Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2019) 01135
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2019/0187/D
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201901135.MT)
1. MSG 002 IND 2019 0187 D MT 26-04-2019 D NOTIF
2. D
3A. Bundesministerium für Wirtschaft und Energie, Referat E B 2, 11019 Berlin,
Tel.: 0049-30-2014-6353, E-Mail: infonorm@bmwi.bund.de
3B. Staatskanzlei des Landes Nordrhein-Westfalen, Horionplatz 1, Referat I B 2, 40213 Düsseldorf
Tel: 0049-211-837-1350 ; E-Mail: hans-joerg.lieberoth-leden@stk.nrw.de; jan.perrar@stk.nrw.de
4. 2019/0187/D - H10
5. It-Tielet Trattat tal-Istat li jemenda t-Trattat tal-Istat dwar il-Logħob tal-Azzard
(It-tielet Trattat tal-Istat emendatorju dwar il-Logħob tal-Azzard – 3. GlüÄndStV)
6. Logħob tal-azzard
7. -
8. It-Tieni Trattat tal-Istat li jemenda t-Trattat tal-Istat dwar il-Logħob tal-Azzard, diġà notifikat bin-Numru 2016/0590/D, ma sabx l-approvazzjoni tal-parlamenti tal-Länder kollha u għalhekk ma daħalx fis-seħħ. Parti mir-regoli previsti f’dak iż-żmien u diġà notifikati issa se jiġu implimentati fis-sustanza bit-Tielet Trattat tal-Istat li jemenda t-Trattat tal-Istat dwar il-Logħob tal-Azzard.
Dan jirreferi għall-emendi li ġejjin fil-proċedura tal-liċenzji għal imħatri tal-isport:
- L-allokazzjoni ta’ liċenzji tal-imħatri tal-isport se tiġi sospiża għat-tul tal-fażi sperimentali; proċedura ta’ għażla (li qabel kienet § 4b(5)) m’għadhiex meħtieġa.
- Il-fażi sperimentali hi ffissata fuq it-tul attwali tat-Trattat tal-Istat (30 ta’ Ġunju 2021). Fil-każ li jitkompla t-Trattat tal-Istat skont § 35(2),dan għandu japplika sat-30 ta’ Ġunju 2024.
L-arranġament tranżizzjonali fit-tielet sentenza ta’ § 29(1) m’għadux japplika u għaldaqstant jista’ jiġi revokat.
9. Mill-1 ta’ Lulju 2012, it-Trattat tal-Istat dwar il-Logħob tal-Azzard jipprovdi oriġinarjament għall-ammissjoni ta’ fornituri privati tal-imħatri tal-isport fil-kuntest ta’ fażi sperimentali ta’ seba’ snin. L-għadd massimu ta’ liċenzji bħalissa hu limitat għal 20. L-allokazzjoni ta’ liċenzji kif ukoll il-proċeduri tal-liċenzji bid-deċiżjoni finali mill-kulleġġ tal-logħob tal-azzard bħala istituzzjoni komunitarja tal-Länder kollha hi kkunsidrata mill-ġurisprudenza bħala kostituzzjonali (BayVerfGH, E. v. 25.09.2015; OVG Hamburg, U. v. 22.06.2017, BVerwG, U. v. 26.10.2017). L-għoti ta’ liċenzji ma setax iseħħ, madankollu, minħabba li l-qrati amministrattivi ta’ Hessen ipposponew l-għoti sa deċiżjoni fuq żmien mhux prevedibbli dwar il-merti tal-każ (HessVGH, B. v. 16.10.2015). Mill-bidu tal-fażi sperimentali, l-awtoritajiet Ġermaniżi qiesu dan billi ma aġixxewx fl-eżekuzzjoni amministrattiva kontra fornituri li lesti jillegalizzaw biss minħabba liċenzja nieqsa.
B’emenda selettiva tat-Trattat tal-Istat, il-mudell tal-fażi sperimentali għat-tul ta’ żmien tat-Trattat tal-Istat dwar il-Logħob tal-Azzard se jiġi żviluppat aktar u se tinkiseb ċarezza għall-fornituri u l-partijiet terzi involuti (fornituri tas-servizzi tal-ħlas, midja, klabbs u assoċjazzjonijiet sportivi). Il-limitazzjoni tal-liċenzji għal 20 hi b’hekk imħassra, biex kull applikant li jissodisfa l-prerekwiżiti jkun jista’ jingħata liċenzja (diġà notifikati fil-kuntest tal-Ewwel Trattat tal-Istat dwar il-Logħob tal-Azzard bin-Numru 2011/0188/D. Fl-istess ħin, dan jagħmilha possibbli għall-awtoritajiet superviżorji tal-logħob tal-azzard biex jipprojbixxu b’mod komprensiv offerti illegali. B’hekk, tintemm l-erożjoni kontinwa tad-dritt regolatorju.
10. Referenza għat-testi bażiċi: Trattat tal-Istat dwar il-Logħob tal-Azzard fil-Ġermanja (GlüStV), notifikat bin-Numru 2006/0658/D
L-Ewwel Trattat tal-Istat li jemenda t-Trattat tal-Istat dwar il-Logħob tal-Azzard fil-Ġermanja (l-Ewwel Trattat tal-Istat emendatorju dwar il-Logħob tal-Azzard - l-Ewwel GlüÄndStV), notifikat bin-Numru 2011/0188/D
It-testi bażiċi ntbagħtu fil-kuntest ta’ notifika preċedenti: 2006/0658/D: 2011/0188/D
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. Iva
16. Aspett OTK
Le- L-abbozz mhuwiex regolament tekniku u lanqas valutazzjoni tal-konformità
Aspett SPS
Le – L-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu