Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2020) 03401
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2020/0581/E
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 202003401.MT)
1. MSG 002 IND 2020 0581 E MT 18-09-2020 E NOTIF
2. E
3A. Subdirección General de Asuntos Industriales, Energéticos, de Transportes y Comunicaciones, y de Medio Ambiente
Dirección General de Coordinación del Mercado Interior y otras Políticas Comunitarias
Secretaría de Estado para la Unión Europea
Ministerio de Asuntos Exteriores, Unión Europea y Cooperación
3B. Subdirección General de Calidad y Sostenibilidad Alimentaria
Dirección General de la Industria Alimentaria
Ministerio de Agricultura, Alimentación y Medio Ambiente
Pº Infanta Isabel, 1
28071 Madrid
4. 2020/0581/E - C00A
5. DIGRIET REĠJU LI JAPPROVA L-ISTANDARD TAL-KWALITÀ TAŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA U MIR-RESIDWI TAŻ-ŻEBBUĠ
6. Żejt taż-żebbuġa u żejt mir-residwi taż-żebbuġ
7. - Direttiva 2000/13/KE dwar it-tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel
8. Dan id-Digriet Reġju għandu l-għan li jistabbilixxi standard tal-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa u mir-resiwdi taż-żebbuġ li jissostitwixxi l-istandard li effettivament jirregola dawn il-prodotti, id-Digriet Reġju 308/1983, tal-25 ta’ Jannar, li japprova r-Regolament Tekniku Sanitarju taż-Żejt Veġetali li Jittiekel, fil-parti li tirreferi għaż-żejt taż-żebbuġa u mir-residwi taż-żebbuġ.
Dan id-Digriet Reġju jintroduċi l-obbligu għall-operaturi sabiex iżommu sistema ta’ reġistri ta’ traċċabbiltà interna, fejn matul it-trasport taż-żejt taż-żebbuġa u mir-residwi taż-żebbuġ, dawn il-prodotti jkunu dejjem akkumpanjati minn nota ta’ konsenja, u sabiex jinnotifikaw ukoll lis-sistema kompjuterizzata pprovduta mill-Ministeru tal-Agrikolatura, is-Sajd u l-Ikel dwar iċ-ċaqliq kollu ta’ dawn il-prodotti.
Huma stabbiliti wkoll ċerti obbligi, li fosthom tispikka s-separazzjoni bejn l-installazzjonijiet, u ċerti projbizzjonijiet, li fosthom tispikka l-projbizzjoni tat-taħlitiet jew il-kummerċjalizzazzjoni permezz tal-kanal tal-bejgħ bl-imnut taż-żejt taż-żebbuġ straverġni mballat f’kontenitur tal-plastik.
9. Ir-realtà tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa u mir-residwi taż-żebbuġ teħtieġ li r-regolamentazzjoni speċifika dwar dawn il-prodotti tiġi adattata, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u mir-residwi taż-żebbuġ fi Spanja, mill-perspetttiva tal-kwalità tal-ikel tagħhom.
L-aġġornament tar-regolamentazzjoni dwar iż-żejt taż-żebbuġa jitwettaq sabiex tiġi ggarantita kwalità għolja tal-prodott u tiġi evitata l-froti fis-settur; u fil-kuntest tal-qafas ġenerali tal-aġġornament tal-istandards tal-kwalità tal-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ikel.
Il-Liġi 28/2015, tat-30 ta’ Lulju, għall-protezzjoni tal-kwalità tal-ikel, tagħti s-setgħa lill-Gvern ta’ Spanja sabiex japprova standards tal-kwalità għal prodotti tal-ikel, bil-għan, fost l-oħrajn, li jikkonforma mar-regolament tal-Unjoni Ewropea, u li jissimplifika, jimmodernizza u jivvaluta l-istandards eżistenti kif ukoll itejjeb il-kompetittività tas-settur, inklużi l-avvanzi li jirriżultaw mill-innovazzjoni teknoloġika.
10. Referenzi għat-testi bażiċi: Digriet Reġju 308/1983, tal-25 ta’ Lulju, li japprova r-Regolament Tekniku Sanitarju taż-Żejt Veġetali li Jittiekel
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. Iva
16. Aspett OTK
LE - L-abbozz mhu se jkollu ebda effett sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Aspett SPS
Le - L-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu