Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2021) 00990
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2021/0159/D
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 202100990.MT)
1. MSG 002 IND 2021 0159 D MT 16-03-2021 D NOTIF
2. D
3A. Bundesministerium für Wirtschaft und Energie, Referat E C 2, 11019 Berlin,
Tel.: 0049-30-18615-6392, E-Mail: infonorm@bmwi.bund.de
3B. 14 Landesmedienanstalten
c/o ALM GbR - die medienanstalten
Friedrichstraße 60,10117 Berlin
Tel.:+49 30 20646900
E-Mail: europa@die-medienanstalten.de
4. 2021/0159/D - SERV30
5. L-Istatuti tal-awtoritajiet tal-midja tal-Istat dwar ir-Regolament tal-intermedjarji tal-midja skont Artiklu 96 tat-Trattat dwar il-Midja tal-Istat
6. - Servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni skont Artiklu 2(a) tad-Direttiva 2000/31/KE
- Intermedjarji tal-midja
7. -
8. L-istatuti li għandhom jiġu avżati (MIS-E) maħsuba biex jindikaw id-dispożizzjonijiet għar-regolamentazzjoni tal-intermedjarji tal-midja skont Artikli 91-95 tat-Trattat dwar il-Midja tal-Istat (MStV) (ara wkoll Artiklu 1 paragrafu 1 MIS-E). Ir-regolament maħsub (skont Artiklu 2 para 2 Nru 16 MStV) primarjament għall-pjattaformi tat-tiftix, għan-netwerks soċjali kif ukoll għas-servizzi ta’ mikro-bloggs.
Artiklu 1 paragrafu 2 MIS-E jirreferi għall-għan ta’ ħarsien kemm tar-regolament kif ukoll tal-istatuti partikolari. L-iskop hu li jużgura l-opinjonijiet differenti billi jħares il-prinċipji tat-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni.
Skont Artiklu 91 paragrafu 1 Nru 1 MStV, dar-regoli jgħoddu għall-intermedjarji tal-midja (MI) li fuq perjodu ta’ sitt xhur, ġewwa l-Ġermanja, jilħqu medja ta’ iktar minn miljun utent. Artiklu 2 paragrafu 2 MIS-E jispjega li l-limitu regolatarju jintlaħaq meta jiġu magħduda flimkien l-utenti uniċi kollha.
Artiklu 3 MIS-E joħloq rekwiżiti għall-obbligu li jinħatar aġent awtorizzat skont Artiklu 92 MStV. L-aġent għandu, skont Artiklu 92 MStV, jingħaraf faċilment fl-offerta u din l-offerta għandha ssir b’mod li tista’ tiġi aċċessata direttament. Artiklu 3 paragrafu 3 MIS-E jgħid li dawn ir-rekwiżiti jintlaħqu jekk l-aġent awtorizzat ikun imsemmi fil-marka.
Artikli 4 sa 6 MIS-E jitkellmu dwar l-obbligu tat-trasparenza skont Artiklu 93 MStV. Artikolu 4 MIS-E jispjega li l-għan tal-obbligu tat-trasparenza huwa li tiġi żgurata d-diversità tal-opinjonijiet. L-utenti tal-IM għandhom ikunu jistgħu jużaw is-servizzi ta’ dal-intermerjarji b’mod infurmat, pereżempju li jifhmu l-kriterji użati biex bihom jingħażel u jintwera kontenut li jista’ jinfluwenza l-opinjonijiet tagħhom.
Artiklu 5 MIS-E jsemmi r-rekwiżiti formali meħtieġa biex tali informazzjoni tingħaraf malajr u mill-ewwel u biex l-informazzjoni disponibbli tkun dejjem trasparenti skont Artiklu 93 paragrafu 1 MStV. Għal dan l-għan, jistgħu jinstabu numru ta’ eżempji standard f’Artiklu 5 para 1-5 MIS-E.
Artiklu 6 MIS-E fih katalogu b’eżempji ta’ informazzjoni li għandha tkun trasparenti skont ma’ hu mitlub minn Artiklu 93 paragrafi 1 sa 3 MStV. Skont Artiklu 6 paragrafu 1 MIS-E, bħala eżempju, l-operatur tal-IM għandu javża lill-utenti b’kull tfixkil tekniku jew li għandu x’jaqsam mal-kontenut impost li jeżisti biex wieħed jasal għall-kontenut tal-offerta tiegħu. Skont Artiklu 6 paragrafu 2 MIS-E, id-deskrizzjoni tal-kriterji użati biex tinġabar, tingħażel u tiġi ppreżentata l-informazzjoni għandha tkun trasparenti. Barra minn hekk l-utent għandu jiġi infurmat b’kull personalizzazzjoni, bħal pereżempju dik tan-newsfeed (Artiklu 6 paragrafu 2 Nru 6 MIS-E).
Artikli 7 sa 9 MIS-E jsemmu d-dettalji dwar ir-regolamenti kontra d-diskriminazzjoni taħt Artiklu 94 MStV. Għal dan l-għan, Artiklu 7 paragrafu 2 MIS-E, fost l-oħrajn, isemmi l-parametri li bihom tista’ tingħaraf “influwenza partikolarment għolja” fuq il-fehim tal-kontenut ġurnalistiku u editorjali ta’ IM skont Artiklu 94 paragrafu 1 MStV. Artikli 8 paragrafu 5 u 9 paragrafu 4 MIS-E joħlqu wkoll qafas ta’ kundizzjonijiet għall-ibbilanċjar tal-interessi, skont ma hu meħtieġ taħt Artiklu 94 paragrafu 2 MStV (“mhux raġjonevoli”, “raġuni ġustifikata”). Huwa meħtieġ bilanċ tal-interessi ġenerali, bl-għan li jiġi żgurat il-ħarsien tad-diversità tal-opinjonijiet.
Fl-aħħar nett, f’Artikli 10-13 MIS-E nsibu d-dispożizzjonijiet proċedurali. Artiklu 13 paragrafu 2 MIS-E joħloq, fost oħrajn, proċedura għall-ħarsien ta’ kull sigriet kummerċjali kkonċernat. Skont Artiklu 14, kull tliet snin, l-istatuti għandhom jiġu studjati mill-ġdid.
9. L-istatuti avżati hawnhekk isemmu d-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Midja tal-Istat dwar l-intermedjarji tal-media li jiksbu l-awtorità legali tagħho minn Artiklu 96 tat-Trattat dwar il-Midja tal-Istat. L-istatut għandu effett ta’ liġi għal dawk l-entitajiet li l-istatut huwa mmirat għalihom.
L-awtoritajiet federali tal-midja analizzaw bir-reqqa l-kummenti tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-Trattat dwar il-Midja tal-Istat – b’mod partikolari dawk dwar il-kwistjonijiet tal-garanzija tad-diversità – skont dik li kienet il-proċedura ta’ notifikazzjoni Nru 2020/26/D u dawn il-kummenti ġew mejqusa meta kienu qed ifasslu l-istatut.
Għalhekk l-istatut ma jmurx lil hinn mill-kontenut regolatorju tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Midja tal-Istat. Min-naħa l-oħra, l-istatut joffri interpretazzjoni skont il-liġi Ewropea ta’ dawk il-partijiet tat-Trattat tal-Istat li l-Kummissjoni Ewropea ħasbet li jixirqilhom kritika fl-osservazzjonijiet tagħha.
Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-istituzzjonijiet tal-midja sa mill-bidu nett, u iktar u iktar mit-twaqqif tal-Kummissjoni dwar il-Konċentrazzjoni fil-Midja (KEK), kien id-dħul fis-seħħ tal-idea bażika li tiġi żgurata d-diversità fil-midja. Dal-istatut flimkien mat-Trattat tal-Midja tal-Istat tal-Istat issa joffru bażi legali ċara għal dan l-għan regolatorju tal-istituzzjonijiet tal-midja biex jiżguraw id-diversità. Taqsira tat-Trattat tal-Midja tal-Istat mal-istatut tagħmilha ċara li l-qafas legali fil-Ġermanja għal dak li għandu x’jaqsam mal-intermedjarji tal-midja għandu biss l-għan li jħares id-diversità, skont ma hu meħtieġ mil-liġi Ewropea u li barra minn hekk huwa limitat għal dan il-qasam mill-mandat legali tal-istituzzjonijiet tal-midja.
L-istituzzjonijiet tal-midja qed jehmżu opinjoni esperta dwar das-suġġett ma’ din in-notifikazzjoni li ssostni dawn id-dikjarazzjonijiet.
10. Referenza għal-liġijiet bażi: It-Trattat tal-Istat dwar il-modernizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-midja fil-Ġermanja
Il-liġijiet bażi ntbagħtu bħala parti min-notifikazzjoni ta’ qabel: 2020/26/D
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. -
16. Ftehim OTK
LE - L-abbozz m’għandux impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Ftehim SPS
LE - L-abbozz m’għandux impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu