Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2017) 01619
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2017/0276/I
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201701619.MT)
1. MSG 002 IND 2017 0276 I MT 28-06-2017 I NOTIF
2. I
3A. MINISTERO DELLO SVILUPPO ECONOMICO
Direzione generale per il mercato, la concorrenza, il consumatore, la vigilanza e la normativa tecnica
Divisione XIII - Normativa tecnica
00187 Roma - Via Sallustiana, 53
tel. +39 06 4705.5430 - .5340 - e-mail: ucn98.34.italia@mise.gov.it
3B. MINISTERO DELLA SALUTE
Direzione generale per l'igiene e la sicurezza degli alimenti e la nutrizione
UFFICIO 4
Roma
4. 2017/0276/I - C80A
5. Digriet għar-regolamentazzjoni tal-użu taʼ sustanzi u preparazzjonijiet tal-ħxejjex fis-supplimenti tal-ikel, li jissostitwixxi d-Digriet tal-Ministru tas-Saħħa tad-9 taʼ Lulju 2012.
6. Sustanzi jew preparazzjonijiet tal-ħxejjex permessi għall-użu fis-supplimenti tal-ikel
7. - ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 dwar iż-żieda taʼ vitamini u minerali u taʼ ċerti sustanzi oħra mal-ikel
- id-Direttiva 2000/13/KE dfuq l-approsimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel
8. L-abbozz tad-Digriet issa nnotifikat skont id-Direttiva (UE) 2015/1535, l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 u l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, jissostitwixxi d-Digriet tad-9 taʼ Lulju 2012, li kien is-suġġett tan-Notifika 2011/0152/I. Ir-regolament tekniku huwa magħmul minn sitt artikoli u żewġ annessi. Fil-parti operattiva tal-abbozz huma stabbiliti:
- il-kamp taʼ applikazzjoni u l-għan tad-Digriet li jistabbilixxi l-lista tas-sustanzi u l-preparazzjonijiet tal-ħxejjex permessi għall-użu fis-supplimenti tal-ikel u jipprovdi gwida dwar il-proċeduri li għandhom jitwettqu bʼappoġġ għas-sikurezza tagħhom;
- ir-referenza għall-Annessi 1 - Lista taʼ sustanzi u preparazzjonijiet tal-ħxejjex permessi għall-użu fis-supplimenti tal-ikel, u 2 - Dokumentazzjoni li għandha tiġi mħejjija u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-użu taʼ sustanzi u preparazzjonijiet tal-ħxejjex fis-supplimenti;
- l-eżistenza tal-proċedura taʼ notifika skont l-Artikolu 10 tad-Digriet Leġiżlattiv tal-21 taʼ Mejju 2004, Nru 169 li jimplimenta d-Direttiva 2002/46/KE dwar is-supplimenti tal-ikel;
- it-termini u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-prinċipju taʼ rikonoxximent reċiproku;
- dispożizzjonijiet tranżitorji u finali;
- metodi taʼ aġġornament tal-Annessi 1 u 2.
L-Annessi 1 u 2 fihom il-lista u d-dettalji speċifiċi msemmija fl-Artikoli 1 u 2.
9. Fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-proġett taʼ kooperazzjoni bejn il-Belġju, Franza u l-Italja magħruf bħala “BELFRIT”, ġiet ippreparata lista taʼ pjanti eliġibbli għall-użu fis-supplimenti tal-ikel, ippreżentata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fʼNovembru 2013 waqt laqgħa speċjali fil-kwartieri ġenerali tal-Awtorità kompetenti Belġjana.
Apparti x-xewqa li jogħla l-livell taʼ protezzjoni tal-konsumaturi billi jingħaqdu l-esperjenzi
miksuba u li jiġi ffaċilitat l-iskambju bejn it-tliet Stati Membru, il-proġett BELFRIT ġie ddeterminat
ukoll minħabba l-intenzjoni komuni biex fl-UE tinġibed l-attenzjoni fuq il-ħtieġa taʼ armonizzazzjoni
tal-kwistjoni billi tintwera l-fattibilità tal-implimentazzjoni tagħha.
Biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku, id-DM tad-9 taʼ Lulju 2012 stabbilixxa
proċedura ssimplifikata għall-modifika tal-Anness 1, li ppermettiet, permezz taʼ digriet tad-Direttur
Ġenerali ddatat 27 taʼ Marzu 2014, li jiġi appoġġat l-Anness 1, il-lista BELFRIT, li tiġi ddefinita bħala “Anness 1a”. Biex tingħata viżibilità massima lill-proġett u lir-riżultati miksuba, il-lista BELFRIT, mifhuma
xorta waħda bħala strument miftuħ għal aktar inserzjonijiet, ġiet adottata malajr
fl-Italja minkejja li kien għad hemm diversi pjanti tal-lista nazzjonali mhux imdaħħla minħabba aspetti
li huma prinċipalment marbuta mal-identifikazzjoni botanika korretta tagħhom.
Biex imbagħad jintlaħaq livell nazzjonali fl-evalwazzjoni tal-pjanti li għadhom ma ddaħħlux fil-lista
BELFRIT, sabiex tiġi adottata lista unika, bid-Digriet Eżekuttiv tas-27 taʼ Marzu 2014 imsemmi,
ġiet prevista wkoll proċedura għall-akkwist taʼ data u elementi utli mill-operaturi interessati.
Wara xogħol taʼ evalwazzjoni estensiv mill-esperti botaniċi tal-Kummissjoni
Ministerjali dwar “id-dieta u n-nutrizzjoni”, il-Kummissjoni msemmija approvat lista
unika tal-pjanti.
Meta mqabbla maʼ dak li huwa diġà stabbilit fl-Anness 1 tad-DM tad-9 taʼ Lulju 2012, il-lista l-ġdida, għall-pjanti
elenkati hawn taħt (ara “Referenza għat-testi bażiċi”), hija akkumpanjata minn twissijiet addizzjonali oħra dwar it-tikkettar, simili għal dawk previsti tal-Belġju u taʼ Franza.
Fl-aħħarnett, id-Digriet il-ġdid itenni bʼmod sostanzjali s-sitwazzjoni attwali rigward
il-firxa tal-pjanti li jistgħu jintużaw fl-Italja fis-supplimenti, flimkien maʼ, fil-każijiet
imsemmija, dispożizzjonijiet ġodda biex iħeġġu l-użu korrett.
10. Referenza għat-testi bażiċi: Digriet tad-9 taʼ Lulju 2012: notifika 2011/0152/I - test finali;
Digriet tad-direttur ġenerali ddatat 27 taʼ Marzu 2014: anness;
Rapport spejgattiv - lista tal-pjanti li għalihom hemm previsti t-twissijiet addizzjonali dwar it-tikkettar, simili għal dawk previsti tal-Belġju u taʼ Franza: anness.
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. -
16. Aspetti OTK
LE – L-abbozz m’għandux impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Aspett SPS
Le - L-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu