Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2016) 03320
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2016/0574/B
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201603320.MT)
1. MSG 002 IND 2016 0574 B MT 26-10-2016 B NOTIF
2. B
3A. SPF Economie, PME, Classes moyennes et Energie
Direction générale Qualité et Sécurité - Service Normalisation et Compétitivité - BELNotif
NG III – 2ème étage
Boulevard du Roi Albert II, 16
B - 1000 Bruxelles
Tel: 02/277.53.36
belspoc@economie.fgov.be
3B. Cabinet de Madame Alda GREOLI
Vice-Présidente du Gouvernement de la Communauté française
Ministre de la Culture et de l’Enfance
Place Surlet de Chokier, 15-17 à 1000 Bruxelles - Belgique
4. 2016/0574/B - SERV
5. Abbozz preliminari ta' Digriet dwar il-protezzjoni kulturali tal-ktieb.
6. prodott ikkonċernat : servizzi
7. - Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern
- id-Direttiva 2015/1535 dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informatika
- tariffi fissi li jrid jikkonforma magħhom il-fornitur
8. It-test notifikat għandu l-għan li jistabbilixxi, fil-Komunità Franċiża, politika tal-protezzjoni kulturali tal-ktieb bl-għan li tappoġġa l-ħolqien tal-kotba u d-distribuzzjoni tagħhom.
Huwa jiddefinixxi l-atturi awtorizzati biex jiddeterminaw il-prezz tal-kotba, stampati jew f’verżjoni elettronika, mibjugħa fil-Komunità Franċiża (b’mod partikolari billi jipprovdi li kull editur u kull importatur tal-kotba jrid jistabbilixxi prezz tal-bejgħ għall-pubbliku).
Huwa jistabbilixxi l-limiti tal-varjazzjonijiet tal-prezz, ’il fuq jew l-isfel, f’persentaġġ u l-perjodu tagħom (billi l-importatur ikollu jistabbilixxi prezz tal-bejgħ għall-pubbliku li ma jkunx ogħla minn dak iffissat għall-użu tal-ktieb fit-territorju tal-Istat fejn il-ktieb kien ippubblikat).
Huwa jiddetermina l-esklużjonijiet ta’ ċerti kategoriji ta’ kotba (perjodiċi, rivisti, kotba użati, eċċ.) u d-derogi mogħtija għax-xiri tal-ktieb minn ċerti organizzazzjonijiet (istituzzjonijiet edukattivi, self pubbliku, ħabsijiet, sptarijiet, eċċ.).
9. L-għanijiet prinċipali tat-test notifikat huma l-preservazzjoni tal-pluralità tal-kanali tal-bejgħ kif ukoll id-diversità tal-kreazzjoni, li huma essenzjali speċjalment għall-kisba tal-libertà tal-espressjoni u tad-diversità kulturali. Għal dan il-għan, il-miżura proposta għandja l-għan li tikkontribwixxi sabiex jintemmu l-anomaliji li jikkaratterizzaw is-suq tal-kotba bil-lingwa Franċiża fit-territorju tal-Komunità Franċiża, jiġifieri, prinċipalment:
- l-ispiża addizzjonali tal-ktieb impurtat għall-konsumatur ;
- l-iżbilanċ bejn l-iżvilupp tal-ħwienet tal-kotba tradizzjonali u d-distribuzzjoni tal-massa li huwa detrimentali għad-diversità tal-offerta kulturali permezz tal-ktieb u li jwassal sabiex il-ħwienet tal-kotba tradizzjonali mhumiex rappreżentati biżżejjed fil-proċeduri tas-swieq pubbliċi (amministrazzjonijiet pubbliċi, bibljoteki, skejjel);
- id-dgħufija tal-pożizzjoni kompetittiva ta’ dawn l-istess ħwienet tal-kotba tradizzjonali biex jiffaċjaw kompetizzjoni fil-konfront ta’ ħwienet tal-kotba transkonfinali (speċjalment dawk Franċiżi) u tal-kummerċ onlajn.
Għalhekk, il-miżura proposta kienet imfassla b’tali mod li tkun tista’ fl-istess ħin:
- tippermetti titjib fl-effiċjenza, b’mod speċjali kwalitattiv, mingħajr ma tiġi eliminata l-kompetizzjoni, billi jinħoloq bilanċ bejn l-iżvilupp tal-ħwienet tal-kotba tradizzjonali u distributuri kbar sabiex tkun permessa diversità akbar tal-offerta kulturali permezz tal-ktieb u tissaħħaħ il-preżenza tal-ħwienet tal-kotba tradizzjonali fil-proċeduri tas-swieq pubbliċi (amministrazzjonijiet pubbliċi, bibljoteki, skejjel);
- tirriżerva sehem ġust tal-qligħ għall-konsumaturi billi jippermettilhom li jakkwistaw ktieb bi prezz li ma jkunx ogħla minn dak mitlub fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni, dejjem jekk din l-ispiża addizzjonali tista’ tilħaq, pereżempju, 13 sa 15 % tal-prezz bażiku tal-ktieb ippubblikat fi Franza;
- tiffaċilita l-moviment liberu tal-kotba bejn il-Komunità Franċiża u l-Istati Membri l-oħrajn u b’hekk tiżviluppa l-kummerċ tal-ktieb b’mod ġenerali, mingħajr ma tiġi eliminata l-kompetizzjoni billi tkun imsaħħa l-pożizzjoni kompetittiva tal-ħwienet tal-kotba tradizzjonali biex jiffaċċjaw kompetizzjoni fil-konfront ta’ ħwienet tal-kotba transkonfinali.
10. Referenzi għat-testi ta’ referenza: Liġi speċjali tas-6 ta’ Jannar 2014 dwar is-sitt riforma tal-Istat.
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. -
16. Aspett OTK
Iva
Aspett SPS
Le- L-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir83-189-central@ec.europa.eu