Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2016) 01631
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2016/0257/CZ
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201601631.MT)
1. MSG 002 IND 2016 0257 CZ MT 03-06-2016 CZ NOTIF
2. CZ
3A. Úřad pro technickou normalizaci, metrologii a státní zkušebnictví
Biskupský dvůr 1148/5, 110 00 Praha 1
tel: +420 221 802 212
fax: +420 221 802 440
e-mail: eu9834@unmz.cz
3B. Ministerstvo zemědělství České republiky
Oddělení potravinového práva a kvality potravin
Těšnov 65/17; 110 00 Praha 1
tel: +420 221 812 838
fax: +420 222 314 117
e-mail: martin.stepanek@mze.cz
4. 2016/0257/CZ - C00A
5. Abbozz ta' Digriet ta' Implimentazzjoni tal-[data] dwar supplimenti tal-ikel u l-kompożizzjoni tal-prodotti tal-ikel
6. Supplimenti tal-ikel, prodotti tal-ikel b'mod ġenerali
7. - Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel
8. Il-leġiżlazzjoni proposta se tissostitwixxi d-Digriet ta' Implimentazzjoni Nru 225/2008 eżistenti dwar is-supplimenti tal-ikel u l-arrikkiment tal-ikel, u tiddefinixxi rekwiżiti għal supplimenti tal-ikel u l-kompożizzjoni tal-prodotti tal-ikel. Tittrasponi d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel u, skont ir-Regolament (KE) nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel, tipprojbixxi u tillimita l-użu ta' ċerti sustanzi oħra fil-produzzjoni tal-prodotti tal-ikel.
Dan id-digriet ta' implimentazzjoni huwa wieħed mill-miżuri li jimplimentaw l-Att Nru 110/1997 dwar l-oġġetti tal-ikel u l-prodotti tat-tabakk, kif emendat, li jinkludi l-klawżola dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-prodotti. Dan jaqra kif ġej:
"Ma għandux jitħalla li jiġi miċħud it-tqegħid fis-suq fir-Repubblika Ċeka ta' oġġetti tal-ikel prodotti jew imqiegħda fis-suq fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew li joriġinaw fi Stat parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, dejjem jekk it-tali oġġetti tal-ikel ikunu konformi mar-regolamenti għall-produzzjoni jew it-tqegħid tagħhom fis-suq li jkunu vinkolanti fi kwalunkwe wieħed minn dawn l-Istati jew prassi ta' produzzjoni u regoli ta' prassi ta' manifattura tajba applikati fi kwalunkwe wieħed minn dawn l-Istati, li għalihom hemm dokumentazzjoni dettaljata biżżejjed li tista' tintuża bħala bażi, biex jekk ikun meħtieġ jitwettqu investigazzjonijiet addizzjonali."
Fil-prattika, dan ifisser li jekk qasam (speċifiku) ta' manifattura, tikkettjar u kummerċjalizzazzjoni ma jkunx irregolat mil-leġiżlazzjoni Ewropea, jiġifieri jekk dan huwa qasam mhux armonizzat, l-Istati Membri jistgħu jindirizzaw dan il-qasam skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom, jiġifieri permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, ir-regoli stabbiliti ta' prassi tajba ta' manifattura, ismijiet tal-ikel stabbiliti, eċċ.
Id-differenzi bejn kif kwistjoni partikolari tiġi indirizzata fi Stat Membri ma jistgħux jintużaw bħala raġuni għal restrizzjonijiet għan-negozju (sospensjoni, sanzjonijiet, ritorn ta' prodotti mill-awtorità superviżorja, eċċ). Naturalment dan japplika reċiprokament, kemm għad-dħul ta' prodotti tal-ikel mill-Istati Membri fit-territorju tar-Repubblika Ċeka kif ukoll prodotti tal-ikel mibgħuta mir-Repubblika Ċeka għal pajjiżi tal-UE.
Kliem ewlieni: suppliment tal-ikel, kompożizzjoni ta' prodotti tal-ikel
9. Leġiżlazzjoni eżistenti, jiġifieri d-Digriet ta' Implimentazzjoni Nru 225/2008 tas-17 ta' Ġunju 2008 li jistipula rekwiżiti għas-supplimenti tal-ikel u l-arrikkiment tal-ikel, kif emendat, tqieset bħala mhux sodisfaċenti.
L-objettiv ewlieni li jintbagħat dan id-digriet ta' implimentazzjoni ġdid huwa li tiġi adattata l-leġiżlazzjoni għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea direttament applikabbli – ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1170/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-listi ta' vitamini u minerali u l-forom tagħhom li jkunu jistgħu jiġu miżjuda mal-ikel, inklużi supplimenti tal-ikel. Listi ta' vitamini u minerali li jistgħu jiżdiedu mas-supplimenti tal-ikel kellhom jitħassru mid-Digriet ta' Implimentazzjoni Nru 225/2008 eżistenti, billi dawn il-listi huma stipulati mir-Regolament (KE) Nru 1170/2009 direttament applikabbli.
Kien neċessarju wkoll li tiġi allinjata t-terminoloġija mar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, b'mod partikolari fir-rigward tas-sostituzzjoni ta' doża rakkomandata ta' kuljum' ma' 'doża ta' referenza'.
Fir-rigward tal-projbizzjoni u r-restrizzjoni ta' ċerti sustanzi oħra waqt il-produzzjoni tal-prodotti tal-ikel, inklużi supplimenti tal-ikel, kif stipulat fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, partijiet mid-Digriet ta' Implimentazzjoni Nru 225/2008 eżistenti kellhom jiġu emendati sabiex jitqiesu sejbiet xjentifiċi ġodda f'dan il-qasam.
Il-leġiżlazzjoni proposta tirreferi wkoll għal-leġiżlazzjoni li ġejja:
id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel, kif emendati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1170/2009, ir-Regolament (UE) Nru 1161/2011, ir-Regolament (UE) Nru 119/2014 u r-Regolament (UE) Nru 2015/414.
ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, kif emendat.
ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel, kif emendat.
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1161/2011 tal-14 ta' Novembru 2011 li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009 fir-rigward tal-listi ta’ sustanzi minerali li jistgħu jiġu miżjuda mal-ikel.
ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 119/2014 tas-7 ta' Frar 2011 li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ħmira arrikkita bil-kromu użata għall-manifattura ta' supplimenti tal-ikel, u l-lattat tal-kromu (III) triidrat miżjud mal-ikel.
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/414 tat-12 ta' Marzu 2015 li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina użat fil-manifattura ta' supplimenti tal-ikel.
id-Digriet ta' Implimentazzjoni Nru 113/2005 dwar il-metodu tat-tikkettar ta' prodotti tal-ikel u tat-tabakk, kif emendat.
l-Att Nru 505/1990 dwar il-metroloġija, kif emendat.
id-Digriet ta' Implimentazzjoni Nru 328/2000 dwar il-metodu użat għall-manifattura ta' ċerti tipi ta' oġġetti ppakkjati minn qabel li l-ammont tagħhom huwa espress f'untajiet ta' massa jew volum, kif emendat.
ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid.
l-Att Nru 167/1998 dwar is-sustanzi addittivi u dwar l-emendi għal ċerti atti oħra, kif emendat.
ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga.
10. Referenza(i) għal test(i) bażiku/bażiċi: Att Nru 110/1997 dwar l-oġġetti tal-ikel u l-prodotti tat-tabakk u dwar emendi għal ċerti atti relatati, kif emendat
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. Iva
16. Aspett OTK
Le – l-abbozz m'għandux impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Aspett SPS
Le – l-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Evropská komise
Kontaktní bod směrnice (EU) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir83-189-central@ec.europa.eu