Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2020) 02814
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2020/0482/NL
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 202002814.MT)
1. MSG 002 IND 2020 0482 NL MT 27-07-2020 NL NOTIF
2. NL
3A. Ministerie van Financiën
Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer
3B. Ministerie van Volksgezondheid, Welzijn en Sport
Directie Voeding, Gezondheidsbescherming en Preventie
4. 2020/0482/NL - C50A
5. Digriet li jinkludi regoli dwar ikel ibbażat fuq il-proteina (ħalib tal-baqar jew tal-mogħoż), li miegħu ġew miżjuda mill-inqas vitamina, mineral jew sustanza oħra waħda jew aktar, u li huma maħsuba li jintużaw bħala xarba għal tfal żgħar ta’ etajiet ta’ bejn sena u tliet snin (Id-Digriet tal-Att dwar il-Komoditajiet dwar il-formula tat-trabi li telqu jimxu u l-ħalib tat-trabi li telqu jimxu)
6. Formula tat-trabi li telqu jimxu u ħalib tat-trabi li telqu jimxu.
7. - Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra ma’ l-ikel
- Id-Direttiva 2000/13/KE li għandha x’taqsam ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel
8. Digriet tal-Att dwar il-Komoditajiet dwar il-formula tat-trabi li telqu jimxu u l-ħalib tat-trabi li telqu jimxu.
Dan id-digriet jinkludi regoli dwar ikel ibbażat fuq il-proteina (ħalib tal-baqar jew tal-mogħoż), li miegħu ġew miżjuda mill-inqas vitamina, mineral jew sustanza oħra waħda jew aktar, u li huma maħsuba li jintużaw bħala xarba għal tfal żgħar ta’ etajiet ta’ bejn sena u tliet snin.
Emenda għad-Digriet tal-Att dwar il-Komoditajiet dwar penali amministrattivi
L-Anness tad-Digriet tal-Att dwar il-Komoditajiet dwar il-penali amministrattivi huwa emendat sabiex ksur td-dispożizzjonijiet tad-Digriet tal-Att dwar il-Komoditajiet dwar il-formula tat-trabi li telqu jimxu u l-ħalib tat-trabi li telqu jimxu jkun jista’ jiġi kkastigat b’penali amministrattiva.
9. Bit-tħassir tad-Direttiva 2009/39/KE fl-2016, il-formula u l-prodotti tal-ħalib tat-trabi li telqu jimxu ġew deżinjati bħala ikel ġenerali, u għalhekk jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel. Fin-Netherlands, id-Digriet tal-Att dwar il-Komoditajiet dwar iż-żieda ta’ mikronutrijenti mal-ikel għal prodotti tal-ikel ġenerali jinkludi restrizzjoni fuq iż-żieda ta’ vitamini u minerali, hekk kif it-teħid eċċessiv ta’ dawn is-sustanzi jista’ jkun ta’ ħsara. Bħala konsegwenza, mill-2016 ma baqax leġittimu li jinbiegħu l-formula u l-ħalib tat-trabi li telqu jimxu fs-suq Netherlandiż. Dan id-digriet jippermetti lill-industrija tkompli tikkummerċjalizza l-formula u l-ħalib tat-trabi li telqu jimxu bħala ikel ġenerali b’aġġustamenti żgħar lill-kompożizzjoni kurrenti, kif inhi l-prattika fi Stati Membri tal-UE oħra. F’każ ta’ defiċjenzi ta’ nutrijenti possibbli, dawn il-prodotti jistgħu ċertament ikollhom rwol. F’każijiet speċjali bbażati fuq parir xjentifiku, tista’ tkun meħtieġa ż-żieda ta’ vitamini, minerali jew sustanzi oħra speċifiċi mal-ikel. Hemm xi nuqqasijiet fil-parir xjentifiku dwar il-formula u l-ħalib tat-trabi li telqu jimxu. Għalhekk, dan id-digriet ma jinkludi l-ebda obbligu biex ikunu miżjuda vitamini, minerali jew sustanzi oħra speċifiċi mal-formula u l-ħalib tat-trabi li telqu jimxu.
L-Artikolu 13d tal-Att dwar il-Komoditajiet fih klawżola ta’ rikonoxximent reċiproku. Il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku jirrikjedi li Stat Membru tal-UE m’għandux jipprojbixxi l-bejgħ ta’ oġġetti li jkunu ddaħħlu b’mod legali fis-suq fi Stat Membru ieħor tal-UE fit-territorju tiegħu stess abbażi tal-fatt li l-oġġetti ma jissodisfawx ir-regolamenti nazzjonali tiegħu stess. Hawnhekk, huwa ta’ importanza kritika li oġġetti minn Stat Membru ieħor tal-UE joffru tal-anqas livell ekwivalenti ta’ protezzjoni. Għalhekk, il-kummerċ fl-oġġetti b’livell ekwivalenti ta’ protezzjoni li joriġinaw minn Stati Membri oħra tal-UE li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan id-digriet m’għandux ikun ipprojbit minħabba r-rekwiżiti stabbiliti f’dan id-digriet. Dan bi qbil mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, li jgħid li l-Istati Membri m’għandhomx joħolqu restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq il-kummerċ fl-ikel li huwa konformi ma’ dan ir-regolament u atti Komunitarji adottati għall-implimentazzjoni tiegħu bl-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali mhux armonizzati li jirregolaw iż-żieda ta’ vitamini u minerali mal-ikel.
Ir-rekwiżiti dwar oġġetti stabbiliti f’dan id-digriet huma ġġustifikati fl-interessi tal-protezzjoni tal-konsumaturi mill-prodotti li ma jissodisfawx l-istandards tal-kwalità li huma mdorrija bihom.
10. Numri jew titoli tat-testi bażiċi: - Id-Digriet tal-Att dwar il-Komoditajiet dwar il-formula tat-trabi li telqu jimxu u l-ħalib tat-trabi li telqu jimxu
- Id-Digriet tal-Att dwar il-Komoditajiet dwar penali amministrattivi
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. -
16. Aspett OTK
Le - l-abboz m’għandu l-ebda impatt kbir fuq il-kummerċ internazzjonali.
Aspett SPS
Le – l-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu