Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2017) 01661
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2017/0284/S
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201701661.MT)
1. MSG 002 IND 2017 0284 S MT 30-06-2017 S NOTIF
2. S
3A. Kommerskollegium
Box 6803, 113 86 Stockholm
Sverige
Tel: 08-690 48 00, Fax: 08-30 67 59
epost: 9834@kommers.se
3B. Miljö- och energidepartementet
Regeringskansliet
103 33 STOCKHOLM
Besöksadress: Malmtorgsgatan 3
4. 2017/0284/S - C00P
5. Abbozz ta’ Ordinanza li temenda l-Ordinanza dwar il-Prodotti Kimiċi (Projbizzjonijiet ta’ Mmaniġġjar, Importazzjoni u Esportazzjoni) (1998:944)
6. Prodotti kożmetiċi maħsubin biex jitneħħew bit-tlaħliħ jew biex jinbeżqu ’l barra u li jinkludu mikroplastiċi li jkunu żdiedu biex inaddfu, ineħħu l-qxur jew jillustraw.
7. -
8. Prodotti kożmetiċi maħsubin biex jitneħħew bit-tlaħliħ jew biex jinbeżqu ’l barra ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq jekk jinkludu mikroplastiċi li jkunu żdiedu biex inaddfu, ineħħu l-qxur jew jillustraw. Il-mikroplastiċi huma ddefiniti bħala partikoli solidi tal-plastik li huma iżgħar minn 5 mm u insolubbli fl-ilma. Il-plastik huwa ddefinit bħala polimeru skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li miegħu jistgħu jkunu ġew miżjudin addittivi jew sustanzi oħrajn.
Il-mikroplastiċi li jikkonsistu biss minn polimeri li jseħħu fin-natura u li ma jkunux ġew modifikati kimikament huma eżenti mill-projbizzjoni.
L-Aġenzija Żvediża tas-Sustanzi Kimiċi tista’ tagħti eżenzjonijiet mill-projbizzjoni għal dawk il-mikroplastiċi li jkunu ġew immanifatturati bl-użu ta’ polimeri li jseħħu fin-natura bħala materja prima, li jinkisru malajr f’monomeri f’ambjent akkwatiku, u li ma huma tal-ebda riskju għall-organiżmi akkwatiċi.
9. L-isfond tal-abbozz huwa kif ġej. Illum, l-ammont dejjem jikber ta’ skart tal-plastik u ta’ mikroplastiċi fl-oċeani jikkostitwixxi waħda mill-ikbar theddidiet għall-flora u l-fawna marini. Il-mikroplastiċi ta’ daqs mikro jew iżgħar jistgħu jgħaddu minn xogħlijiet ta’ trattament tad-drenaġġ f’korpi riċevituri tal-ilma u għaldaqstant jispiċċaw fil-baħar, fl-għadajjar u fil-passaġġi fuq l-ilma. Wara jakkumulaw fl-ambjent marin.
Il-mikroplastiċi fil-baħar, fl-għadajjar u fil-passaġġi fuq l-ilma jistgħu jikkawżaw ħsara lill-organiżmi akkwatiċi u jaffettwaw il-bijodiversità. Barra dan, meta dawn il-mikroplastiċi jittieklu minn filtraturi, jidħlu fil-katina alimentari. Il-mikroplastiċi nstabu, fost l-oħrajn, fil-bakkaljaw, fil-merluzz tal-linja sewda, fil-merlangu u fil-gambli. Fl-Iżvezja, il-mikroplastiċi nstabu fi speċijiet komuni u sinifikanti mil-lat kummerċjali bħall-maskli blu u l-awwista tan-Norveġja. Fl-istess ħin, it-teknoloġija eżistenti ma tagħmilhiex possibbli li jinqabdu u jinġabru l-mikroplastiċi li jispiċċaw fil-baħar, fl-għadajjar u fil-passaġġi fuq l-ilma. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jipprevjenu li l-mikroplastiċi jispiċċaw fil-baħar, fl-għadajjar u fil-passaġġi fuq l-ilma.
Waqt l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, ittieħed impenn biex, sal-2025, jiġi prevenut u jitnaqqas b’mod sinifikanti t-tniġġis tal-baħar ta’ kull tip, inkluż l-iskart fil-baħar (Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 14: Il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u r-riżorsi marini għal żvilupp sostenibbli). F’Mejju 2017, l-Assemblea tal-Ambjent tan-NU adottat riżoluzzjoni dwar l-iskart tal-plastik u l-mikroplastiċi tal-baħar li fiha l-gvernijiet nazzjonali, fost l-oħrajn, jiġu mħeġġa “jkomplu jidentifikaw is-sorsi l-iktar sinifikanti, kif ukoll miżuri preventivi importanti u kosteffikaċi fil-livelli nazzjonali u reġjonali” (UNEA 2/11 Skart tal-Plastik u Mikroplastiċi tal-Baħar). Bosta pajjiżi diġà introduċew jew qegħdin fil-proċess li jintroduċu miżuri għat-tnaqqis tal-fluss ta’ mikroplastiċi fil-baħar, fl-għadajjar u fil-passaġġi fuq l-ilma. F’Diċembru 2015, l-Istati Uniti tal-Amerika introduċew att li jipprojbixxi l-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti kożmetiċi maħsubin biex jitneħħew bit-tlaħliħ u li jinkludu mikrożibeġ (l-Att dwar l-Ilmijiet Mingħajr Mikrożibeġ tal-2015). F’Marzu 2017, Franza adottat projbizzjoni fuq l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti kożmetiċi maħsubin biex jitneħħew bit-tlaħliħ u li jinkludu partikoli tal-plastik iżgħar minn 5 mm (Décret no 2017-291 du 6 mars 2017 relatif aux conditions de mise en oeuvre de l’interdiction de mise sur le marché des produits cosmétiques rincés à usage d’exfoliation ou de nettoyage comportant des particules plastiques solides et des bâtonnets ouatés à usage domestique dont la tige est en plastique – Digriet Nru 2017-291 tas-6 ta’ Marzu 2017 li jirrigwarda l-kundizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti kożmetiċi li jitneħħew bit-tlaħliħ għat-tneħħija tal-qxur jew għat-tindif li jinkludu partikoli tal-plastik u cotton buds għal użu domestiku li jkollhom zokk tal-plastik). Il-projbizzjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2018. Projbizzjoni simili qiegħda titfassal fir-Renju Unit. L-Irlanda wkoll għandha l-ħsieb li tintroduċi projbizzjoni.
Fil-preżent, la l-leġiżlazzjoni Żvediża u lanqas dik tal-UE ma jistipulaw limitu fuq il-mikropartikoli fil-prodotti kożmetiċi.
L-għan tal-abbozz, għaldaqstant, huwa t-tnaqqis tal-fluss tal-partikoli tal-plastik iżgħar minn 5 mm mill-prodotti kożmetiċi fil-baħar, fl-għadajjar u fil-passaġġi fuq l-ilma. Ir-regolamenti huma meħtieġa biex jiġu protetti l-ekosistemi akkwatiċi.
Mhuwiex meqjus li għandhom jeżistu miżuri inqas drastiċi biex jintlaħaq l-għan iddikjarat hawn fuq. Il-miżuri proposti huma proporzjonati u huma meħtieġa sabiex jitnaqqsu r-riskji ambjentali minħabba l-akkumulazzjoni ta’ mikropartikoli fil-baħar, fl-għadajjar u fil-passaġġi fuq l-ilma. Ir-regoli jiġu applikati b’mod ugwali għal kulħadd u għaldaqstant mhumiex diskriminatorji. Il-projbizzjoni tikkostitwixxi l-ewwel pass għat-tnaqqis tal-fluss ta’ partikoli tal-plastik fil-baħar, fl-għadajjar u fil-passaġġi fuq l-ilma.
10. Ma jeżisti ebda test bażiku
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. Iva
16. Aspett OTK
Iva
Aspett SPS
Le – l-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu