Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2019) 02369
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2019/0424/DK
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201902369.MT)
1. MSG 002 IND 2019 0424 DK MT 02-09-2019 DK NOTIF
2. DK
3A. Erhvervsstyrelsen
Langelinie Allé 17
DK-2100 København Ø.
Tlf. 35 29 10 00
e-mail: noti@ebst.dk
3B. Fødevarestyrelsen
Stationsparken 31-33
DK-2600 Glostrup
Tlf. +45 72 27 69 00
fvst.dk/kontakt
www.fvst.dk
4. 2019/0424/DK - C00A
5. Ordni dwar l-iskema volontarja ta’ tikkettar għall-benessri tal-annimali
6. Il-laħam taċ-ċanga frisk u kkapuljat, kif ukoll il-laħam ipproċessat u l-prodotti tal-laħam li fihom il-laħam taċ-ċanga. Il-prodotti tal-ħalib mill-ħalib tal-baqar.
7. -
8. Din l-Ordni testendi l-iskema ta’ tikkettar għall-benessri tal-annimali nnotifikata preċedentement, sabiex l-iskema ta’ tikkettar issa tinkludi wkoll il-laħam taċ-ċanga u l-prodotti tal-ħalib mill-ħalib tal-baqar.
Bl-estensjoni tal-Ordni, l-iskema ta’ tikkettar għall-benessri tal-annimali qed tiġi implimentata għall-annimali bovini, li hija skema volontarja għall-produtturi primarji, l-imħaleb u l-biċċeriji.
Din tinvolvi skema ta’ tikkettar immexxija mis-suq, għaliex finalment hija d-domanda tal-konsumatur li tiddetermina jekk huwiex finanzjarjament vantaġġjuż għal negozju li jipproduċi laħam taċ-ċanga u prodotti tal-ħalib b’benessri tal-annimali mtejjeb. L-għan ta’ din l-iskema ta’ tikkettar għall-benessri tal-annimali għal-laħam taċ-ċanga u għall-prodotti tal-ħalib mill-ħalib tal-baqar huwa li tippromwovi, fuq bażi volontarja, il-benessri tal-annimali bbażat fuq is-suq. L-għan tat-tikkettar għall-benessri tal-annimali huwa li jtejjeb it-trasparenza fis-suq, u b’hekk il-konsumaturi jingħataw informazzjoni aħjar u bosta għażliet fir-rigward tal-istandards tal-benesseri tal-annimali għall-prodotti.
Għan importanti tat-tikketta għall-benessri tal-annimali huwa li titqajjem kuxjenza dwar kif jistgħu jgħinu biex jittejjeb il-benessri tal-annimali. B’hekk din se tistabbilixxi bażi għal tkabbir aktar dinamiku bbażat fuq domanda akbar.
L-Ordni tistabbilixxi, fuq tliet livelli, ir-rekwiżiti addizzjonali għall-benessri tal-annimali li l-produtturi tal-baqar tal-ħalib u tal-laħam taċ-ċanga għandhom jissodisfaw sabiex ikunu jistgħu jikkunsinnaw prodotti taħt l-iskema. Tistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti tal-awtomonitoraġġ u tal-awditjar li għandhom jiġu mħarsa mill-azjendi, il-biċċeriji, l-imħaleb u l-operaturi l-oħra fin-negozju tal-ikel. L-Ordni tippermetti wkoll li produtturi u/jew prodotti barranin jiġu inklużi fl-iskema.
9. L-għan tal-estensjoni tal-iskema huwa li tippromwovi l-benessri sod tal-annimali bovini billi l-konsumaturi jingħataw informazzjoni preċiża u li tinftiehem rigward il-benessri tal-annimali fl-għażla bejn id-diversi livelli tagħhom.
*Jista’ jiġi ddikjarat ukoll li l-estensjoni tal-iskema ta’ tikkettar biex tinkludi l-laħam taċ-ċanga u l-prodotti tal-ħalib mill-ħalib tal-baqar, kif ukoll il-laħam tal-majjal u tat-tiġieġ tas-simna se ssir permezz tal-emenda tal-Ordni li bħalissa tirregola l-laħam tal-majjal u tat-tiġieġ tas-simna biex tinkludi r-regoli għall-annimali bovini. Dan ifisser li r-regoli u r-regolamenti għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tiġieġ, il-laħam taċ-ċanga u l-prodotti tal-ħalib li għandhom tikketti tal-benessri tal-annimali huma deskritti fl-istess Ordni. Għal aktar informazzjoni dwar in-notifika tal-iskema ta’ tikkettar għall-benessri tal-annimali għall-laħam tal-majjal, jekk jogħġbok irreferi għaż-żewġ notifiki preċedenti għall-Ordnijiet taħt in-Nri 2017/414/DK u 2016/486/DK, kif ukoll fir-rigward tan-notifika għat-tiġieġ tas-simna għan-notifika tal-Ordni taħt in-Nru 2018/366/DK.
10. Referenza/i għat-test(i) bażiku/bażiċi: Din l-Ordni temenda Ordnijiet preċedenti dwar l-iskema ta’ tikkettar għall-benessri tal-annimali għall-ħnieżer u t-tiġieġ tas-simna, li kienu ġew innotifikati fl-2016, fl-2017 u fl-2018. Din l-Ordni hija bbażata fuq l-§ 17(1), l-§ 20(1), l-§ 21(1), l-§ 22, l-§ 23, l-§ 37(1), l-§ 50, l-§ 51 u l-§ 60(3) tal-Att dwar l-Oġġetti tal-Ikel, ara l-Att ta’ Konsolidazzjoni Nru 999 tat-2 ta’ Lulju 2018 (l-Att dwar l-Oġġetti tal-Ikel).
Il-bażijiet legali fl-Att dwar l-Oġġetti tal-Ikel ġew ittrasferiti mill-Att Nru 402 tal-10 ta’ Ġunju 1997 dwar il-kwalità tal-oġġetti tal-ikel (imħassar), li kien ġie nnotifikat fit-12 ta’ Marzu 1997.
It-testi bażiċi ntbagħtu ma’ notifika preċedenti: 1997/131/DK
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. Iva
16. Aspett WTO
Le - l-abbozz m’għandux impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Aspett SPS
Le - l-abbozz m’għandux impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu