Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2017) 01035
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2017/0159/F
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201701035.MT)
1. MSG 002 IND 2017 0159 F MT 24-04-2017 F NOTIF
2. F
3A. Direction générale des entreprises – SQUALPI – Bât. Sieyès -Teledoc 151 – 61, Bd Vincent Auriol - 75703 PARIS Cedex 13
d9834.france@finances.gouv.fr
tél : 01 44 97 24 55
3B. Ministère des affaires sociales et de la santé
Direction générale de la santé
Sous-direction Prévention des risques liés à l’environnement et à l’alimentation (SD-EA)
Bureau alimentation nutrition (EA3)
14 avenue Duquesne
75350 Paris 07 SP
France
Tel : 01 40 56 89 44 / 01 40 56 41 24
Courriels : magali.naviner@sante.gouv.fr / michel.chauliac@sante.gouv.fr
4. 2017/0159/F - C00A
5. Ordni li tistabbilixxi l-forma tal-preżentazzjoni supplimentari għad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni rakkomandata mill-Istat skont l-Artikoli L. 3232-8 u R. 3232-7 tal-Kodiċi tas-Saħħa Pubblika
6. Nutri-Score : tikkettar dwar in-nutrizzjoni
7. -
8. L-abbozz ta’ Ordni huwa bbażat fuq l-Artikolu 14-II tal-Liġi Nru 2016-41 tas-26 ta’ Jannar 2016 li timmodernizza s-sistema tas-saħħa tagħna u d-Digriet Nru 2016-980 tad-19 ta’ Lulju 2016 dwar l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni supplimentari dwar il-prodotti tal-ikel (Artikoli L. 3232-8 u R. 3232-7, tal-Kodiċi tas-Saħħa Pubblika). Dawn it-testi ġew imfassla filwaqt li ttieħed inkunsiderazzjoni l-Artikolu 35 tal-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Otturbu 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi. Franza tixtieq infatti tirrakomanda lill-operaturi tas-settur tal-ikel biex jużaw forma ta’ espressjoni supplimentari tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni. L-operaturi huma liberi li jobbligaw ruħhom b’mod volontarju fl-approċċ ta’ twaħħil ta’ din il-forma rakkomandata. Din il-forma se tkun logo imsejjaħ “Nutri-Score”.
Bħala tali, l-abbozz ta’ Ordni jiddeskrivi l-modalitajiet tal-kalkolu, għal kull oġġett tal-ikel, ta’ dan il-valur nutrizzjonali bbażat fuq il-kontenut tan-nutrijenti li l-konsum tagħhom għandu jkun limitat u n-nutrijenti li l-konsum tagħhom għandu jsir aktar attraenti kif ukoll il-każ partikolari tat-tliet kategoriji ta’ prodotti tal-ikel : ix-xaħam miżjud, il-ġobon u x-xorb. Abbażi ta’ dan il-valur, il-prodotti tal-ikel kuma klassifikati f’ħames kategoriji. Il-kategorija li għaliha jappartjeni l-prodott tal-ikel hija enfasizzata fuq il-logo “Nutri-Score” li jinkludi ħames kuluri akkumpanjati b’ittra (A aħdar skur, B aħdar ċar, C isfar, D oranġjo ċar, E oranġjo skur), li l-karatteristiċi tekniċi tagħhom hemm referenza għalihom f'regolament dwar l-użu tal-marka kollettiva “Nutri-Score”. L-abbozz ta’ Ordni jippreċiża t-tqegħid tal-logo fuq quddiem tal-imballaġġ. Il-manifatturi u d-distributuri tas-settur tal-ikel li jobbligaw ruħhom b’mod volontarju li jadottaw ir-rakkomandazzjoni jinfurmaw lill-Osservatorju tal-Kwalità tal-Ikel.
9. Id-determinant tan-nutrizzjoni huwa fattur maġġuri ta’ protezzjoni jew ta’ riskju għas-saħħa. It-teħid ta' sustanzi nutrittivi mhux sodisfaċenti jikkontribwixxi għall-emerġenza u għall-iżvilupp tal-mard li ma jitteħidx l-aktar komuni li jikkawża l-aktar imwiet filwaqt li jkun ta’ piż kbir ħafna fuq il-kontijiet soċjali fi Franza kif ukoll fl-Ewropa : obeżità, dijabete tat-tip 2, mard kardjovaskulari, diversi tipi ta’ kanċer. Diversi dikjarazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, u għadd ta' konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jenfasizzaw l-importanza li tittieħed azzjoni biex titjieb in-nutrizzjoni tal-popolazzjoni. Fost id-diversi strateġiji u azzjonijiet supplimentari u sinerġiċi li jikkontribwixxu biex jintlaħaq dan il-għan, hija rakkomandata l-implimentazzjoni ta’ informazzjoni nutrizzjonali viżibbli, li tinqara, sempliċi u faċli biex tifimha, b’mod partikolari għall-popolazzjonijiet ta’ livell soċjoekonomiku jew edukattiv baxx. Bħall-Programm Nazzjonali Franċiż tas-Saħħa Nutrizzjonali 2011-2015, il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Politika Alimentari u Nutrizzjonali 2015-2020 u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Obeżita fit-Tfulija 2014-2020 imnedija mill-Kummissjoni Ewropea jirrakomandaw tali strateġija.
Studji xjentifiċi wrew l-interess u l-importanza ta’ sistema ta’ tikkettar f’termini ta’ titjib tal-kwalità nutrittiva tal-basket tax-xirja, b’mod partikolari għall-familji żvantaġġati. Fost l-erba' sistemi ttestjati wara konsultazzjoni wiesgħa mal-atturi ekonomiċi, ix-xjentisti u l-konsumaturi, l-istudju ta’ impatt (ara l-Annessi 1 u 2), wera li l-logo “Nutri-Score” għandu l-akbar impatt fuq il-kapaċità tal-konsumaturi biex jikklassifikaw il-prodotti tal-ikel tagħhom u biex itejbu l-kwalità nutrittova tal-basket tax-xirja tagħhom.
Fid-dawl tal-konklużjonijiet t’hawn fuq, deher neċessarju, adattat u proporzjonat li jkun irrakkomandat dan il-logo “Nutri-Score” għall-manifatturi. Dan l-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika fl-ebda każ ma jaffetwa l-kompetizzjoni bejn il-manifatturi. Din l-informazzjoni supplimentari se tkun rakkomandata biss mill-awtoritajiet pubbliċi, u għalhekk mhux se tkun obbligatorja. Barra minn hekk, l-istudju ta’ impatt wera wkoll li l-prodotti tal-ikel tal-kulur oranġjo skur jibqgħu jinxtraw u mhumiex imwarrba mill-konsumaturi. Mil-lat tas-saħħa pubblika, studji supplimentari (ara l-Anness 3) urew li t-titjib tal-kwalità nutrittiva tad-dieta mkejjel mal-valur li jservi bħala bażi għan-Nutri-Score jwassal għat-tnaqqis tar-riskji ta’ diversi mard li ma jitteħidx : kanċer, żieda fil-piż, mard kardjovaskulari u sindromu metaboliku.
10. Referenzi għat-testi ta’ referenza: - Artikolu L. 3232-8 tal-Kodiċi tas-Saħħa Pubblika
- Artikolu R. 3232-7 tal-Kodiċi tas-Saħħa Pubblika
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. -
16. Aspett OTK
LE - L-abbozz m’għandux effett sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Aspett SPS
Le - L-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir83-189-central@ec.europa.eu