Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2020) 02352
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2020/0411/D
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 202002352.MT)
1. MSG 002 IND 2020 0411 D MT 30-06-2020 D NOTIF
2. D
3A. Bundesministerium für Wirtschaft und Energie, Referat E C 2, 11019 Berlin,
Tel.: 0049-30-2014-6392, E-Mail: infonorm@bmwi.bund.de
3B. Bundesministerium für Familie, Senioren, Frauen und Jugend, Referat 503, 10117 Berlin,
Tel.: 0049-30-18555-0 , E-Mail: poststelle@bmfsfj.bund.de
4. 2020/0411/D - SERV60
5. Abbozz ta’ Tieni Att li jemenda l-Liġi dwar il-Protezzjoni taż-Żgħażagħ
6. Servizzi tat-Telemidja
7. -
8. L-abbozz tal-att li jemenda l-Liġi dwar il-Protezzjoni taż-Żgħażagħ (JuSchG) jirregola l-punti fundamentali tal-JuSchG li ġejjin:
a. L-iffaċilitar tat-trasparenza u gwida,
- Fil-JuSchG huma stabbiliti l-midja ta’ appoġġ u telemidja li jkoprukunċett tal-midja armoinizzat u standard bażiku għad-disseminazzjoni tal-midja li xxekkel l-iżvilupp § 1(1a) tal-JuSchG.
- Fl-evalwazzjoni tal-indeboliment tal-iżvilupp u b’hekk il-kategorizzazzjoni tal-età, l-abbozz jagħti l-possibbiltà biex jittieħdu inkunsiderazzjoni r-riskji ta’ interazzjoni rilevanti li jirriżultaw mill-midja, § 10b(2) tal-JuSchG. Fl-istess ħin, fil-livell tal-implimentazzjoni ser tingħata l-opportunità li tinħoloq trasparenza permezz ta’ simboli adegwati, § 14(2a) tal-JuSchG.
- L-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet skont korp rikonoxxut tal-awtoregolamentazzjoni volontarja mill-JMStV dwar il-kategorizzazzjoni tal-età ta’ films u programmi tal-logħob bħala indikatur skont il-JuSchG, hija magħmula possibbli, § 14(6a) tal-JuSchG
- L-abbozz jipprovdi dispożizzjonijiet supplimentari għar-restrizzjonijiet tad-distribuzzjoni tal-JMStV, li skonthom pjattaformi tal-Internet films jew logħob bħala kontenut proprju jiġu pprovduti f’offerta ġenerali u li dawn għandhom jiġu pprovduti b’kategorizzazzjoni tal-età b’mod ċar, § 14a tal-JuSchG.
b. Adattament tal-prattika tal-indiċjar mal-era diġitali,
- Il-Korp Federali ta’ Verifika għal Midja Perikoluża għaż-Żgħażagħ (BPjM) attwali ser ikompli jintuża bħala korp ta’ verifika għal midja perikoluża għaż-żgħażagħ fiċ-Ċentru Federali l-ġdid għall-protezzjoni tal-midja tat-tfal u ż-żgħażagħ, § 17a(1) tal-JuSchG.
- Il-proċeduri fi ħdan il-Korp ta’ Verifika għal Midja Perikoluża għaż-żgħażagħ ser jiġu mgħaġġla billi titħaffef il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Midja taż-Żgħażagħ (KJM) (§ 21(6) Sentenza 2 tal-JuSchG) u billi tagħti lil ċerti korpi tal-ilmenti dwar l-Internet kif ukoll istituzzjonijiet tal-awtoregolamentazzjoni d-dritt tal-ftuħ ta’ proċeduri proprju, § 21 Paragrafu 2 tal-JuSchG.
Il-kompitu għas-sensibilizzazzjoni tal-midja edukattiva u tal- pubbliku dwar il-ġurisprudenza tal- Korp ta' Verifika għal Midja Perikoluża għaż-żgħażagħ qed jiġi inkluż b'mod espliċitu fil-liġi, § 17a(2) punt 2 tal-JuSchG.
- Iż-żamma tal-lista tal-midja perikoluża għaż-żgħażagħ ser tiġi adattata, § 24 tal-JuSchG.
-Permezz ta’ § 15(1a) tal-JuSchG qed tingħalaq lakuna regolatorja li tinħoloq meta t-telemidja perikoluża għaż-żgħażagħ tiġi ppreżentata b’tali mod li tkun użata mit-tfal u ż-żgħażagħ.
c. Indirizzar b’mod effettiv ta’ riskji tal-interazzjoni,
- Il-miri ta’ protezzjoni tal-Liġi dwar il-Protezzjoni taż-Żgħażagħ (§ 10a tal-JuSchG) huma estiżi għall-protezzjoni tal-integrità personali tat-tfal u ż-żgħażagħt mill-mira ewlenija li tirriżulta mil-Liġi Bażika, id-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal tan-NU, § 10a punt 3 tal-JuSchG.
- L-abbozz jistabbilixxi l-motivazzjoni ta’ obbligu fuq is-servizzi tal-Internet rilevanti għat-tfal u ż-żgħażagħ biex jittieħdu prekawzjonijiet strutturali adegwati u effettivi biex jiżguraw li jiġu ssodisfati l-miri ta’ protezzjoni. Il-prekawzjonijiet għandhom joħolqu strutturi ta’ protezzjoni u ta’ kompetenza strutturati fil- midja soċjali u pjattaformi tal-komunikazzjoni rilevanti għat-tfal u ż-żgħażagħ, § 24a()1 tal-JuSchG.
- L-abbozz jinkludi lista ta’ miżuri rilevanti għall-konkretizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ miżuri differenti li jistgħu jkunu xierqa b’kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tekniċi rispettivi u d-dispożizzjonijiet tal-użu partikulari tal-offerti kif ukoll tal-kontenut u tal-istruttura tagħhom, § 24a(2) tal-JuSchG.
- Skont § 24a(4) p. 4 tal-JuSchG, § 2a u § 3 tal-Liġi dwar it-Telemidja, kif ukoll id-dispożizzjoniijet tar-Regolament (UE) 2016/769 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119 tal-4 ta’ Mejju 2016, p. 1; L 314 tat-22 ta’ Novembru 2016, p. 72; L 127 tat-23 ta’ Mejju 2018, p. 2) ser jibqgħu l-istess.
- Is-sorveljanza ser titwettaq mill-Korp Federali ta’ Verifika għal Midja Perikoluża għaż-żgħażagħ, li qiegħed jiġi strutturat mill-ġdid bħala awtorità għaċ-Ċentru Federali għall-Protezzjoni tal-Midja tat-Tfal u ż-Żgħażagħ, § 24b(1) tal-JuSchG. L-ewwel nett, għandha tiġi użata proċedura ta’ sorveljanza ta’ djalogu għal titjib fil-provvista ta’ servizzi, § 24b(3) tal-JuSchG. Huwa biss meta dan l-approċċ ma jirnexxix li ċ-Ċentru Federali ser ikun awtorizzat li jordna l-prekawzjonijiet adegwati penalizzati b’multa, § 24b(4) tal-JuSchG.
d. L-iffaċilitar tal-iżvilupp ulterjuri tal-protezzjoni tal-midja tat-tfal u ż-żgħażagħ u
- L-għan ta’ protezzjoni tal-JuSchG japplika wkoll għall-iffaċilitar tal-gwida għat-tfal, żgħażagħ, kustodji legali, kif ukoll speċjalisti fil-pedagoġija tal-użu tal-midja u l-edukazzjoni fil-qasam tal-midja, § 10a punt 4 tal-JuSchG.
- Il-Korp Federali ta’ Verifika għal Midja Perikoluża għaż-żgħażagħ ser jiġi strutturat mill-ġdid bħala Ċentru Federali għall-Protezzjoni tal-Midja tat-Tfal u ż-Żgħażagħ u ser jiżgura kondiviżjoni kontinwa tal-atturi u żvilupp ulterjuri tal-protezzjoni tal-midja tat-tfal u ż-żgħażagħ, §§ 17, 17a tal-JuSchG.
9. Is-sistema regolatorja attwali għall-protezzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ fil-qasam tal-midja hija bbażata fuq prinċipj ewlenin miftiehma bejn il-Gvern Federali u l-istati federati fil-Konferenza tal-Ministri-Presidenti fit-8 ta’ Marzu 2002.
Il-JuSchG s’issa rregolat min-naħa d-distribuzzjoni ta’ films, programmi ta’ films u logħob fuq midja ta’ appoġġ pubbliċi u f’avvenimenti pubbliċi ta’ films, u min-naħa l-oħra rregolat l-inklużjoni, kemm ta’ midja ta’ appoġġ kif ukoll ta’ telemidja fil-lista tal-midja perikoluża għaż-żgħażagħ mill-BPjM. Id-distribuzzjoni konformi mal-protezzjoni taż-żgħażagħ ta’ offerti ta’ servizzi tal-midja fix-xandir u t-telemidja hija wkoll irregolata fil-JMStV.
Min-naħa l-oħra hawn realtà tal-midja li hija kkaratterizzata minn konverġenza f’termini ta’ distribuzzjoni ta’ kontenuti tal-midja, jiġifieri l-modi ta’ distribuzzjoni jikbru flimkien u mhumiex distingwibbli minn xulxin f’termini ta’ kontenuti komuni.
Fir-rigward tar-riskju tal-konfrontazzjoni ma’ kontenuti tal-midja konsistenti - pereżempju logħba jew film speċifiċi - ir-rekwiżiti għall-protezzjoni legali funzjonanti tat-tfal u ż-żgħażagħ fil-midja nbidlu b’mod permanenti mix-xejra tal-użu tal-midja mit-tfal u ż-żgħażagħ. Iż-żgħażagħ jużaw l-Internet primarjament bħala mezz ta’ komunikazzjoni u għad-distribuzzjoni ta’ kontenut maħluq minnhom stess. It-tfal u ż-żgħażagħ għandhom dritt għall-parteċipazzjoni fl-Internet bħala mezz ta’ informazzjoni u komunikazzjoni.
L-istruttura legali attwali ta’ protezzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ għadha mhix imfassla biex tappoġġja din il-parteċipazzjoni f’termini ta’ użu b’riskji baxxa u biex effettivament tindirizza perikli għall-integrità personali tat-tfal u ż-żgħażagħ, bħal pereżempju l-bullying ċibernetiku jew il-fastidju sesswali ċibernetiku, jiġifieri l-inizjazzjoni ta’ kuntatti sesswali fuq l-Internet.
Għall-iżgurar tal-protezzjoni f’waqtha tal-midja tat-tfal u ż-żgħażagħ, il-JuSchG għandhatiġi emendata.
10. Referenza għat-testi bażiċi: Il-Liġi dwar il-Protezzjoni taż-Żgħażagħ attwalment applikabbli hija ppubblikata fis-sit tal-Internet li ġej: https://www.gesetze-im-internet.de/juschg/
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. -
16. Aspett OTK
LE - L-abbozz m’għandu ebda impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Aspett SPS
Le – L-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu