Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2018) 02422
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2018/0446/B
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201802422.MT)
1. MSG 002 IND 2018 0446 B MT 10-09-2018 B NOTIF
2. B
3A. SPF Economie, PME, Classes moyennes et Energie
Direction générale de la Qualité et de la Sécurité - Service Normalisation et Compétitivité - BELNotif
NG III – 5e étage
Boulevard Roi Albert II 16
B - 1000 Bruxelles
Tel: 02/277.93.71
3B. Service public fédéral Santé publique, Sécurité de la Chaîne alimentaire et Environnement
Direction Générale Animaux, Végétaux et Alimentation
Service inspection produits de consommation
Eurostation, place Victor Horta 40/10, 1060 Saint-Gilles, Belgique
tel.: 02 524 73 73 et 02/ 524 74 73
mathieu.capouet@sante.belgique.be et eugenie.bertrand@sante.belgique.be
4. 2018/0446/B - X40M
5. Digriet Irjali dwar il-pakkett standardizzat tas-sigaretti, tat-tabakk tal-brim u tat-tabakk tal-pipa tal-ilma
6. Pakkett standardizzat tal-prodotti tat-tabakk
7. - Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE
8. Dan ir-regolament għandu l-għan, fuq il-bażi tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2014/40/UE, li jipprovdi uniformità fil-preżentazzjoni tal-pakketti tas-sigaretti, tat-tabakk tal-brim u tat-tabakk tal-pipa tal-ilma. Dan id-Digriet Irjali (aktar 'il quddiem imsejjaħ AR) b’hekk jimmira li jiddefinixxi l-kulur kif ukoll l-elementi li jidhru fuq l-ippakkjar tas-sigaretti, tat-tabakk tal-brim u tat-tabakk tal-pipa tal-ilma.
L-Artikolu 1 ta’ dan l-AR jistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni u l-Artikolu 2 jikkonċerna d-definizzjonijiet.
L-Artikolu 3 jistabbilixxi r-relazzjoni bejn dan l-AR u d-Digriet Irjali tal-5 ta’ Frar 2016 dwar il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tat-tabakk.
L-Artikoli 4, 5, 6, 7 u 8 huma dispożizzjonijiet ġenerali.
L-Artikolu 4 jindika li l-pakketti ta' dawn il-prodotti huma b’sfumatura waħda ta’ kulur.
L-Artikolu 5 jindika li minbarra l-prodott ibbażat fuq it-tabakk, il-kisi biss jista’ jinġabar f’unità tal-ippakkjar.
L-Artikolu 6 jipprojbixxi ċerti tekniki intenzjonati biex idgħajfu n-newtralità u l-istandardizzazzjoni tal-unitajiet tal-ippakkjar, tal-imnallaġġ u tal-ippakkjar żejjed. Dan l-Artikolu jipprojbixxi wkoll kwalunkwe dħul jew element ieħor ġewwa l-unitajiet tal-ippakkjar, tal-imballaġġ ta’ barra u tal- ippakkjar żejjed.
L-Artikolu 7 jindika li l-karta tas-sigaretti, tat-tubi tas-sigaretti u għat-tabakk tal-brim hija ta’ kulur wieħed.
L-Artikolu 8 jindika li l-uċuħ ta’ barra u ta’ ġewwa tal-unitajiet tal-ippakkjar, tal-imballaġġ ta’ barra u tal-ippakkjar żejjed huma lixxi u, fil-każ tal- unitajiet tal-ippakkjar jew tal-immballaġġ ta’ barra b’forma ta’ parallelpiped, lixxi u ċatti.
L-Artikolu 9 jikkonċerna l-karatteristiċi tal-unitajiet tal-ippakkjar tat-tabakk tal-brim.
L-Artikolu 10 jindika liema approvazzjonijiet jistgħu jinsabu fuq l-unitajiet tal-ippakkjar.
L-Artikolu 11 jintroduċi l-pakkett standardizzat għall-pakketti tat-tubi tas-sigaretti u l-karta għat-tabakk tal-brim fejn l-isem kummerċjali huwa l-istess bħal l-isem kummerċjali tal-prodotti bbażati fuq it-tabakk.
L-Artikoli 12, 13, 14 huma d-dispożizzjonijiet finali relatati speċjalment mal-limitu taż-żmien tal-implimentazzjoni u mas-sanzjonijiet.
9. Id-dispożizzjonijiet tal-abbozz ta' Digriet Irjali jallinjaw ruħhom ma’ dawk adottati mir-Renju Unit u minn Franza u li diġà huma ppruvati f’dawn l-Istati Membri.
Din il-miżura tagħmel parti mill-pjan kontra t-tabakk tal-Ministru tas-Saħħa Belġjan.
L-introduzzjoni tal-pakkett newtrali timmira li:
- tnaqqas l-attrazzjoni tal-ippakkjar u tal-istampa tal-marka.
- ittejjeb l-effikaċja tat-twissijiet testwali sanitarji jew viżwali mwaħħla fuq il-pakketti tal-prodotti bbażati fuq it-tabakk ;
- tnaqqas l-informazzjoni ħażina tal-konsumaturi dwar il-periklu tat-tabakk ;
Għal żmien medju u fit-tul l-introduzzjoni tal-pakkett newtrali timmira wkoll li tnaqqas il-prevalenza tat-tipjip u li dan jinbeda fost iż-żgħazagħ.
Il-Ministru inkarigat mis-saħħa se jiffissa aktar preċiżament, b’Digriet Ministerjali, il-kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-aspett u l-kontenut ta’ unitajiet different tal-ippakkjar tas-sigaretti, tat-tabakk tal-brim u tat-tabakk tal-pipa tal-ilma.
10. Referenzi għat-testi ta’ referenza: Il-Liġi tal-24 ta’ Jannar 1977 dwar il-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi rigward il-prodotti alimentari u l-prodotti l-oħra.
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. -
16. Aspett OTK
LE - L-abbozz m’għandux effett sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Aspett SPS
LE - L-abbozz m’għandux effett sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu