Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2019) 02964
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2019/0524/D
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 201902964.MT)
1. MSG 002 IND 2019 0524 D MT 24-10-2019 D NOTIF
2. D
3A. Bundesministerium für Wirtschaft und Energie, Referat E B 2, 11019 Berlin,
Tel.: 0049-30-2014-6353, Fax: 0049-30-2014-5379, E-Mail: infonorm@bmwi.bund.de
3B. Bundesministerium für Ernährung und Landwirtschaft, Referat 214, 53123 Bonn, Tel.: 0049-228-99529-4245, Fax: 0049-228-99529-4965, E-Mail: 214@bmel.bund.de
4. 2019/0524/D - C50A
5. Ir-Raba’ Regolament li jemenda r-Regolament dwar ix-Xarbiet bil-Meraq tal-Frott u Li Jirrinfreskaw
6. Tejiet tal-ħxejjex aromatiċi u tal-frott għal trabi jew tfal żgħar
7. Id-Direttiva 2000/13/KE dwar it-Tikkettjar, Preżentazzjoni u Riklamar ta’ Prodotti ta’ Oġġetti tal-Ikel
8. L-għan tal-abbozz ta’ regolament huwa li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ tejiet tal-ħxejjex aromatiċi u tal-frott maħsuba għat-trabi jew tfal żgħar, li magħhom ikun ġie miżjud iz-zokkor jew ingredjenti oħra li jagħtu l-ħlewwa. Barra minn hekk, huwa previst avviż dwar it-tikkettjar li jindika li z-zokkor u ingredjenti oħra li jagħtu l-ħlewwa la ntużaw waqt il-preparazzjoni u lanqas ġew miżjuda. Rekwiżit ieħor tat-tikkettjar jiżgura li dawn il-prodotti jitqiegħdu fis-suq biss jekk it-tikketta jkun fiha indikazzjoni tal-età minn meta jistgħu jittieħdu wara li t-tarbija tkun għalqet erba’ xhur.
Kliem prinċipali: Tejiet tal-ħxejjex aromatiċi, te tal-frott, trabi, tfal żgħar, zokkor, tikkettjar, indikazzjoni tal-età
9. Konsum għoli u frekwenti taz-zokkor huwa assoċjat, fost affarijiet oħra, mal-iżvilupp ta’ piż żejjed jew obeżità kif ukoll l-iżvilupp ta’ tħassir dentali. Ix-xarbiet ħelwin biz-zokkor jipprovdu l-enerġija mingħajr ma joħolqu sensazzjoni ta’ xaba’ adegwata, u għalhekk jippromwovu l-konsum eċċessiv ta’ enerġija. Barra minn hekk, it-tlaħliħ kontinwu tas-snien b’xarbiet biz-zokkor iżid ir-riskju ta’ tħassir dentali. Għalhekk, il-konsum frekwenti ta’ tejiet aromatiċi jew tal-frott jista’ jikkawża ħsara permanenti lis-saħħa orali fit-trabi u tfal żgħar.
Skont il-fehma tas-soċjetajiet mediċi u xjentifiċi, l-assoċjazzjonijiet professjonali u l-istituzzjonijiet speċjalizzati li jittrattaw in-nutrizzjoni tat-trabi, m’hemmx bżonn li trabi b’saħħithom li jingħataw biss il-ħalib tas-sider jew jieħdu l-formula tat-trabi, jingħataw likwidu ieħor. Mal-bidu ta’ ikel supplimentari, it-tarbija għandha tingħata, minbarra l-ħalib tas-sider jew il-formula tat-trabi kif ukoll dak ta’ prosegwiment, ilma, sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet tal-fluwidi. It-tejiet tal-ħxejjex aromatiċi jew tal-frott li mhumiex ħelwin u li huma adattati għat-trabi jistgħu jkunu alternattiva minn issa ’l quddiem. Għalhekk, it-tikkettjar huwa pprovdut b'indikazzjoni tal-età sabiex jiġi żgurat li dawn il-prodotti ma jintużawx qabel l-introduzzjoni tal-ikel supplimentari.
10. Referenza għat-testi bażiċi: - Regolament dwar ix-Xarbiet bil-Meraq tal-Frott, xi prodotti simili, nektar tal-frott u xorb li jirrinfreska li fih il-kafeina tal-24 ta’ Mejju 2004 (Gazzetta tal-Liġi Federali I p. 1016) kif ġie l-aħħar emendat bl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-5 ta’ Lulju 2017 (Gazzetta tal-Liġi Federali I p. 2272) (FrSaftErfrischGetrV, disponibbli minn https://www.gesetze-im-internet.de/frsaftv_2004/BJNR101600004.html)
- Regolament dwar l-ikel dijetetiku tat-28 ta’ April 2005 (Gazzetta tal-Liġi Federali I p. 1161), kif ġie l-aħħar emendat bl-Artikolu 22 tar-Regolament tal-5 ta’ Lulju 2017 (Gazzetta tal-Liġi Federali I p. 2272) (Regolament dwar id-dieta, disponibbli minn https://www.gesetze-im-internet.de/di_tv/BJNR004150963.html)
It-testi bażiċi ntbagħtu fil-kuntest ta’ notifika preċedenti: 2010/0089/D
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. Iva
16. Aspett OTK
LE - L-abbozz m’għandu ebda impatt sinifikanti fuq il-kummerċ internazzjonali.
Aspett SPS
Le – L-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu