Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2018) 02176
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2018/0400/F
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201802176.MT)
1. MSG 002 IND 2018 0400 F MT 03-08-2018 F NOTIF
2. F
3A. Direction générale des entreprises – SQUALPI – Bât. Sieyès -Teledoc 151 – 61, Bd Vincent Auriol - 75703 PARIS Cedex 13
d9834.france@finances.gouv.fr
tél : 01 44 97 24 55
3B. Ministère de la transition écologique
Direction générale de la prévention des risques
Bureau des produits chimiques
92055 La Défense Cedex
Téléphone : 01.40.81.87.87
Courriel : florian.veyssilier@developpement-durable.gouv.fr
cecile-b.lemaitre@developpement-durable.gouv.fr
pierre.defranclieu@developpement-durable.gouv.fr
4. 2018/0400/F - C00A
5. Abbozz ta’ digriet li jelenka s-sustanzi attivi li jinsabu fil-prodotti fitosanitarji u li jippreżentaw mod ta’ azzjoni identiku għal dawk tal-familja tan-neonikotinojdi
6. Prodotti fitosanitarji li fihom sulfoksaflor jew flupiradifuron u żrieragħ trattati b’dawn il-prodotti
7. -
8. Dan l-abbozz ta’ test jippermetti l-applikazzjoni tal-abbozz ta’ liġi għall-bilanċ tar-relazzjonijiet kummerċjali fis-settur agrikolu u alimentari u dieta tajba, sostenibbli u aċċessibbli għal kulħadd, li jemenda l-Artikolu L. 253-8 tal-Kodiċi Rurali u jagħti gwida ta’ projbizzjoni tal-użu ta’ prodotti fitosanitarji li fihom sustanza/i attiva/i li tippreżenta/jippreżentaw modi ta’ azzjoni identiċi għal dawk tal-familja tan-neonikotinojdi u taż-żrieragħ trattati b’dawn il-prodotti.
L-abbozz ta’ liġi jirreferi għal digriet ta’ implimentazzjoni biex jiġu definiti l-modalitajiet ta’ applikazzjoni u tiġi infurzata din il-projbizzjoni. Dan l-abbozz ta’ digriet jispeċifika b’mod espliċitu l-lista tas-sustanzi mmirati.
9. Ħafna pubblikazzjonijiet xjentifiċi u organizzazzjonijiet rikonoxxuti (AESA, EASAC, INRA, CNRS, ANSES, eċċ.) jirrikonoxxu l-impatt kbir tan-neonikotinojdi fuq ħafna komponenti tal-ambjent fuq organiżmi mhux fil-mira bħan-naħal, il-makroinvertibri jew anke l-għasafar. Min-naħa l-oħra, studju riċenti tal-AESA jidentifika riskju għas-saħħa tal-bniedem (l-impatt fuq l-iżvilupp tas-sistema nervuża).
Barra minn hekk, dawn is-sustanzi jagħmlu parti minn familja omoġena ta’ sustanzi li jippreżentaw l-istess karatteristiċi: huma insettiċidi qawwija li jaġixxu fuq is-sistema nervuża tal-insetti u li huma sistematiċi. Jirriżulta li dawn is-sustanzi jinstabu fl-organi kollha tal-pjanta ladarba din tkun trattata.
F’dan il-kuntest u fir-rigward tal-kwistjonijiet kemm dwar l-ambjent kif ukoll dwar is-saħħa pubblika, fl-2016 Franza xtaqet tadotta politika ta’ mmaniġġjar tar-riskji li tillimita l-użu ta’ prodotti fitosanitarji abbażi tan-neonikotinojdi u taż-żrieragħ trattati b’dawn il-prodotti. Għaldaqstant, il-liġi 2016-1087 (magħrufa bħala “l-liġi dwar il-bijodiversità”) tipprevedi projbizzjoni ta’ dawn il-prodotti b’perjodu ta’ implimentazzjoni kif ukoll b’evalwazzjoni tal-proċess sabiex l-operaturi tas-suq ikunu jistgħu jippreparaw ruħhom għal din id-data ta’ skadenza.
Ħafna studji enfasizzaw li s-sustanzi Sulfoksaflor u Flupiradifuron li jippreżentaw riskju sinifikanti għall-pollinaturi. Il-manifatturi li jipproduċu dawn iż-żewġ sustanzi jirrikonoxxu li dawn jippreżentaw mod ta’ azzjoni identiku għas-sustanzi tal-familja tan-neonikotinojdi, jiġifieri li jaħdmu fuq ir-riċetturi nikotiniċi tal-aċetilkolina (nAChR) bħala kompetitur tal-aċetilkolina.
10. Referenzi għat-testi ta’ referenza: a) L-Artikolu 114(5.) tat-TFUE jistipula li “jekk, wara l-adozzjoni ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, Stat Membru jħoss li jkun meħtieġ li jintroduċi dispożizzjonijiet nazzjonali bbażati fuq prova xjentifika ġdida li għandha x’taqsam mal-ħarsien tal-ambjent jew tal-ambjent tax-xogħol fuq il-bażi ta’ xi problema speċifika għal dak l-Istat Membru li toriġina mill-adozzjoni ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni, dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet li jkollu l-ħsieb jintroduċi kif ukoll bil-bażi għall-introduzzjoni tagħhom”.
Il-miżuri notifikati b’dan il-mod huma bbażati fuq dan l-Artikolu.
Skont l-Artikolu 191(2.) tat-TFUE “Il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha jkollha l-mira ta’ protezzjoni ta' livell għoli li tieħu kont tad-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Unjoni. Għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċipji li azzjoni preventiva għandha tittieħed, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità tissewwa f'ras il-għajn u li min iniġġeż għandu jħallas.
F’dan il-kuntest, il-miżuri ta’ armonizzazzjoni li jirrispondu għall-ħtiġijiet ta’ protezzjoni ambjentali għandhom jinkludu, fejn xieraq, klawsola ta’ salvagwardja li tħalli lill-Istati Membri jieħdu miżuri provviżorji għal raġunijiet ambjentali non-ekonomiċi, suġġett għall-proċedura ta’ monitoraġġ mill-Unjoni. ”
b) Dokumenti ta’ referenza, studji
Schmitzer 2011a: enfasi ta’ effetti subletali tal-prodott Closer (sulfoksaflor) fuq 56 % tad-duqqajs
Schmitzer 2011b : enfasi ta’ effetti subletali tal-prodott Closer (sulfoksaflor) fuq 65 % tad-duqqajs, bl-iktar doża dgħajfa użata (24 gramma għal kull ettaru), li hija inqas minn dik awtoriżżata fl-AMM mogħtija għall-prodotti bbażati fuq is-sulfoksaflor
Bergfield 2009: enfasi ta’ mortalità ta’ 19 % tad-duqqajs minn effetti tar-residwi tal-prodott Transform (sulfoksaflor)
c) Abbozz ta’ liġi għall-bilanċ tar-relazzjonijiet kummerċjali fis-settur agrikolu u alimentari u dieta tajba, sostenibbli u aċċessibbli minn kulħadd, li qed jiġi eżaminat mill-Parlament (dispożizzjoni li temenda l-Artikolu L. 253-8 tal-Kodiċi Rurali u tas-Sajd)
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. -
16. Aspett OTK
Le – L-abbozz mhuwiex regolament tekniku jew valutazzjoni tal-konformità
Aspett SPS
Le – L-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu