Messaġġ 002
Komunika mill-Kummissjoni - TRIS/(2020) 03207
Direttiva (UE) 2015/1535
Traduzzjoni tal-messaġġ 001
Notifika: 2020/0544/A
No abre el plazo - Nezahajuje odklady - Fristerne indledes ikke - Kein Fristbeginn - Viivituste perioodi ei avata - Καμμία έναρξη προθεσμίας - Does not open the delays - N'ouvre pas de délais - Non fa decorrere la mora - Neietekmē atlikšanu - Atidėjimai nepradedami - Nem nyitja meg a késéseket - Ma’ jiftaħx il-perijodi ta’ dawmien - Geen termijnbegin - Nie otwiera opóźnień - Não inicia o prazo - Neotvorí oneskorenia - Ne uvaja zamud - Määräaika ei ala tästä - Inleder ingen frist - Не се предвижда период на прекъсване - Nu deschide perioadele de stagnare - Nu deschide perioadele de stagnare.
(MSG: 202003207.MT)
1. MSG 002 IND 2020 0544 A MT 02-09-2020 A NOTIF
2. A
3A. Bundesministerium für Digitalisierung und Wirtschaftsstandort
Abteilung III/8
A-1010 Wien, Stubenring 1
Telefon +43-1/71100 805210
Telefax +43-1/71100
E-Mail: not9834@bmdw.gv.at
3B. Bundeskanzleramt
Abteilung V/3
Ballhausplatz 1, 1010 Wien
Telefon: +43 1 531 15-20 23 88
Fax: +43 1 531 15-20 42 85
E-Mail: medienrecht@bka.gv.at
4. 2020/0544/A - SERV60
5. Abbozz ta’ Att Federali dwar miżuri għall-protezzjoni tal-utenti fuq pjattaformi tal-komunikazzjoni (Liġi dwar il-Pjattaformi tal-Komunikazzjoni - KoPI-G)
6. Fornituri tal-pjattaformi tal-komunikazzjoni
Pjattaformi tal-komunikazzjoni, fis-sens ta’ dan l-Att, huma servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, li l-għan ewlieni tagħhom jew il-funzjoni fundamentali tagħhom tikkonsisti mill-faċilitazzjoni tal-iskambju ta’ messaġġi jew ta’ preżentazzjonijiet b’kontenut intellettwali ta’ diskors, kitba, ħoss jew immaġni permezz tad-distribuzzjoni tal-massa bejn l-utenti ma’ grupp ikbar ta’ nies. Il-fornituri tal-pjattaformi tal-komunikazzjoni ma jaqgħux taħt l-obbligi ta’ dan l-Att Federali, jekk l-ammont ta’ utenti reġistrati ma jaqbiżx il-100 000 u jekk il-fatturat miksub mill-operat tal-pjattaforma tal-komunikazzjoni ma jaqbiżx il-EUR 500 000. Barra minn hekk, fornituri tal-pjattaformi għall-iskambju ta’ oġġetti u servizzi, enċiklopediji online mingħajr skop ta’ qligħ, kif ukoll kumpaniji tal-midja li jipprovdu pjattaformi tal-komunikazzjoni f’relazzjoni diretta mal-offerti ġurnalistiku tagħhom, huma espliċitament esklużi mill-obbligi ta’ dan l-Att.
7. -
8. L-Att Federali dwar miżuri għall-protezzjoni tal-utenti fuq pjattaformi tal-komunikazzjoni (Liġi dwar il-pjattaformi tal-komunikazzjoni - KoPI-G) jipprovdi lill-pjattaformi tal-komunikazzjoni kbar b’obbligi tal-organizzazzjoni għall-ġestjoni effettiva u trasparenti ta’ ċerti kontenuti illegali. Kontenuti illegali fis-sens ta’ dan l-Att huma dawk li jissodisfaw wieħed mir-reati msemmija f’§ 2(6) u dawk li mhumiex iġġustifikati.
L-abbozz jipprovdi dawn l-obbligi li ġejjin għall-fornituri:
Fil-pjattaformi għandha tinżamm proċedura effettiva u trasparenti għal rapporti dwar kontenuti illegali, li fost oħrajn, din se tiżgura li l-utenti jkunu jistgħu faċilment u regolarment jirrapportaw il-kontenuti disponibbli, jiġu vverifikati l-kontenuti minnufih u fejn meħtieġ jiġu mblokkati jew jitħassru (dawk il-kontenuti li ċarament ikunu illegali, jiġifieri kontenuti punibbli jitħassru fi żmien 24 siegħa, u kontenuti illegali oħra, jiġifieri kontenuti punibbli jitħassru fi żmien sebat ijiem), l-utenti affettwati jiġu infurmati dwar id-deċiżjoni tat-tħassir jiġifieri l-imblukkar tal-pjattaforma u dwar il-kontenuti mħassra u mblukkati kif ukoll dawk għall-identifikazzjoni tal-kreatur tad-data meħtieġa għal skopijiet ta’ evidenza, inklużi għal skopijiet ta’ prosekuzzjoni kriminali jinħażnu għal għaxar ġimgħat (ara § 3(1) sa (3)).
Barra minn hekk, għandha tiġi provduta proċedura ta’ verifika, li biha dak l-utent li rrapporta kif ukoll dak l-utent li l-kontenut tiegħu ġie mblukkat jew imħassar, jista’ jwettaq verifika tad-deċiżjoni dwar l-imblokkar jew it-tħassir (minħabba nuqqas) permezz tal-pjattaforma (ara § 3(4)).
Il-fornituri tal-pjattaformi tal-komunikazzjoni għandhom jagħtu informazzjoni dwar l-immaniġġjar tagħhom ta’ rapporti dwar kontenuti illegali f’rapport annwali, fil-każ ta’ pjattaformi tal-komunikazzjoni b’iktar minn miljun utent reġistrat kull tliet xhur (ara § 4).
Għall-iżgurar tal-aċċessibbilità (inkluż indirizz postali validu) il-fornituri għandhom jinkarigaw rappreżentant responsabbli sabiex tiġi żgurata l-akkontabilità (ara § 5).
L-awtorità superviżorja għandha timponi multa fuq il-fornitur skont il-gravità tal-ksur tal-liġi, jekk ikun hemm ksur b’ mod sistematiku ta’ wieħed mill-obbligi maħluqa minn dan l-Att (ara § 10). Madankollu, l-abbozz jistipula li għandha tingħata ordni ta’ titijib qabel ma tinbeda proċedura ta’ għoti ta’ multa (ara § 9)). Tista’ tiġi imposta multa fuq rappreżentant responsabbli jekk huwa ma jiżgurax l-aċċessibbilità tiegħu jew ma jimixix mad-diliġenza mistennija sabiex jiġi żgurat l-obbligu għall-istabbiliment ta’ proċedura ta’ rapportar u ta’ verifika kif ukoll l-obbligu ta’ rappurtar jiġi sodisfatt.
9. Il-motiv prinċipali wara l-ħsieb tal-abbozz tal-Att attwali huwa l-iżvilupp inkwetanti li l-Internet u l-midja soċjali, flimkien mal-vantaġġi li dawn it-teknoloġiji u l-kanali tal-komunikazzjoni ġodda li ġabu magħhom, ġabu magħhom ukoll żieda f’forma ġdida ta’ vjolenza u mibegħda fuq il-web fil-forma ta’ insulti permezz ta’ espożizzjonijiet, informazzjoni falza sa theddid ta’ vjolenza u ta’ mewt. L-attakki huma bbażati l-iżjed fuq motivi razzisti, ksenofobiċi, sessisti u omofobiċi. Hemm il-bżonn ta’ strateġija u ta’ pakkett ta’ miżuri estensivi, li jvarjaw minn prevenzjoni sa sanzjonijiet. Din l-istrateġija tinbena fuq iż-żewġ pilastri tar-responsabbiltà tal-pjattaforma u l-protezzjoni tal-vittmi, filwaqt li l-abbozz tal-Att attwali jikkonċerna l-iżgurar tar-responsabbiltà tal-pjattaforma.
Ħafna drabi l-fornituri tal-pjattaformi tal-komunikazzjoni ma jissodisfawx l-obbligu eżistenti li jħassru l-kontenuti illegali mal-ewwel jew jimblokkaw l-aċċess għalihom meta jkun hemm tagħrif dwar kontenuti illegali. Barra minn hekk, il-kontenuti illegali tal-pjattaformi rraportati mill-utenti jiġu normalment ivverifikati biss skont il-linji gwida tal-komunità stess u mhux skont ir-reati nazzjonali. Dawk affettwati huma ħafna drabi mġiegħla jieħdu passi legali sabiex il-kontenut jitħassar. Fid-dawl ta’ dan huwa għalhekk importanti li l-pjattaformi tal-komunikazzjoni jsiru iktar responsabbli minn qabel. Peress li din hija sfida transkonfinali, l-aħjar soluzzjoni hija regolament effettiv fuq livell Ewropew. Fil-Kunsill tal-Ministri tiegħu, fid-9 ta’ Lulju 2020, il-Gvern Federali adotta abbozz ta’ “Att dwar is-Servizzi Diġitali” (Digital Services Act) li nħareġ mill-Kummissjoni Ewropea għall-aħħar tas-sena. Preress li, madankollu, din il-proċedura ta’ konsultazzjoni kontinwa u b’mod partikolari l-proċedura ta’ tfassil tal-liġijiet fuq livell Ewropew se jeħtieġu iktar żmien, huwa meħtieġ - abbażi tal-esperjenzi tal-inizjattivi leġiżlattivi Ġermaniżi u Franċiżi - li jittieħdu miżuri leġiżlattivi mill-iktar fis possibbli sabiex jiġu żgurati iktar it-trasparenza, responsabbiltà u akkontabilità tal-pjattaformi.
L-urġenza ta’ din it-tema titlob għall-implimentazzjoni ta’ miżuri nazzjonali immedjati. Sakemm jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ regolament fuq livell Ewropew għandha tiġi stabbilita liġi dwar miżuri għall-protezzjoni tal-utenti fi pjattaformi tal-komunikazzjoni għall-ġlieda effettiva kontra l-mibegħda fil-web, sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni permezz tal-obbligi leġiżlattivi għal pjattaformi għall-istabbiliment ta’ sistema tal-immaniġġjar tal-ilmenti għall-immaniġġjar ta’ kontenuti illegali Barra minn hekk, huwa previst l-obbligu għall-ħatra ta’ rappreżentant responsabbli sabiex tiġi żgurata l-akkontabilità (inkluż indirizz postali validu). Sabiex titkabbar il-bażi ta’ informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-pjattaformi f’dan il-qasam sensittiv u l-miżuri jistgħu jiġu evalwati, l-abbozz jinkludi wkoll l-obbligu ta’ preżentazzjoni ta’ rapport b’mod regolari dwar l-immaniġġjar tal-kontenuti illegali. Miżuri inqas restrittivi jkunu inqas effettivi fir-rigward tas-sitwazzjoni ta’ riskju attwali, fir-rigward tal-livell ta’ protezzjoni mixtieq kontra l-kontenuti illegali fi pjattaformi tal-komunikazzjoni u fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ sorveljanza fuq il-konformità mar-rekwiżiti. Il-miżuri jorjentaw ruħhom fuq eżempju ta’ Stati Membi oħra (DE, F) li għalihom il-Kummissjoni Ewropea ma ressqet l-ebda oġġezzjonijiet li wasslu għall-estensjoni tal-perjodu ta’ sospensjoni.
10. Ma jeżisti ebda test bażiku
11. Le
12. -
13. Le
14. Le
15. Iva
16. Aspett OTK
Le- L-abbozz mhuwiex regolament tekniku u lanqas valutazzjoni tal-konformità
Aspett SPS
Le – L-abbozz mhuwiex miżura sanitarja jew fitosanitarja.
**********
Il-Kummissjoni Ewropea
Direttiva tal-Pont ta’ kuntatt (UE) 2015/1535
Fax: +32 229 98043
email: grow-dir2015-1535-central@ec.europa.eu