Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - SG(2011) D/51058
Direttiva 98/34/KE
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2011/0212/NL
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Nao inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201101058.MT)
1. MSG 002 IND 2011 0212 NL MT 04-05-2011 NL NOTIF
2. NL
3A. Ministerie van Financiën
Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer
3B. Ministerie van Binnenlandse Zaken en Koninkrijksrelaties
4. 2011/0212/NL - B00
5. Digriet li jistabbilixxi r-regolamenti għall-bini, l-użu u t-twaqqigħ ta’ kostruzzjonijiet (Digriet dwar il-Bini 2012)
6. Kostruzzjonijiet (ta’ bini u kostruzzjonijiet oħra minbarra l-bini)
7. -
8. Dan id-Digriet jiddeskrivi r-rekwiżiti għar-rinnovazzjoni u t-twaqqigħ ta’ kostruzzjonijiet, ir-rekwiziti għall-kundizzjoni u l-użu ta' kostruzzjonijiet eżistenti, ghal-proprjetajiet miftuħa u ghall-artijiet, u r-rekwiżiti għas-sigurtà ta' bini u attivitajiet ta‘ twaqqigħ. S’issa, dawn ir-rekwiżiti huma primarjament dawk inklużi fid-Digriet għall-Bini tas-sena 2003, u fid-Digriet għas-Sigurtà minn Nirien fil-Bini u r-regolamenti tal-bini muniċipali. Ħafna artikoli jistgħu jinkludu rekwiżiti tekniċi. Id-Digriet ghall-Bini tas-sena 2003 u l-emendi tal-istess Digriet ġew notifikati. L-ewwel notifika kienet in-notifika bin-numru 2001/0049/NL, u l-aħħar waħda kienet in-notifika bin-numru 2010/0505/NL. In-notifika għad-Digriet għas-Sigurtà minn Nirien fil-Bini kienet in-notifika bin-numru 2008/0073/NL.
L-Artikolu 1.3 tad-Digriet fih dispożizzjoni ta’ ekwivalenza. Jekk jogħġbok ara wkoll il-Ħarsa Ġenerali tal-Artikli għal aktar informazzjoni dwar din id-dispożizzjoni.
Artikolu 1.3 Dispożizzjoni ta’ Ekwivalenza
1. Kwalunkwe rekwiżit deskritt fil-Kapitoli 2-7 m'għandhux jiġi mħares, jekk il-kostruzzjoni jew l-użu tiegħu, minħabba miżuri oħra, ħlief ir-rekwiżit hawn deskritt, toffri għall-inqas l-istess livelli ta' sigurtà, ħarsien tas-saħħa, utilità, tfaddil tal-enerġija, u protezzjoni ambjentali kif stabilit skont il-ħtiġijiet stabiliti f’dawn il-kapitoli.
2. Soluzzjoni ekwivalwenti oħra kif deskritta fl-ewwel paragrafu għandha tinżamm tul l-użu tal-kostruzzjoni.
Barra minn hekk, qed issir referenza għall-paragrafu 1.3 tal-memorandum spjegattiv taħt it-titolu "Il-marki CE u ċertifikati ta' kwalità." Huwa nnutat li dan il-paragrafu se jiġi aġġustat sabiex isir konsistenti mar-Regolament il-ġdid għall-Prodotti tal-Bini. Id-Deċiżjoni li tibdel għal dan il-għan se tiġi notifikata fiż-żmien dovut.
9. Il-ħtiġiet stabbiliti fl-Abbozz tar-Regolament huma non-diskriminatorji, peress li dawn japplikaw għal kull kostruzzjoni li trid tinbena, kif ukoll għal kwalunkwe bini eżistenti.
Id-Digriet huwa meħtieġ. L-għan tal-konsolididazzjoni tar-Regolamenti f'digriet wieħed ġdid huwa li titjieb il-konsistenza ta' l-atti tal-bini u r-regolamenti, biex b’dan il-mod titnaqqas it-tagħbija ta’ konformità, u biex titjieb l-aċċessibbiltà. Din l-integrazzjoni hija fundamentalment politika-newtrali. Mhijiex intiża sabiex iżżid jew tnaqqas ir-rekwiżiti. Ir-regolamenti ser iservu biex jiżguraw il-kwalità minima li hi meħtieġa għall-kostruzzjonijiet. Madankollu, id-Digriet għandu bidliet ċari meta jiġi mqabbel mar-regolamenti eżistenti. Id-differenzi huma primarjament marbuta mal-ħolqien ta’ uniformita’ fost is-sistemi u d-definizzjonijiet, mas-simplifikazzjoni tar-regolamenti (regolamenti tas-sigurtà tan-nar), mal-konsistenza ma' regolamenti oħra, mal-esperjenzi fl-applikazzjoni tar-regolamenti attwali, mar-regolamenti maħruga mill-UE u l-wegħdiet magħmula (bħal, tkabbir tal-valur għall-iżolament termali; żieda ta' rekwiżiti ghal a. spazji għall-ħżin / kmamar fuq barra ta' djar ġodda, b. manutenzjoni sigura tal-bini, c. bini durabbli, u d. bini f’żoni ta' sigurta’ u f’żoni ta’ likwidi li jieħdu n-nar skont ir-rotot tal-prezz nett bażiku kif huwa deskritt fid-Digriet għas-Sigurta’ Esterna (Rotot tat-Trasport).
Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, ir-rekwiżiti huma meqjusa ġusti u proporzjonali sabiex jintlaħaq il-livell mixtieq ta' protezzjoni.
10. It-testi bażiċi ġew sottomessi permezz ta’ notifika preċedenti: 2001/0049/NL: 2008/0073/NL
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. Informazzjoni dwar l-evalwazzjonijiet tal-impatt hija inkluża fil-punti 13 u 14 tat-Taqsima Ġenerali tal-memorandum spjegattiv (paġni 36-39).
16. Aspett TBT
LE- L-abbozz m'għandu l-ebda impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Aspett SPS
LE- L-abbozz m'għandu l-ebda impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Catherine Day
Secretaris-Generaal
Europese Commissie
Contactpunt Richtlijn 98/34
Fax: (32-2) 296 76 60
email: dir83-189-central@ec.europa.eu