tal-pulizija f’ċerti perimetri permezz ta’ servizzi elettroniċi ta’ għajnuna fis-sewqan jew fin-navigazzjoni
6. Servizzi elettroniċi ta’ għajnuna fis-sewqan jew fin-navigazzjoni
7. -
8. L-abbozz ta’ digriet għandu l-għan li jipprojbixxi t-tixrid, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ servizzi elettroniċi ta’ għajnuna fis-sewqan jew fin-navigazzjoni (jiġifieri : applikazzjonijiet għas-smartphones, GPS, siti tal-internet, netwerks soċjali), ta’ kwalunkwe messaġġ jew indikazzjoni li jippermettu lill-utenti ta’ dan is-servizz isiru jafu fejn ikunu qegħdin il-forzi tal-pulizija f’ċerti perimetri u li kapaċi jkunu detrimentali għall-effiċjenza fit-twettiq tal-operazzjonijiet tal-ordni pubblika għas-sikurezza stradali jew tal-operazzjonijiet tal-pulizija tal-qasam kriminali.
Dawn il-perimetri, ikkomunikati mill-Gvern lill-operaturi ta’ dawn is-servizzi elettroniċi, se jkunu dawk fejn se jitwettqu ċerti kontrolli sensittivi, b’mod partikolari fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu jew il-kriminalità organizzata, tal-azzjonijiet għas-sikurezza stradali, tat-tfittxija għal priġunieri maħruba jew għal persuni maħtufa. Għalhekk dawn il-perimetri jkopru biss il-kontrolli l-aktar sensittivi u mhux se jkunu jistgħu jiġu estiżi għal aktar minn għoxrin kilometru. Il-projbizzjoni ma tistax taqbeż l-erbgħa u għoxrin siegħa.
Sabiex dan iseħħ, inħoloq l-Artikolu R. 131-1 mill-abbozz ta’ digriet dwar il-kodiċi tat-triq. Hija prevista sanzjoni (kontravvenzjoni tal-ħames klassi) għall-operaturi li ma jirrispettawx dawn id-dispożizzjonijiet ġodda.
9. L-effetti fuq is-sikurezza interna:
Huwa mistenni impatt favorevoli fuq is-sikurezza interna. Fil-fatt, il-kxif tal-pożizzjoni tal-forzi tal-pulizija fuq is-sistemi ta’ għajnuna fis-sewqan jista’ jkollu effett negattiv f’ċerti avvenimenti li matulhom il-forzi tal-pulizija jridu jkunu diskreti sabiex iwettqu l-missjoni tagħhom b’suċċess. Dan huwa l-każ, pereżempju, tal-missjonijiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu jew il-kriminalità organizzata, tal-pjan “Allert kontra l-ħtif ta’ persuni” jew tat-tfittxija għal priġunieri maħruba.
L-effetti fuq is-sikurezza stradali:
Huwa mistenni impatt favorevoli fuq is-sikurezza stradali. Fil-fatt, ir-rappurtar tal-forzi tal-pulizija li jwettqu testijiet għall-alkoħol jew għad-drogi jwassal sabiex ċerti sewwieqa taħt l-effett tal-alkoħol jew tad-droga jbiddlu r-rotta bl-iskop li jevitaw dawn il-kontrolli. B’konsegwenza ta’ dan, dan ir-rappurtar ma jippermettix li wieħed jiġġieled b’mod effettiv kontra s-sewqan taħt l-effett tal-alkoħol u tad-droga u l-inċidenti assoċjati magħhom.
Fl-2015, skont ir-rapport tal-Osservatorju tas-Sikurezza Stradali Franċiż (ONISR), fi Franza 866 persuna nqatlu u 3 296 persuna ndarbu u ddaħħlu l-isptar wara inċident li kien jinvolvi sewwieq xurban. Barra minn hekk, 501 persuna nqatlu u 1,623 persuna ndarbu u ddaħħlu l-isptar wara inċident li kien jinvolvi sewwieq taħt l-effett tad-droga.
Il-persuni li nqatlu f’inċident li kien jinvolvi sewwieq xurban jirrappreżentaw il-31 % tal-persuni li nqatlu f’inċidenti fejn il-livell ta’ alkoħol fid-demm huwa magħruf. Il-persuni li nqatlu f’inċident li kien jinvolvi sewwieq taħt l-effett tad-droga jirrappreżentaw it-23 % tal-persuni li nqatlu fl-inċidenti fatali fejn sar it-test biex isiru magħrufa d-drogi li ġew ikkunsmati.
10. Ma jeżisti l-ebda test ta’ referenza
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. -
16. Aspett OTK
Le - L-abbozz mhuwiex regolament tekniku jew valutazzjoni tal-konformità
Aspett SPS
Le - L-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir83-189-central@ec.europa.eu