Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2014) 02514
Direttiva 98/34/KE
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2014/0427/UK
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Nao inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201402514.MT)
1. MSG 002 IND 2014 0427 UK MT 29-08-2014 UK NOTIF
2. UK
3A. Department for Business, Innovation and Skills
European Reform Directorate
1 Victoria Street, London, SW1H 0ET.
Email: 9834@bis.gsi.gov.uk.
3B. Department of Health
Wellington House
133-155 Waterloo Road, London, SE1 8UG
Email: TobaccoPackaging@dh.gsi.gov.uk
4. 2014/0427/UK - X40M
5. Regolamenti dwar l-Ippakkjar Standardizzat tal-Prodotti tat-Tabakk
6. L-abbozz tar-Regolamenti huwa relatat mal-ippakkjar għall-bejgħ bl-imnut tat-tabakk li jinbaram bl-idejn u l-ippakkjar għall-bejgħ bl-imnut u d-dehra tas-sigaretti.
7. Notifika skont l-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014.
8. L-abbozz tar-Regolamenti huwa relatat mal-ippakkjar għall-bejgħ bl-imnut tat-tabakk li jinbaram bl-idejn u l-ippakkjar għall-bejgħ bl-imnut u d-dehra tas-sigaretti.
L-abbozz tar-Regolamenti m’għandux jaffettwa r-rekwiżiti l-oħrajn tat-tikkettar tal-prodotti tat-tabakk bħat-twissijiet tas-saħħa u l-marki fiskali jew karatteristiċi bħall-marki ta’ awtentikazzjoni u l-karatteristiċi ta’ sigurtà. Id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti japplikaw biss għall-oqsma tal-ippakkjar li jkun għad fadal wara li jkunu ġew applikati dawk ir-rekwiżiti.
L-abbozz tar-Regolamenti jeħtieġ l-użu ta’ kuluri standard speċifiċi għall-ippakkjar estern u intern kollu u għandhom jippermettu biss test speċifiku f’tipografija standard. L-abbozz tar-Regolamenti għandu jkollhom l-effett li jmiss għall-pakketti tas-sigaretti u l-boroż fejn jinġarr it-tabakk li jinbaram bl-idejn:
Kulur tal-Pakketti (Regolamenti 3 u 7)
•L-uċuħ ta’ barra tal-pakketti (ippakkjar estern) għandhom ikunu ta’ kulur kannella mitfi b’irfinitura matta.
•L-uċuħ ta’ ġewwa tal-pakketti (ippakkjar intern) għandhom ikunu bojod jew kannella mitfi.
Test u karatteristiċi permessi (Skedi 1 u 3)
•It-test fuq l-ippakkjar għandu jkun f’tipografija Helvetica griża ta’ daqs massimu speċifikat.
•Ismijiet tad-ditta u tal-varjanti jistgħu jidhru darba fuq kull wieħed mill-uċuħ ta’ quddiem, ta’ fuq u tal-qiegħ tal-pakketti tas-sigaretti, darba fuq kull wieħed mill-uċuħ ta’ quddiem u ta’ wara u fuq il-wiċċ moħbi taħt il-flap tal-boroż fejn jinġarr it-tabakk.
•Barcode jista’ jidher darba fuq kull pakkett jew borża biex jiġi ffaċilitat il-bejgħ u l-kontroll tal-ħażniet.
•Id-dettalji tal-kuntatt tal-produttur jistgħu jidhru darba fuq pakkett jew borża.
•Il-pakkett jew borża jista’ jinkludi marka tal-kejl u deskrizzjoni kummerċjali (pereżempju: “20 sigarett” jew “30g tabakk li jinbaram bl-idejn”).
•Jekk pakkett tat-tabakk li jinbaram bl-idejn jinkludi fih filtri jew karti tas-sigaretti, il-pakkett jista’ jkollu test li jagħti din l-informazzjoni (pereżempju: “jinkludi karti tas-sigaretti u filtri” jew “jinkludi karti tas-sigaretti”).
Pakketti tas-sigaretti (Regolament 4)
•Il-pakketti tas-sigaretti għandhom ikunu kubiċi u magħmula mill-kartun jew minn materjal artab. Jekk il-pakketti jistgħu jiġu magħluqin jew issiġillati mill-ġdid, għandu jkollhom għatu flip-tip jew ikunu kaxxa bl-għatu mitwi f’ċappetta.
•Pakkett tas-sigaretti għandu jkollu minimu ta’ 20 sigarett.
Pakketti tat-Tabakk li Jinbaram bl-Idejn (Regolament 8)
•Il-pakketti tat-tabakk li jinbaram bl-idejn għandhom ikunu kubiċi, ċilindriċi jew fil-forma ta’ borża.
•Pakkett tat-tabakk li jinbaram bl-idejn għandu jkun fih mill-inqas 30 gramma ta’ tabakk.
Dispożizzjonijiet oħrajn (Skedi 3 u 4 u Regolamenti 11 u 12)
•L-uċuħ tal-pakketti għandhom ikunu lixxi, mingħajr imbuzzar jew irregolaritajiet fis-sawra.
•Il-qratas għandhom ikunu kompletament ċari u trasparenti.
•L-inserzjonijiet jew materjal addizzjonali ieħor mhux integrali għall-ippakkjar għandhom jiġu pprojbiti
Sigaretti Individwali (Regolament 5)
•Is-sigaretti għandhom ikunu bojod b’effett tas-sufra jew ponta bajda u jista’ jkollhom test li jindika l-isem tad-ditta (f’tipa u lok speċifiċi).
L-abbozz tar-Regolamenti għandu jimplimenta wkoll l-Artikoli 13 u 14 tad-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk (id-Direttiva 2014/40/UE) (ara r-Regolamenti 4, 8 u 10 tal-abbozz tar-regolamenti).
Weblink għall-grafika ta’ kif jista’ jidher pakkett tas-sigaretti jekk jiġu introdotti r-regolamenti abbozzati ġie inkluż fit-taqsima 10 ta’ din in-notifika.
9. L-użu tat-tabakk jibqa’ waħda mill-iktar sfidi sinifikanti għas-saħħa pubblika fir-Renju Unit. It-tipjip huwa l-kawża primarja tal-morbożità prevenibbli u tal-mewt prematura, u jwassal għal aktar minn 100 000 mewt fir-Renju Unit. Persuna minn kull tnejn li jpejpu fuq medda twila ta’ żmien tmut b’mard relatat mat-tipjip. Minħabba l-esponiment għad-duħħan passiv, it-tipjip jagħmel ħsara mhux biss lill-persuni li jpejpu, iżda wkoll lill-persuni ta’ madwarhom. Madwar 20 % tal-adulti fir-Renju Unit ipejpu.
Id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Amministrazzjonijiet Reġjonali tar-Renju Unit għandhom jieħdu azzjoni biex inaqqsu t-teħid tat-tipjip miż-żgħażagħ. It-tipjip huwa vizzju li jibda l-iktar fit-tfulija u fl-adoloxxenza, għalhekk huwa kruċjali li jitnaqqas sa mill-bidu n-numru ta’ żgħażagħ li jibdew ipejpu. Ir-rapport taċ-Chantler Review stqarr li, għalkemm in-numru ta’ tfal li bdew ipejpu ilu jonqos mid-disgħinijiet, għad hemm madwar 207 000 tifel u tifla bejn 11 u 15-il sena li jibdew ipejpu kull sena fir-Renju Unit. Aspetti ewlieni fid-deċiżjoni dwar jekk għandux jiġi introdott ippakkjar standardizzat ser ikun il-benefiċċju potenzjali għas-saħħa u l-benessri taż-żgħażagħ.
Ir-Renju Unit jagħmel parti mill-Konvenzjoni ta’ Qafas dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk (FCTC). L-FCTC hija l-ewwel trattat dwar is-saħħa pubblika tad-dinja. Din tqiegħed obbligi fuq il-partijiet kollha biex jilħqu l-objettiv tat-trattat sabiex “titnaqqas kontinwament u sostanzjalment il-prevalenza tal-użu tat-tabakk u l-esponiment għad-duħħan tat-tabakk” u biex timplimenta strateġiji komprensivi ta’ kontroll tat-tabakk. Minn meta r-Renju Unit sar parti mit-Trattat fl-2004, il-Gvern ħa l-obbligi tal-FCTC tiegħu b’serjetà kbira. Il-linji gwida għall-implimentazzjoni tal-FCTC jinkoraġġixxu lil dawk li jagħmlu minnu sabiex jikkunsidraw l-adozzjoni ta’ miżuri għall-ippakkjar standardizzat.
Id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Amministrazzjonijiet Reġjonali tar-Renju Unit għandhom pjanijiet ta’ kontroll tat-tabakk fis-seħħ. Jekk jiġi introdott, l-ippakkjar standardizzat għandu jifforma element fi ħdan dawn l-istrateġiji komprensivi usa’ li jikkontribwixxi sabiex jitnaqqsu r-rati tat-tipjip.
Konsultazzjoni dwar dawn ir-regolamenti ġiet konkluża fis-7 ta’ Awwissu 2014. Il-Gvern tar-Renju Unit għadu ma ħax deċiżjoni finali dwar l-introduzzjoni tar-Regolamenti.
L-objettivi tal-politika għall-ippakkjar standardizzat għandhom ikunu li titjieb is-saħħa pubblika billi:
•il-persuni jiġu skoraġġiti milli jibdew jużaw il-prodotti tat-tabakk
•il-persuni jiġu inkoraġġiti biex ma jibqgħux jużaw il-prodotti tat-tabakk
•tingħata għajnuna lill-persuni li waqqfu, jew qed jippruvaw iwaqqfu, l-użu tal-prodotti tat-tabakk biex ma jerġgħux jibdew jużawhom
•jitnaqqsu l-attraenza jew il-faxxinu tal-prodotti tat-tabakk
•jitnaqqas il-potenzjal li l-elementi tal-ippakkjar tal-prodotti tat-tabakk li mhumiex twissijiet tas-saħħa jnaqqsu l-effettività ta’ dawk it-twissijiet
•jitnaqqsu l-opportunitajiet biex l-ippakkjar tal-prodotti tat-tabakk iqarraq bil-konsumaturi dwar l-effetti tal-użu tagħhom
•jitnaqqsu l-opportunitajiet biex l-ippakkjar tal-prodotti tat-tabakk joħloq perċezzjonijiet foloz dwar in-natura ta’ dawn il-prodotti
•ikollhom effett fuq l-attitudnijiet, it-twemmin, l-intenzjonijiet u l-imġiba relatati mat-tnaqqis fl-użu tal-prodotti tat-tabakk
•jissawru mill-ġdid ir-regoli soċjali dwar l-użu tat-tabakk biex jiġu promossi s-saħħa u l-benessri.
10. Referenzi tat-Testi Bażiċi: a) Konsultazzjoni dwar l-introduzzjoni tar-regolamenti għall-ippakkjar standardizzat tal-prodotti tat-tabakk (2014) https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/323922/Cons_doc.pdf
L-abbozz tar-regolamenti ppreżentati flimkien ma’ din in-notifika huma verżjoni emendata u aġġornata tal-abbozz tar-regolamenti li jinsabu fl-Anness B tal-konsultazzjoni msemmija f’(a). L-aħħar verżjoni tal-abbozz tar-regolamenti, u l-verżjoni li għandha tintuża, hija l-verżjoni ppreżentata ma’ din in-notifika. Jekk jogħġbok, tirreferix għall-verżjoni iktar qadima tal-abbozz tar-regolamenti li jinsab fl-Anness B tal-konsultazzjoni.
b) Grafika ta’ pakkett tas-sigaretti standardizzat (2014)
https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/323980/Image_of_standardised_pack_for_consultation.jpg
c) Ippakkjar standardizzat tat-tabakk: Rapport tal-eżami indipendenti magħmul mis-Sur Cyril Chantler (2014)
http://www.kcl.ac.uk/health/10035-TSO-2901853-Chantler-Review-ACCESSIBLE.PDF
d) Plain Tobacco Packaging: A systematic review (2012)
http://phrc.lshtm.ac.uk/papers/PHRC_006_Final_Report.pdf
e) Plain Tobacco Packaging Research, an update (2013) http://www.stir.ac.uk/media/schools/management/documents/Plain%20Packaging%20Studies%20Update.pdf
f) Standardized Packaging of Tobacco Products, Evidence Review, D Hammond, (2014) - http://health.gov.ie/blog/publications/standardised-packaging-d-hammond/
Dokumenti oħrajn:
g) Konsultazzjoni dwar l-ippakkjar standardizzat tal-prodotti tat-tabakk (2012)
https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/170568/dh_133575.pdf
h) Healthy Lives, Healthy People: A tobacco control plan for England (2011)
https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/213757/dh_124960.pdf
i) Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, Linji Gwida għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta’ Qafas dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk tad-WHO (l-Ippakkjar u l-Ittikkettar tal-prodotti tat-Tabakk)
http://www.who.int/fctc/guidelines/article_11.pdf?ua=1
j) Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 (Direttiva tal-UE riveduta dwar il-Prodotti tat-Tabakk)
http://ec.europa.eu/health/tobacco/docs/dir_201440_en.pdf
k) L-Att tal-1987 dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur
http://www.legislation.gov.uk/ukpga/1987/43
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. Iva
16. Aspett OTK
Iva
Aspett SPS
Le - l-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt 98/34
Fax: +32 229 98043
email: dir83-189-central@ec.europa.eu