Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2016) 03765
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2016/0648/EE
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201603765.MT)
1. MSG 002 IND 2016 0648 EE MT 13-12-2016 EE NOTIF
2. EE
3A. Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium, siseturuosakond, siseturu toimimise talitus.
Harju 11, 15072 Tallinn.
el.teavitamine@mkm.ee
tel: 00 372 6256 405 – faks: 00 372 6313 029
3B. Sotsiaalministeerium, rahvatervise osakond.
Gonsiori 29, 15027 Tallinn
kart.sober@sm.ee
tel: 00 372 6269152; faks: 00 372 6992209
4. 2016/0648/EE - X00M
5. Abbozz ta’ Att li jemenda l-Att dwar it-Tabakk
6. Prodotti tat-tabakk.
7. -
8. L-abbozz ta’ att jestendi l-qasam ta’ regolamentazzjoni tal-att billi jipprovdi eċċeżżjonijiet mir-rekwiżiti, simili għal dawk li japplikaw għall-prodotti tat-tabakk, għall-prodotti relatati mat-tabakk jew għall-imballaġġ tagħhom li vjaġġatur iġorr fil-bagalja jew li jintbagħtu lil persuna fiżika minn pajjiż barrani għall-użu mhux kummerċjali. Dan l-abbozz ta’ att iżid rekwiżiti tal-kompożizzjoni u tal-purità għal-likwidu mingħajr nikotina tas-sigaretti elettroniċi mal-Att dwar it-Tabakk, u jipprojbixxi aromi li mhumiex l-aroma tat-tabakk fis-sigaretti elettroniċi. L-abbozz ta’ att jistabbilixxi projbizzjoni fuq il-bejgħ domestiku mill-bogħod tal-prodotti tat-tabakk u tal-prodotti relatati mat-tabakk. Id-dispożizzjonijiet dwar il-promozzjoni tal-bejgħ fl-Att dwar it-Tabakk fis-seħħ huma estiżi wkoll għall-prodotti relatati mat-tabakk kif ukoll għall-projbizzjoni tal-bejgħ ta’ prodott relatat mat-tabakk f’imballaġġ għall-bejgħ li fih prodott ieħor. Barra minn hekk, hija stabbilita projbizzjoni fuq l-espożizzjoni tal-prodotti tat-tabakk u l-prodotti relatati mat-tabakk u l-marki tagħhom fil-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut. Issir eċċezzjoni għall-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut speċjalizzati, għall-bastimenti ta’ linji internazzjonali u għall-ħwienet li jinsabu f’territorji magħluqa ta’ ajruporti u portijiet. Sakemm il-persuna mhijiex ovvjament adulta jew magħrufa mal-bejjiegħ, il-bejjiegħ għandu jitlob dokument mingħand ix-xerrej meta jkun ser jixtri prodott tat-tabakk jew prodott relatat mat-tabakk. L-abbozz ta’ att jagħti lill-Uffiċju tat-Taxxa u Doganali d-dritt li jagħmel xirjiet bħala test sabiex jidentifika l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk illegali. Dritt simili jingħata wkoll lill-uffiċjali tal-pulizija sabiex jidentifikaw l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk jew prodotti relatati mat-tabakk lill-minuri, flimkien mad-dritt li jinvolvu persuni fl-età minima ta’ 16-il sena fl-eżekuzzjoni ta’ xirjiet bħala test. L-abbozz tal-att jestendi l-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet li attwalment japplikaw biss għat-tipjip għall-konsum ta’ sigarett elettroniku wkoll. Skont l-abbozz ta’ att, l-obbligu li jiġi sottomess avviż tal-attivitajiet ekonomiċi japplika wkoll għall-impriżi li huma involuti fil-bejgħ ta’ prodotti relatati mat-tabakk. L-abbozz ta’ att jestendi wkoll id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà , billi jestendi r-rekwiżiti għall-prodotti tat-tabakk għas-sigaretti elettroniċi u prodotti oħra relatati mat-tabakk. Barra minn hekk, ċertu referenzi (dwar l-abbozzar leġiżlattiv) għall-atti ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/40/UE li daħlu fis-seħħ, huma miżjuda mal-abbozz ta’ att, u, għal skopijiet ta’ ċarezza ġuridika, hija speċifikata id-data għar-rotazzjoni tat-twissijiet tas-saħħa kombinati Fl-2017 din id-data hija l-20 ta’ Mejju u mill-2018 ser tkun l-1 ta’ Jannar.
9. L-għanijiet ewlenin tal-abbozz ta’ att huma li tkun protetta s-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari s-saħħa tal-minuri, li tkun inkluża il-prevenzjoni ta’ bidu tal-konsum ta’ prodotti tat-tabakk u prodotti alternattivi, li dawn il-prodotti isiru anqas attraenti, li jitnaqqas it-tipjip passiv jew il-konsum passiv tas-sigaretti elettroniċi, u li l-prodotti tat-tabakk u l-prodotti alternattivi tagħhom isiru inqas aċċessibbli għall-minuri. L-għan tal-abbozz ta’ att huwa wkoll li titnaqqas u tiġi evitata d-dipendenza fuq il-prodotti tat-tabakk u l-prodotti alternattivi tagħhom, kif ukoll li titnaqqas u tiġi evitata ħsara għas-saħħa relatata mat-tabakk u riskji għas-saħħa fis-soċjetà Estonjana.
L-Estonja stabbiliet għaliha nnifisha l-mira li tqis il-prodotti tat-tabakk u l-prodotti alternattivi tagħhom (eż sigaretti elettroniċi) bl-istess mod bħall-prodotti użati għal skopijiet simili. Għaldaqstant, bl-abbozz ta’ att, il-ħsieb huwa li sa mill-1 ta’ Jannar 2019 jiġi projbit l-użu ta’ aromi fis-sigaretti elettroniċi bin-nikotina jew mingħajrha. Bħala eċċezzjoni, huwa permess li tintuża l-aroma tat-tabakk fil-likwidi elettroniċi. Fl-opinjoni tagħna, il-likwidi elettroniċi aromatizzati huma mmirati lejn it-tfal u ż-żgħażagħ b’mod partikolari, u huma mod attraenti kif iġiegħeluhom jibdew ipejpu. Dawn ma jgħinux sabiex iwaqqfu t-tipjip, iżda minflok jiffavorixxu l-użu taż-żewġ prodotti fl-istess waqt, u jikkostitwixxu riskju ta’ intossikazzjoni l-aktar għat-tfal żgħar. Skont il-Bord tas-Saħħa, li huwa l-awtorità kompetenti għar-rapportar tal-prodotti tat-tabakk u s-sigaretti elettroniċi, sa mis-6 ta’ Diċembru 2016 ġew sottomessi l-avviżi ta’ 7 335 likwidu elettroniku differenti kkummerċjalizzat fl-Estonja Waqt li fl-2012, 10 % tal-popolazzjoni Estonjana adulta kienet użat is-sigaretti elettroniċi, il-proporzjon kien żdied għal 15 % sal-2014. Fost it-tfal tal-iskola, fl-2014 35.7 % tas-subien u 25.4 % tal-bniet kienu diġà ppruvaw is-sigaretti elettroniċi. Inqisuh assolutament neċessarju li nipprojbixxu l-aromi sabiex innaqqsu l-bidu tal-konsum ta’ dan il-prodott fost il-minuri u sabiex innaqqsu l-konsum ġenerali tiegħu fost il-populazzjoni. Sabiex il-prodotti tat-tabakk u prodotti relatati oħra jkunu inqas attraenti, l-abbozz ta’ att jipprevedi għall-projbizzjoni tal-esebizzjoni tagħhom u l-preżentazzjoni tal-marki tagħhom u restrizzjonijiet addizzjonali fuq il-promozzjoni tal-bejgħ tagħhom. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti tal-kompożizzjoni u tal-purità, previsti fid-Direttiva 2014/40/UE għas-sigaretti elettroniċi b’kontenut ta’ nikotina, huma estiżi wkoll għal-likwidi elettroniċi mingħajr kontenut ta’ nikotina. Apparti minn hekk, il-bejgħ domestiku mill-bogħod tal-prodotti tat-tabakk u l-prodotti relatati huwa projbit flimkien mal-bejgħ transfruntier, b’hekk jitnaqqas ir-riskju ta’ aċċessibilità ta’ dawn il-prodotti lill-minuri.
10. Referenzi għat-testi bażiċi: Id-Direttiva 2014/40/UE
L-Att dwar it-Tabakk
It-testi bażiċi ntbagħtu ma' notifika preċedenti: 2014/253/EE
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. It-tnaqqis tal-firxa tal-konsum, l-attraenza u l-aċċessibiltà tal-prodotti tat-tabakk u tal-prodotti relatati ser inaqqas il-mortalità bikrija u l-morbidità kkawżata minn mard kroniku evitabbli relatat mal-konsum tat-tabakk jew ta’ prodotti alternattivi, u jnaqqas l-ispejjeż diretti u indiretti tal-kura tas-saħħa, kif ukoll itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-populazzjoni u għaldaqstant il-ġid ekonomiku nazzjonali.
16. Aspett OTK
Iva
Aspett SPS
Le - L-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir83-189-central@ec.europa.eu