Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2017) 00211
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2017/0029/EE
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201700211.MT)
1. MSG 002 IND 2017 0029 EE MT 30-01-2017 EE NOTIF
2. EE
3A. Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium, siseturuosakond, siseturu toimimise talitus.
Harju 11, 15072 Tallinn.
el.teavitamine@mkm.ee
tel: 00 372 6256 405 – faks: 00 372 6313 029
3B. Sotsiaalministeerium, rahvatervise osakond.
Gonsiori 29, 15027 Tallinn
triinu.taht@sm.ee
tel: 00 372 6269142; faks: 00 372 6992209
4. 2017/0029/EE - X00M
5. Abbozz ta’ Att li jemenda l-Att dwar l-Alkoħol u l-Att dwar ir-Reklamar
6. Xorb alkoħoliku, ir-reklamar u l-promozzjoni tal-bejgħ ta’ xorb alkoħoliku
7. -
8. L-abbozz ta’ att jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Alkoħol li jirregola l-bejgħ tal-alkoħol, il-preżentazzjoni ta’ prodotti tal-alkoħol u l-verifika tal-età tax-xerrej mal-bejgħ tal-alkoħol. L-Att dwar l-Alkoħol għandu jiġi emendat biż-żieda ta’ dispożizzjonijiet biex tittejjeb is-sorveljanza tal-Istat u tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti legali permezz ta’ tranżazzjoni tat-test. Dan għandu jiżgura konformità aħjar mal-projbizzjoni fuq il-bejgħ ta’ alkoħol lill-minuri u jsaħħaħ il-ġlieda kontra l-bejgħ illegali tal-alkoħol. L-abbozz ta’ att jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar ir-Reklamar li jillimita l-kontenut ta’ reklamar tal-alkoħol, jissupplimenta l-lista ta’ postijiet fejn ir-reklamar tal-alkoħol huwa pprojbit, jispeċifika u jimmodifika d-dispożizzjonijiet li jillimitaw il-promozzjoni tal-bejgħ ta’ xorb alkoħoliku permezz ta’ pprezzar favorevoli, jistabbilixxi rekwiżiti ta’ twissijiet tas-saħħa, u jillimita r-reklamar tal-alkoħol fuq il-midja soċjali.
Barra minn hekk, l-abbozz ta’ att jipprovdi lista eżawrjenti ta’ elementi permessi fir-reklamar tal-alkoħol, u jispeċifika li l-informazzjoni fir-reklamar tal-alkoħol ma trid tinkludi l-ebda deskrizzjoni ta’ atmosfera pożittiva. Dan jinkludi wkoll lista ta’ elementi li r-reklamar tal-alkoħol m’għandux jinkludi. Għall-kuntrarju tal-Att dwar ir-Reklamar eżistenti, ir-rekwiżiti dwar it-twissija tas-saħħa għandhom jiġu speċifikati.
L-abbozz ta’ att jistabbilixxi lista ta’ postijiet fejn huwa pprojbit li l-alkoħol jiġi rrekklamat. Minbarra r-restrizzjonijiet eżistenti, il-verżjoni attwali għandha tiġi emendata kif ġej: ir-reklamar tal-alkoħol fiż-żoni rikreattivi primarjament għat-tfal u ż-żgħażagħ għandu jiġu pprojbit; ir-restrizzjoni tal-ħin għax-xandir tar-reklamar fuq it-TV u fuq ir-radju għandha tiżdied; ir-reklamar tal-alkoħol fuq il-paġni ta’ quddiem u ta’ wara tal-gazzetti u r-rivisti u s-supplimenti tagħhom għandu jiġi pprojbit; ir-reklamar tal-alkoħol fuq barra għandu jiġi pprojbit kompletament, u r-reklamar tal-alkoħol fuq in-netwerks tal-midja soċjali u l-komunitajiet onlajn għandu jiġi pprojbit, għajr fuq is-siti web tad-distilleriji.
L-Att dwar ir-Reklamar jipprojbixxi wkoll il-fakultà li jinkiseb alkoħol mingħajr ħlas jew bi skont waqt promozzjoni tal-bejgħ. Dan jinkludi projbizzjoni fuq l-offerta tal-istess xarba alkoħolika għall-bejgħ u l-bejgħ tagħha bi prezz ta’ unità differenti fl-istess punt tal-bejgħ fejn il-prodott ikun disponibbli kemm bħala unità unika kif ukoll bħala parti minn multipack imballat mill-produttur.
Skont l-abbozz ta’ att, ir-reklamar ipprojbit jinkludi kwalunkwe logħba, lotterija jew kompetizzjoni tal-konsumatur, li permezz tal-linji gwida, id-deskrizzjonijiet jew ir-reklami tagħha hija marbuta ma’, jew assoċċjata fi kwalunkwe mod ieħor ma’ marka ta’ xarba alkoħolika.
Bl-istess mod, huwa pprojbit li l-kumpaniji kummerċjali jikkondividu informazzjoni bħal din, f’forma testwali jew viżiva, fuq in-netwerks tal-midja soċjali jew komunitajiet onlajn, jekk din tkun inħolqot mill-konsumaturi jew ikun maħsub li tiġi kondiviża bejn il-konsumaturi.
9. L-abbozz ta’ Att li jemenda l-Att dwra l-Alkoħol u l-Att dwar ir-Reklamar għandu l-għan li jipproteġi s-saħħa pubblika, inaqqas l-effetti soċjali, ekonomiċi u tas-saħħa negattivi li jirriżultaw mill-konsum tal-alkoħol, u jiżgura li t-tfal u ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jikbru f’ambjent sigur.
L-Estonja hija konformi mal-medja Ewropea f’termini ta’ konsum ta’ alkoħol; madankollu, il-ħsara marbuta mal-alkoħol hija ogħla mill-medja b’mod konsiderevoli. Il-konsum tal-alkoħol mill-minuri u ż-żgħażagħ għandu rwol sinifikanti fl-okkorrenza ta’ ħsara marbuta mal-alkoħol, billi l-konsum tal-alkoħol minn minuri jżid ħafna r-riskju li tiżviluppa dipendenza fuq l-alkoħol. L-alkoħol huwa marbut b’mod dirett ukoll mat-tliet raġunijiet l-iktar komuni għall-mortalità fost iż-żgħażagħ: l-inċidenti tat-traffiku, il-ħsara mhux intenzjonali u l-qtil. Kważi 85 % taż-żgħażagħ Estonjani ta’ 15-il sena kkunsmaw alkoħol, u kważi nofshom sikru.
Dan l-abbozz ta’ att inaqqas l-impatt tal-fatturi li jwasslu għall-konsum tal-alkoħol, b’mod partikolari fost il-gruppi iktar vulnerabbli (il-minuri, iż-żgħażagħ, il-familji bit-tfal, il-persuni dipendenti fuq l-alkoħol u dawk b’disturbi marbuta mal-użu tal-alkoħol). Il-konsum tal-alkoħol fost dawn il-gruppi huwa assoċċjat ma’ effetti negattivi ogħla mill-medja. Dan huwa ddisinjat biex inaqqas l-espożizzjoni tal-minuri għall-alkoħol madwarhom u permezz tar-reklamar tal-alkoħol, u jipprevjeni d-disponibbiltà tal-alkoħol għall-minuri sabiex jitnaqqas il-konsum tal-alkoħol minn persuni taħt l-età u l-effetti negattivi li jirriżultaw fuq is-soċjetà fuq terminu qasir u twil.
Ir-riċerka internazzjonali wriet li r-reklamar jinfluwenza l-valuri u l-attitudni taż-żgħażagħ rigward l-alkoħol. Intwera wkoll li r-reklamar jista’ jkollu impatt fuq il-konsum tal-alkoħol għall-ewwel darba u l-età li fiha persuna tiġi affettwata mix-xorb għall-ewwel darba. Dan, min-naħa l-oħra, huwa marbut mal-probabbiltà li iktar tard fil-ħajja tiġi żviluppata dipendenza fuq l-alkoħol. Studji differenti (indikati fl-abbozz tal-memorandum ta’ spjegazzjoni) fl-Estonja kif ukoll fil-livell internazzjonali wrew li ż-żgħażagħ huma konxji ħafna mir-reklami; dawn jinfluwenzaw l-aspettativi tagħhom rigward il-konsum tal-alkoħol, kif ukoll rigward il-konsum tal-alkoħol iktar tard fil-ħajja. Ġie indikat ukoll li ż-żgħażagħ jiġu influwenzati l-iktar minn strateġiji emozzjonali fir-reklamar, bħall-użu tal-mużika, l-umoriżmu, l-atmosferi pożittivi, u n-narrazzjoni ta’ stejjer.
Għaldaqstant, biex il-minuri jiġu protetti kontra l-effetti ħżiena tar-reklamar tal-alkoħol, jeħtieġ li r-reklamar tal-alkoħol għaż-żgħażagħ jiġi ristrett u li titnaqqas l-attraenza ta’ dan ir-reklamar, u b’hekk jitnaqqas l-impatt potenzjali li dan jista’ jkollu fuq il-valuri taż-żgħażagħ.
10. Referenza/i għal test(i) bażiku/bażiċi: L-Att dwar l-Alkoħol
L-Att dwar ir-Reklamar
Il-Green Paper dwar il-Politika tal-Alkoħol
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. Iva
16. Aspett OTK
Le - l-abbozz m’għandux impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Aspett SPS
Le - l-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir83-189-central@ec.europa.eu